Jan 7, 2013

Tlaqna biex tirbaħ int

It-tiġrija bdiet.  Il-Partit Laburista ma felaħx jistenna aktar minn minuta fuq nofsillejl u wriena bl-aktar mod ċar li għalih l-importanti jibqgħu l-gimmicks u t-teatrini.  Is-sustanza hija sekondarja, jew saħansitra totalment minsija.  Joseph Muscat għajjat lill-ġurnalisti f’nofsillejl u minuta biex jiġbduh jiffirma billboard u ma jħabbar xejn ġdid.  Qalilna li s-slogan elettorali huwa Malta Tagħna Lkoll
 
L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet aħna bil-fatti stmajna lil kulħadd ta’ Malti u fuq kollox lil Maltin u l-Għawdxin tajnihom id-dritt jgħidu L-Ewropa Taghna Lkoll !   Joseph Muscat dan id-dritt ried icaħħadna minnu. Aħna l-Partit li biddel wiċċ pajjiżna u lill-poplu tagħna tajnih pajjiż aħjar biex tabilħaqq igawdih u jgħix bi kwalita’ tal-ħajja li tixraqlu.  Il-Partit Laburista jiddeletta bl-islogans, iżda aħna għandna r-riżultati x’nuru.  Rizultati li qed igawduhom il-hafna, irrispettivament humiex Nazzjonalisti jew Laburisti. 
 
Il-Partit Nazzjonalista nhieda wkoll L-slogan tieghu Futur Fis-Sod : Xoghol, Sahha, Edukazzjoni. Mas-slogan nhieda wkoll logo. Il-logo huwa rappreżentazzjoni artistika ta' petali mrikkba fuq xulxin, b'kull waħda minnhom għandha lewn differenti. Minn kull żewġ petali joħroġ lewn ieħor li flimkien mal-bqija jiffurmaw l-ilwien kollha tal-qawsalla.  L-ilwien u l-petali magħqudin flimkien jissimbolizzaw id-diversità ta' fehmiet u l-għaqda li fuqhom hija mibnija l-politika u l-ħidma tal-PN.  Id-diversita’ fl-unita’.  
 
Għalija din ukoll hija kampanja impenjattiva ferm.  Mhix l-ewwel kampanja pero hija kampanja importanti li qed nidħol għaliha b’entużjażmu kbir.  Naprezza ħafna l-għajnuna li diġa qed insib minn bosta nies, minn kull qasam tas-socjeta’ li qed joffru ħinhom u l-enerġija tagħhom biex jgħinuni nwassal il-messaġġ. Determinati li nagħmlu ħilitna kollha biex infehmu li l-PN għadu l-aħjar għodda biex pajjiżna jkollu futur fis-sod biex int u l-familja tiegħek tgħixu aħjar. Inwegħdkom l-impenn u l-enerġija kollha tiegħi !

No comments: