L-ewwel
“proposta” – Solar Farms : Minkejja li nifhmu li pajjizna hu ristrett
fl-ispazju fuq l-art u ma jistax ikollu s-solar farms kbar li ghamlu pajjizi
ohra, dan ma jfissirx li
ma jistax ikollna solar farms ta’ qies iżgħar anzi
aħna favur tagħhom dejjem jekk ma jkunux f’żoni sensittivi ekoloġikament jew
estetikament. Proprju fl-ahhar
budget stabbilejna r-rati tal-Feed In Tariff ghal sistemi akbar minn 1MW. Barra hekk bil-fatti mxejna biex ikollna madwar
100,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binijiet pubblici bil-pannelli fotovoltaici
u ghenna lil bi 15 il-miljun euro ‘l fuq minn 6,000 familja biex
jinstallaw l-panelli fuq il-bjut tagħhom.
Dan apparti li bi €16-il miljun sostnejna 270 sid ta’ negozju jew fabbrika
b’ biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva. Kif ghidt il-bierah fir-risposta tieghi hadna
bosta inizzjattivi ohra.
It-Tieni “Proposta”
: Jaghti Opportunita’ nvestiment f’Solar Farm lill-familji li m’ghandhomx
access biex jinstallaw sistema ta’ PVs.
Inkredibbli ara xi ktibna fl-ahhar budget f’pagna 42: “Il-Gvern qed
jiffinalizza wkoll skema li permezz tagħha familji li ma jistgħux iwaħħlu
pannelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tagħhom, jinvestu f’sistema akbar lil hinn
mir-residenza tagħhom. Dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-enerġija nadifa
ġenerata skont l-investiment li jagħmlu f’din is-sistema komuni.” Joseph Muscat ivvota kontriha, issa jrid
jaghmilha. Qalilna wkoll li jaghmel
skemi ohra ta’ ghajnuna. L-istess
jikkopja. Diga habbart li se niddedikaw 19
il-Miljun Euro biex nghinu familji jinstallaw pannelli fotovoltaici u peress li
l-prezz naqas allura se jkunu aktar il-familji li se jgawdu.
It-tielet “proposta”
: Jahdem biex isiru Energy Audits fid-djar.
Inkredibbli ! ma jafx li dawn
diga bdejnihom f’Ghawdex u kommessi li nestenduhom f’Malta kollha ! Barra hekk diga diga ghamilna energy audits
fuq bini pubbliku u kommessi li nonfqu 3 Miljun Euro biex naghmlu bidliet
fil-binjiet tal-Gvern halli naghtu ezempju.Dan apparti li fl-ahhar budget
habbarna li se naghmlu energy audits ghal ghaqdiet sportivi. Ovvjament hu u shabu ivvotaw kontra. Issa jridu jaghmluhom !
Ir-raba “proposta” : Jaghmel skema fuq household
appliances efficjenti u jaghti Water Saving Kit. Ma jafx li fil-fatt diga ghamilna skema bhal
din u tajna 45,000 energy efficient
appliances lill-familji Maltin ! Apparti
li f’pagna 52 tal-ahhar budget ghidna li se naghtu water saving kits lil kull
familja f’Malta kif diga ghamilna f’Ghawdex !
Nistennew li ghallanqas Joseph Muscat ikollu d-dicenza li mhux jghid li
se jhabbar imma jghid li jaqbel ma’ dak li l-gvern diga wettaq inkella jghid li
hu jimplimenta dak li diga qal il-gvern fil-budget, ghal liema budget hu u
shabu vvutaw kontra !
No comments:
Post a Comment