Prim ministru, shabi kunsilliera. Jiena ili nimmilita f’dan il-partit mindu kont student imma jien u naqra dan il-manifest dalghodu, nistqarr li hassejt l-istess entuzjazmu, l-istess grinta, li naghti kull minuta tal-gurnata ghal dan il-partit, li kont inhoss meta ta’ 16-il sena flimkien ma’ studenti ohra, kont norganizza l-protesti kontra l-politika tal-gvern laburista ta’ dak iz-zmien.
Ghax dawk il-principji ghalihom dakinhar ghadu dak li
jiddistingwina llum. Ghadu l-boxla li
tmexxina....
Tghiduli nbidlu tant affarijiet ! Imma ghiduli intom... inbidel il-twemmin
tal-partit li jpoggi l-individwu fic-centru tal-politika tieghu, fil-liberta’,
fis-solidarjeta’, fid-djalogu ? Inbidel il-twemmin tal-partit nazzjonalista ta’
responsabilita’ fit-tmexxija, fl-impenn taghna li naghtu biss direzzjoni lil
dan il-pajjiz imma mhux nipretendu li nikmandaw kollox ahna ?
Naghtu direzzjoni biss, imma ma nemmnux li ghandna nindahlu
fil-hajja tal-individwu...l-individwu rridu nhalluh jaghmel l-ghazliet tieghu,
fl-oqsma kollha kif l-ahjar jifhem hu jew hi.
Il-partit nazzjonalista jemmen imma li jrid inibbet l-ghazliet, johloq
l-opportunitajiet u jaghti l-possibiltajiet biex dak li kull wiehed u wahda
minnkom, kull Malti u Maltija jaspira li jaghmel, ikun jista’ jaghmlu.
PN fil-gvern ma jaghmilx l-ghazliet tieghek. Partit Nazzjonalista fil-gvern jaghmel
decizjoniet tajbin li mbaghad jaghtuk ic-cans li taghzel.
Per ezempju jaghtik ic-cans taghzel minn firxa ta’
possibiltajiet ta’ xi trid tistudja.
Meta kont l-Universita’ jien, kien hemm 700 mitt student, illum
fl-Universita’ hemm 700 kors ghal uliedna ! Meta kont student jien, gvern
labursita kien cahhad generazzjoni shiha ta’ zghazagh milli jkomplu
jistudjaw.....gvern laburista mmexxi minn Joseph Muscat jirrepetti dawn
l-izbalji ghaliex minghajr ghaqal fit-tmexxija, minghajr finanzi fis-sod ma
jkunx jista’ jkompli jtejjeb l-opportunitajiet fl-edukazzjoni kif ghamilna u
nkomplu naghmlu ahna.
Kelli opportunita’ dan l-ahhar niltaqa’ ma’ numru ta’
ghalliema. Illum jitkellmu dwar kif
nistghu naghmlu l-iskola aktar tal-komunita’ u ghall-komunita’. Kellmuni fuq
il-htiega li jkun hemm assistenti jghinu lill-ghalliema. Kellmuni wkoll fuq il-bzonn li jkun hemm
aktar tahrig....Dawn kollha affarijiet li jiswew il-flus ! Joseph Muscat ma
jkunx jista jaghmilhom ghaliex l-ghazliet tieghu sa llum urewna li kienu
zbaljati. Qalilna biex naghmlu bhal Cipru, Cipru mar jittallab illum.....Joseph
Muscat ma jkunx jista’ jaghti lit-tfal taghna dak li ghandhom llum ahseb u ara
jaghmel dawn l-affarijiet godda li ahna ghandna ghatx kbir biex naghtuhom
lill-uliedna u lill-ghalliema.
Il-Partit Nazzjonalista ma jaghmilx l-ghazliet tieghek
l-anqas fejn tmur tahdem, jew jivvinta l-impjiegi mal-gvern kif ghamel qabel
l-elezzjoni tal-1987. Partit Nazzjonalista
fil-gvern imma holoq u jkompli johloq l-ambjent ekonomiku biex jattira aktar investiment
halli int jkollok xoghol ahjar. 20,000 impjieg gdid – f’oqsma li kienu
inezistenti u li llum huma diga pilastri.
L-istorja fil-qasam tal-ICT.
Fil-qasam tad-digital gaming biss biss hemm jahdmu 6500 persuna, nofshom
veru barranin. U ghax barranin jahdmu
maghhom ukoll Maltin ohrajn, il-wejter fir-ristorant, l-estate agent, dak li
jikri l-karozzi, dak li jnaddaflu l-appartament li jikri.
Tghiduli hemm oqsma ohra fejn nistghu nimirhu ? Nistghu
insibu nicec ohra? Da zgur li hemm......nitkellmu
fuqhom dalwaqt dawk fil-programm elettorali....imma nkunu nistghu naghmluhom
biss ma’ gvern immexxi minn partit nazzjonalista. Fil-qasam tax-xoghol, il-partit laburista
fisser dejjem qghad u taxxi u hekk jerga’ jfisser Joseph Muscat.
U xi nghidu ghall-qasam tas-solidarjeta’ ? Altru ghadniex nemmu fiha. Staqsu lil dik l-omm li ghanda t-tifel taghha
l-iskola mghejjun minn Learning Support Assistant. Staqsu lil dak l-anzjan li jmur jorqod
f’wiehed minn night centres li ftahna.
Staqsu lill-istudenti li jigu minn familji li ghandhom dhul baxx u
allura jiehdu stipendju hafna oghla millli jiehdu studenti ohrajn. Ghaliex stajna naghmlu din il-politika ?......Ghax
kellna ekonomija b’sahhitha li katret il-gid.
X’jigrilhom dawn l-inizjattivi taht Joseph Muscat ?....ha nkun qalbi
tajba u nghid ma nafx.
Sinjuri, ahna tal-partit nazzjonalista ghandna piz
fuqna....l-istandards taghna huma gholjin....il-Maltin u l-Ghawdxin jipretendu
l-ahjar minna.....u hekk ibqghu ghamlu ! Dan il-manifest huwa konferma ta’ dan. Ahna ma nweghdukomx l-ilma jizfen (anke jekk
dan tajnih ukoll fi Pza San Gorg !) imma nweghdukom is-serhan il-mohh li jippermettilkom taghmlu
l-ahjar ghazliet ghalikom u ghat-tfal taghkom. Dawn jibqghu ghalina l-akbar tezor !
Grazzi.
No comments:
Post a Comment