Jerome Lambert mill-Union Nazjonali
li tirraprezenta l-ghalliema tal-iskejjel Primarji u Sekondarji fi Franza (SNUipp-FSU)
qal li l-ghalliema, li hafna minnhom sena ilu taw l-appogg taghhom
lill-kandidat Presidenzjali Socjalista, Francois Hollande, huma dizappuntati
kif il-gvern Socjalista qed jitratthom. U kien ghalhekk li nhar it-Tlieta strakjaw
madwar Franza
kollha u hadu sehem fi protesta kbira f’ Parigi. Ghalliem li ha sehem fil-protesta qal
: Dak li l-Gvern Socjalista qed joffri issa m’ghandu xejn x’jaqsam mal-hafna
weghdiet kbar li kienu saru lilna qabel l-ahhar elezzjoni. L-ghalliema Francizi qed jghidu li Hollande “qed jahrab mill-problemi veri u reali” tas-sistema edukattiva taghhom. Iz-zewg problemi veri huma 1. Wisq tfal fil-klassijiet u 2. Ma hemmx bizzejjed ghalliema b’tahrig specjalizzat biex jassistu lit-tfal li ghandhom diffikultajiet.
Il-maggoranza qawwija tal-ghalliema f’Mejju 2012 kienu vvutaw ghas-Socjalista
Hollande peress li dan kien wieghed li jtejjeb is-sistema edukattiva anke billi
jiprovdi aktar miljuni ghall-edukazzjoni. Hollande il-miljuni ma sabhomx u issa
jrid izied is-sieghat lill-ghalliema
fl-iskejjel minghajr ma jziedilhom il-hlas !
Din l-istorja rajniha tigri
f’pajjizna fil-qasam edukattiv fl-1996, dakinhar kienu l-istudenti li ngidmu,
li raw dak li kien imwieghed, l-istipendju, jinbidel f’dejn.
L-ghalliema Maltin, b’kuntrast ghal
dawk Francizi, fil-ftehim kollettiv rivedut sentejn ilu
kellhom titjib fil-pakkett finanzjarju taghhom u nghataw aktar opportunitajiet ta’
tahrig. Barra hekk raw investimenti kbar fil-qasam edukattiv, inkluz b’zieda
qawwija ta’ Learning Support Assistants ingaggati biex jghinuhom. Barra hekk
l-ghalliema raw titjib fl-ghodda uzata fil-klassi, apparti raw il-ftuh ta’ skola gdida kull
sena ! Il-hidma tal-ghalliema ssarfet
f’aktar minn 83% tal-istudenti sekondarji jkomplu jistudjaw wara s-sittax. Ahna kuntrarjament ghas-Socjalisti Francizi wettaqna dak li weghdna lill-ghalliema. Ma
jfissirx li m’hemmx fejn inkomplu
ntejjbu fl-edukazzjoni. Fil-Programm Elettorali l-edukazzjoni nghatat mill-gdid priorita'.
No comments:
Post a Comment