Kif ħafna jafu ħadt sehem f’Xarabank li ddiskuta l-proposta tal-Labour biex “irahhas
il-kontjiet tad-dawl u l-ilma”. Reġgħu ħarġu
l-konfużżjoni u d-dilettantiżmu ta’ partit li suppost ilu ħames snin jaħmi
proposta, li issa rriżulta li la hi serja u wisq anqas fattibli.
U dan qed
ikun rifless mill-kelliema varji li qed jintbagħtu jitkellmu f’ismu. Miegħi f’Xarabank reġa kelli lill-Onor Leo
Brincat, li suppost huwa l-kelliemi tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent u li kont
nistenna li jkollu sehem kbir f’dak li tħejja.
Evidenti li lanqas id-deputati tal-Oppożizzjoni li għandhom
responsabbilta’ diretta dwar dan is-suġġett ma ġew ikkonsultati. Imma aktar minn hekk għal darb’oħra ħareġ
in-nuqqas ta’ preparazzjoni ta’ persuna li huwa veteran Socjalista. Jiġi jitfa diskors mingħajr ma jkun iccekkja
l-fatti. Waħda minnhom tal-pannelli
fotovoltaici fuq l-ispazju pubbliku. Dan
il-kelliem ewlieni lanqas biss jaf li ħareg tender !
Imma fuq kollox ħareg car mill-programm Xarabank kif
Joseph Muscat u sħabu bnew proġett fis-sħab b’numri manipulati u
skorretti. Terġa l-istess konsulenti mħallsa
mill-Labour mill-estimi li ħadmu kkonfermaw li l-għazla tal-gvern li jibni
pipeline hi l-irħas għażla. Imma għal
raġuni stramba tal-Labour għażlu option aktar għolja ! U allura mhux naturali li nsaqsu x’interessi jista
jkun hemm !?
Bl-għażla tagħhom se jdaħħlu lil dan il-pajjiż ġol-ħajt. Gas Down ġol-ħajt ! L-istess kif tal-Labour daħluh ġo ħajt meta
neħħew il-VAT imma l-konsegwenzi spiccaw ħallsuhom il-Maltin u l-Għawdxin meta
Leo Brincat bamblilna 33 taxxa f’budget wieħed fl-1997. Issa għal darb’oħra jridu jgħaddu minn fuq
kulħadd biex jibnu power station b’għaġla liema bħala, liema power station, dan
il-pajjiż m’għandux bżonnha ! Għax kif
qalu l-konsulenti tagħhom stess bl-għażla ta’ dan il-Gvern jaqbillek !
No comments:
Post a Comment