Il-liġi
dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni Umani, jew kif nafuha aħjar, tal-IVF, issa
hija approvata mill-istadji kollha tal-Parlament anke wara diskussjoni ntensiva ma’
diversi għaqdiet
li jaħdmu
favur il-ħajja,
ma’ professjonisti, tobba u esperti fl-etika.
B’sodisfazzjon ninnota kif il-Gvern insista fuq prinċipji
ewlenin u li dawn issa qegħdin fil-liġi.
L-ewwel,
il-ħarsien tal-ħajja umana sa’ mill-bidunett. Dan
Gvern favur il-ħajja u permezz ta’ din il-liġi se titħares il-ħajja tal-embrijun
uman li jiġi konċeput bl-IVF. Koppja li għal xi raġuni ma jkunx jista’ jkollha
tfal b’mod naturali, xorta waħda jkunu jistghu jkollhom it-tfal u jsiru
genituri - dan minghajr ma jkun hemm effett negattiv fuq il-hajja tal-embrijuni
li jigu konceputi bl-IVF. U l-IVF ma ssirx bla limiti u bla kontroll
ghad-detriment tal-koppja nvoluta, ta’ wahda mill-partijiet jew
tal-embrijuni. Ghalhekk l-IVF se jigi
regolamentat.
It-tieni
prinċipju li hu l-ħolqien ta’ opportunita’ u tama għall-ġenituri li ma jistax ikollhom
tfal b’mod naturali biex ikunu jistgħu jirrikorru għal metodi ta’ prokreazzjoni
assistita. L-IVF se jibda jingħata b’xejn mill-Isptar Mater
Dei mis-sena d-dieħla. Dan se jingħata lill-koppji miżżewġa u
lill-koppji; mara u raġel;
li huma f’relazzjoni stabbli. Il-koppja
tkun trid tagħti
l-kunsens tagħha
bil-miktub.
Min
jikser il-ligi jista’ jeħel
multa sa
€70,000 u sa 7 snin ħabs. L-iffriżar tal-bajd se jkun possibbli,
iżda
ma jistax ikun hemm iffrizar tal-embrijuni ħlief meta t-trasferiment tal-embrijun
fil-ġuf
tal-mara ma jkunx possibbli minħabba
s-saħħa
tal-omm jew fuq ordni tal-Awtorita’ dwar il-Ħarsien tal-Embrijuni sabiex tħares il-ħajja ta’ dak l-embrijun
partikolari. Nirringrazzja
lill-Ministri Joe Cassar u Chris Said li mexxew din il-liġi u sabu bilanċ ekwu
bejn kwistjonijiet etiċi u morali filwaqt li jkun irriaffermat li dan hu Gvern favur il-ħajja.
No comments:
Post a Comment