Nhar il-Hadd li ghadda mijiet ta’ familji zaru l-Impjant tar-Riciklagg ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Ghajn li ghal darb’ohra fetah il-bibien tieghu ghall-pubbliku. Il-familji kellhom l-opportunità li jzuru l-operat tal-impjant filwaqt li kien hemm gurnata ta’ divertiment ghall-familja kollha. Kien atmosfera verament sabiha. Jien mort ghal habta tan-nofsiegha u bejnietna hsieb li mhu se jkun hemm hadd dak il-hin peress li huwa l-hin tal-ikel. Izda kont zbaljat. Iltqajt ma’ bosta familji kwazi kollha bit-tfal maghhom u sahansitra ltqjt ma’ 6 turisti li anke huma hadu l-guided tour.
Dan l-impjant sar b’investiment ta’ €27 miljun b’kofinanzjament tal-Unjoni
Ewropea, minkejja l-opposizzjoni kollha li kellna niffacjaw minghand min
suppost kien jaf ahjar, inkluz dak li llum huwa l-Kap tal-Opposizzjoni, Joe
Muscat, li kien ghamel minn kollox biex jwaqqaf il-fondi tal-UE ghal dan
il-progett. L-ahhar estenzjoni ta’ dan
l-impjant tkun il-Mechanical Biological Treatment Plant (MBT Plant). Minn kemm
ilu jopera l-MBT madwar 88,000 tunnellata ta’ skart gew trattati biex issa mill-iskart
qed tkun generata l-energija nadifa.
Dan wassalna biex
nintroducu Good Neighbourhood Scheme
li permezz taghha persuni li joqghodu f'ragg ta' 1.5km mic-centru tal-Impjant
ta' Sant'Antnin issa se jibdew jircievu b’xejn 150 unit ta’ elettriku kull
wiehed, permezz ta’ cheque li jissarraf meta jithallas il-kont tad-dawl. Biex
naghti ezempju r-rebate fuq il-kont tad-dawl ghall-familja ta' 4 persuni se
jkun ta' madwar 96 euro kull sena. Din il-mizura
ntlaqghet tajjeb hafna. Konna weghdna li
dan l-impjant se jitmexxa kif suppost u eventwalment ir-residenti fil-qrib
igawdu anke minnu. Ghal darb’ohra wrejna
li l-weghdiet taghna nwettquhom.
Matul
l-ahhar 8 snin irnexxielna ndahhlu attitudni gdida fis-socjeta’ Maltija
fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart.
Bdejna s-sistema ta’ separazzjoni tal-iskart mid-djar permezz tal-iskema
Irricikla t-Tlieta. Bejn l-2008 u Settembru 2012 ingabru madwar 60,000
tunnellata ta’ skart li dahal fl-impjant ta’ Sant’Antnin halli jkompli jigi
separat halli jigi esportat. Barra hekk mic-Centri li jilqghu fihom skart goff
fil-Maghtab, l-Imriehel, Hal Far, Hal Luqa, u x-Xewkija Ghawdex, il-WasteServ
gabret aktar minn 85,000 tunnellata ta’ skart goff domestiku minn dawn
is-siti. Bl-iskart isepparat
migbur ghar-riciklagg il-WasteServ esportat aktar minn 1700 container (tal-40
pied) bejn l-2009 u Settembru 2012 b’valur ta’ ‘l fuq minn 3 Miljun
Euro.
No comments:
Post a Comment