
Imbasta l-Ministru tal-Finanzi Edward
Scicluna meta tkellem quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew, meta
ffaċċja l-kritika tal-ewroparlamentari u kien iddikjara li l-iskema kienet
żball, kien wieghed li din se tinbidel.
Dakinhar Scicluna kien qal li din l-iskema kienet se tintrabat marbuta ma' investiment veru f'intrapriża li toħloq
l-impjiegi; li dawk li joħduha kellhom
joqogħdu Malta għal ċertu żmien; u li
din se tkun limitata biss għal 50 persuna fis-sena. Imma jidher li Muscat lanqas dak li qal
il-ministru tal-finanzi tiegħu fi Brussell ma ta kas, webbes rasu, u reġa' ppreżentalna kawlata
msahhna.
Konna ttamajna li forsi raw
id-dawl ! Imma konna mqarqa. Ipprova biss jirbah il-hin, ghamlilha ftit irtokki
u ipprova jahbiha fl-isfond tar-rambagg tal-Milied. Tipikament Muscat. Ma jimpurtahx il-kontenut, jinteressah biss
it-timing u l-istrategija !
Din l-iskema diga hamritilna wiccna mad-dinja
kollha. Il-media internazzjonali tkazat
b’din l-iskema u pajjizna spicca diga tilef ħafna mill-fama tajba li kien bena tul
tant snin. Qabel l-1987 konna hadna
sirna famuzi li ahna tallaba, imma dik l-impressjoni konna nehhejniha wara tant
snin ta’ hidma. Issa jidher li se
nergghu niehdu din il-fama. Tal-misthija
! Din l-iskema qajmet oppożizzjoni kbira, anke fost ħafna li vvutaw Labour. Li
jimmeraviljani hu, kif certi nies li suppost jafu ahjar, spiccaw jaghtu
l-appogg taghhom lil skema moqzieza bhal din !