Jan 23, 2013

Nahdmu ghalihom kuljum

L-impjiegi naħdmu għalihom kuljum jgħid il-messaġġ fuq l-aħħar billboard li ħareġ il-Partit Nazzjonalista waqt din il-kampanja elettorali.  Kulħadd jaf li f’Malta partit wieħed biss jista’ jgħid li joħloq l-impjiegi.  Dak hu l-Partit Nazzjonalista.  Partit li taħt it-tmexxija tiegħu fl-aħħar snin f’pajjiżna nħolqu mal-20,000 post tax-xogħol filwaqt li b’intervent dirett tal-Gvern ġew salvati 5,000 post tax-xogħol ieħor.  
 
Ix-xogħol ma toħolqux bid-diskors.  Jew billi tiftaħar li se tkun Gvern safe jekk il-poplu jafdak bit-tmexxija tal-pajjiż.  Ix-xogħol huwa l-frott ta’ deċiżjonijiet u għażliet tajbin.  B’hekk pajjiżna llum huwa s-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-anqas nies qegħda.  Huwa frott il-politika tal-Gvern Nazzjonalista li f’Malta qatt daqs illum ma kien hawn nies jaħdmu.  
 
Ma ħloqniex biss xogħol, imma komplejna ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.  Fl-aħħar snin neħħejna 25 taxxa u llum il-ħaddiem jibqalu aktar flus f’butu.  Fost l-oħrajn naqqasna l-income tax għal kulħadd.  Naqqasna l-income tax għal min hu bin-negozju u għall-ġenituri li jaħdmu.  U dan kollu filwaqt li pajjizi ohra kienu qed jitkissru mill-maltemp ekonomiku li laqat lid-dinja. Proprju l-bierah deher artiklu fuq CTZEN gurnal ghaz-zghazagh fi Sqallija li jitkellem hekk : Kif juru ir-rapporti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan, il-krizi ekonomika li laqtet lid-dinja jidher li lil Malta ma messithiex ! 
 
Gvern Nazzjonalista huwa l-aqwa serħan il-moħħ li għall-impjiegi jistinka kuljum.  Bi Gvern immexxi minn Joseph Muscat it-theddida għall-impjiegi tkun ta’ kuljum ukoll.  Pajjiżna għandu bżonn a’ stabbilita’ u tmexxija għaqlija.  Mhux Kap tal-Oppożizzjoni li sentejn ilu tana parir biex nimitaw lill-Ċipru.

No comments: