Din il-ġimgħa ħadt
sehem fi programm ‘Fis-Sustanza’ fuq l-istazzjon tat-televiżjoni
tal-Oppożizzjoni li tratta s-settur tal-enerġija. Programm li reġa fakkar lil kull min rah,
dwar il-baħħ tal-Oppożizzjoni f’dan is-settur tant kruċjali, l-istess bħall-baħħ
fis-setturi l-oħrajn kollha mportanti għal pajjiżna. Ir-rappreżentanta tal-Oppożizzjoni
fil-programm, Marlene Farrugia, li bilkemm tkelmet, irrepetit l-proposti nejjin
li xbajna nisimgħu mill-Oppożizzjoni.
Partit li suppost jitwemmen li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma
mingħajr ma jgħid kif. Staqsejtha 3
mistoqsijiet: Kif, B’kemm u Meta trahhsuhom d-dawl u l-ilma ? Ma wigbitx. Qalet biss “dik prerogattiva tal-Leader
tagħna.”!
Dan kollu minn Partit li qabel
l-elezzjoni tal-1996 ukoll kien wiegħed li se jraħħas id-dawl, l-ilma u
saħansitra t-telefon. Imbagħad meta rebaħ l-elezzjoni u l-prezz taż-żejt kien
ta’ tnax-il dollaru kull barmil (mhux 120 dollaru kif inhu llum) sploda
l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u saħansitra għamel taxxa fuq id-drenaġġ.
Mhux biss u agħar minn hekk,
fl-istess programm smajt argumenti li huma totalment skorretti. Bħal per eżempju li l-ispiża għall-ġarr
tal-iskart iġġenerat mill-filters tal-impjant il-ġdid tal-power station ma
ġietx kalkulata fil-prezz finali. Dan
mhux minnu. Imma jibqghu jiżirgħu l-qerq
u d-dubji. Imbagħad meta ppreżentajt il-livelli
tat-tniġġiż ta’ dan l-impjant waqt il-perjodu ta’ prova u urejt bil-fatti kif
dawn huma ferm anqas minn dak li jindika l-permess ambjentali, tisma wieħed
mill-partecipanti jgħidlek “Fil-bidu mhux bilfors hekk!”. Inkredibbli.
Ma jafx li llum jeżisti kontroll fuq livelli mposti mill-permess
ambjentali, li jissejjaħ IPPC u trid timxi magħhom waqt l-operat tal-impjant
fil-perjodu kollu. U trid tagħmel
il-manutenzjoni meħtieġa biex tibqa taħt dawk il-livelli. Imbagħad ikollok xi Leo Brincat li
jikritikana li nagħmlu wisq manutenzjoni fuq l-inceneratur tal-Marsa. You never win !
Personalment kelli esperjenza
oħra simili dan l-aħħar meta ħadt sehem fil-programm ‘Iswed fuq l-Abjad’ fuq
Net Television. Dakinhar kelli żewġ
rappreżentanti tal-Opposizzjoni, Charles Buhagiar u Gavin Gulia. Dan tal-aħħar
ħareġ b’waħda li żgur ma tistax titwemmen. Qal li l-proġetti issa bdew għax
ġejja l-elezzjoni ! Kont pront
wiġibtu: Din lanqas lill-uliedek ma
tbellaha għax huma stess jmorru fil-postijiet li kkrejajna. U fuq x’jagħmlu huma aktar minna: Xejn !
No comments:
Post a Comment