Mar 22, 2014

LNG - X'ma qalulniex !


Ufficjali tal-kumpanija li se topera l-impjant tal-LNG gew ikkwotati li qalu “ghaliex dan l-ghageb kollu.  Mill-port ta’ Tokyo jghaddu skoss vapuri b’hazna ta’ LNG.”  Taf x’ma qalux li l-hazna hemm mhijiex fuq vapur antik imma f’tankijiet fuq l-art.  Zgur li l-hazna mhijiex fuq vapur bhal LNG Gemini li ghandu diga 36 sena !  Ma qalux lanqas li l-port ta’ Tokyo hu ferm akbar minn dak ta’ Marsaxlokk u fil-fatt fil-port ta’ Tokyo jidhlu tlett gzejjer daqs Malta ! 
 
Ma qalulniex lanqas li fir-rapport ta’ Papadakis hemm disclaimer daqs dinja li tghid li m’hemmx riskju sakemm ma jkunx hemm xi sors ta’ spark fl-inhawi !  Ma jafx Papadakis li hdejn il-hazna se jkun hemm powerstation ?!    Kellu ragun jghid Profs.Hans Pasman li r-rapporti li saru huma anqas minn nofs lehja !
 
Ma qalulniex li jekk il-vapur tal-hazna f’maltempata jidhol go fih vapur iehor jew jinqala minn postu (kif qalu s-sajjieda ta’M’Xlokk) u tizviluppalu ticrita ta’ anqas minn metru kwadru tohrof shaba ta’ gass li tghatti M’Xlokk kollu u din tiehu sempliciment b’sigarett !  Dan kellu jghidulna l-Profs.Hans Pasman, espert f’Risk Assessment li jghix f’Malta u jaf il-limitazzjonijiet tal-bajja ta’ M’Xlokk. 
 
Jipruvaw ibellghuha li qed jaghmlu l-progett biex irahhsu d-dawl. Ma qalulniex li se jintrabtu li jixtru l-energija kollha li se jiprovdi l-operatur privat tal-impjant b’9c6 anke meta pajjizna permezz tal-interconnector se jkun jista jixtri l-elettriku b’terz ta’ dak il-prezz, aktar u aktar issa li fl-Ewropa beda jopera suq hieles permezz ta’ dak li jissejjah Market Coupling !  X’ma jiddefendix il-progett l-operatur privat ! 
 
Ma qalulniex lanqas fhix wasal il-feasibility study tal-pipeline bejn Sqallija u Malta li konna gibna l-flus ghalih mill-UE.  Ovvjament ma jridux jippublikawh qabel din id-decizzjoni tal-MEPA nhar it-Tnejn li gej (illum ghal min qed jaqra dan l-artiklu).  Ghax dan ir-rapport zgur jghid li ma jaghmilx sens li l-operatur privat li se jkun nefaq mal-180 Miljun f’re-gassification unit li se jitpogga fuq l-art jieqaf juza dan il-unit u jhallih wieqaf ghax jingieb il-pipeline !  B’dan il-progett qed joqtlu l-pipeline !  Dik hi l-verita ! 

Mar 21, 2014

Jibzghu mill-mistoqsijiet

Il-progett ta’ Joseph Muscat u Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern irrezista li jigi quddiem il-Kumitat Parlamentari ghall-Ambjent biex iwiegeb mistoqsijiet fuq l-EIA tal-Powerstation u l-hazna tal-LNG fil-Bajja ta' M'Xlokk ! Iridu monologi u mhux diskussjoni fejn nistghu naghmlu mistoqsijiet u jsir skrutinju serju !  Sinjal car li ghandhom x'jahbu !  
 
