Xi tfisser tkun liberali f’din l-Ewropa ? Tonio kien diġa tkellem car li hu għandu t-twemmin tiegħu imma lest jimxi mad-decizzjonijiet tal-istituzzjonijiet ewropej u ma kienx se jinterferixxi mad-decizzjonijiet li kull stat għandu dritt jieħu hu għax ma hemmx obbligu ta’ posizzjoni komuni ewropea. X’tolleranza jemmnu fiha dawn il-persuni li jgħidu li huma liberali ? Tolleranti biss sakemm taqbel magħhom ? Fejn hi d-diversita’ li jgħidu li jemmnu fiha dawn il-persuni li jgħidu li huma liberali fil-ħsieb u jappartjenu lill-partiti liberali, socjalisti u tal-ħodor ? Jew qed jipruvaw jikrejaw il-homo sapiens europeus ġdid, il-bniedem kopja ta’ dak ta’ ħdejh mingħajr valuri u bl-istess ideat ?
Dejjem ġejna mgħallma li ma teżistiex politika mingħajr valuri, imma issa qiesu saret moda li taccetta kollox. Qiesu mhux aktar accettabli li jien ikolli opinjoni imma naccetta wkoll l-opinjoni ta’ ħaddiehor, anke jekk dik ma taqbilx ma’ tieghi.
Niddiskrivi l-vot tal-bieraħ, mhux biss bhala rebħa ghal Tonio u għal pajjiżna iżda fuq kollox rebħa għar-raġuni. Rebħet il-liberta’ tal-espressjoni, rebaħ is-sens komun, rebħet it-tolleranza u rebħet id-diversita’. Din l-esperjenza jekk xejn għandha tgħallimna ħaġa oħra: li n-nisrani mpenjat fil-politika għandu triq għat-telgħa u jrid jipprepara ruħu sew. U għalhekk li jien ili nisħaq li l-knisja f’pajjiżna għanda bżonn twaqqaf skola politika li tispira ruħa mill-wirt kbir tat-tagħlim socjali tal-knisja. Il-knisja f’pajjiżna hemm bżonn timpenja ruħa aktar biex tiprepara lil dawk l-insara li b’sagrificcju jimpenjaw ruħhom fil-ħajja politika f’dinja li saret ferm aktar ikkomplikata mill-bieraħ. Għal darb’oħra nagħmel dan l-appell mill-qalb.
No comments:
Post a Comment