Progett simbolu tan-nuqqas ta’ trasparenza ta’ dan il-Gvern, u tal-Partit Laburista nnifsu, ghax dan il-progett tnissel fid-dlam meta kienu ghadhom fl-Opposizzjoni.  Naqbel perfettament ma’ dak li qalet l-Onor.Marlene Farrugia nhar l-Erbgha fil-Parlament meta qalet li “Hadd minna mhu espert, u ghalhekk jaghmel sens li ngibu lill-esperti biex iwiegbu ghall-mistoqsijiet taghna.” Kien proprju ghalhekk li ahna konna ghamilna t-talba biex il-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent jaghmel skrutinju serju tal-EIA tal-progett.  Hasra li Marlene Farrugia waqghet ghall-pressjoni li saritilha biex dan il-Kumitat ma jiddiskuthiex l-EIA. 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Progett mibni fuq il-habi.  Rapporti li hafna minnhom jiddikjaraw l-awturi stess li dawn huma rapport preliminari. Ir-rapport ta’ Papadakis hargu biss partijiet minnu.  Ir-rapport ta’ Papadakis fih anqas dettall mir-rapport ta’ Vaccari !  Hemm pagni shah ta’ input imma xejn dettalji fuq output !  Sempliciment ir-risk contours.  U lanqas dawk mhuma ndikati kollha !  Fuq dawn ridna nsaqsu fil-Kumitat.  Imma ovvjament ma jridux jisimhu mistoqsijiet bhal dawn.  Iridu jistahbew u jridu jahbu ! 
 
Anke r-rapport ta’ Ing.Umberto Maffezzoli li gie kkummissjonat mill-OHSA nzamm mohbi !  Ippublikawh nhar l-Erbgha fis-6.06pm ezatt qabel id-dibattitu fil-Parlament.  U ippublikawh biss wara li l-Erbgha filghodu jien u Therese Comodini Cachia pprezentajna ittra lic-Chairman tal-MEPA fejn ghidnilu li qed ninvokaw id-drittijiet taghna skond il-Freedom of Access to Information on the Environment Regulations tal-2005 biex dan ir-rapport ikun publikat.  Regolamenti marbuta mal-obbligi ta’ pajjizna skond l-Aarhus Convention. 
 
Issa li l-Ministru Konrad Mizzi qed jghid li wara ftit snin inehhi l-vapur u  jaghmel il-pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ?   Fejn hu l-Maritime Risk Assessment ?  Qalilna li ghamlu numru ta’ simulation exercises.  Iva u x’qal dan l-istudju ?  Aghmlu pubbliku !   Ghandha ragun Din l-Art Helwa tghid hekk : Din l-Art Helwa strongly feels that the MEPA board should not be convened to take the decision that will allow the massive floating gas storage in Marsaxlokk bay when some of the risk analysis studies have not yet been completed. The board should not grant a permit until all the necessary studies have been carried out and made available to the public.
 


 


Mar 20, 2014

Sant’Antnin se jkun ikkummercjalizzat issa !


Tipikament ta’ kif jahdem dan il-Gvern, il-gimgha li ghaddiet il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat f’diskors li kien qed jaghmel zerzaq sentenza fejn qal li l-Gvern ghandu pjan avvanzat biex ‘jikkumercjalizza’ l-family park ta’ Wied il-Ghajn. Hu gie rrappurtat jghid ukoll li l-Gvern se jizgura li ‘l-access ghall-post jibqa’ b’xejn’.  Sentenza li ghal hafna ghaddiet bla ma taw kasha zzejjed, pero sentenza jien innutajtha.

Leo Brincat ghandu hafna hafna aktar x’jispjega dwar dan il-park.  Dan hu l-istess Ministru li fost l-ewwel decizjonijiet li ha kif dahal fil-kariga kien li jaghlaq dan il-Park ghal xhur shah bl-iskuza li hareg l-livell ta’ kubrit fl-arja kien “perikoluz” ghan-nies jekk imorru hemm. Skuza banali l-aktar meta wiehed jikkunsidra li l-haddiema tal-impjant inniffsu thallew jahdmu normali.  Issa wara sena nduna li dan il-post ghandu valur u allura se jikkummercjalizzah. 

Il-verita’ hija li mhux kapaci jmexxih u allura jrid jghaddih lill-privat biex imexxih hu. Jekk tmur sa hemmhekk tinduna li qieghed f’telqa generali.  Tal-misthija ! U dan wara li f’konferenza stampa meta rega’ fethu ghall-pubbliku qal li waqqaf kumitat ta’ tmexxija ! Ma jaghmilx hazin il-Prim Ministru li fir-reshuffle jekk izommu lil Leo Brincat jahtru l-Ministru tal-Inkompetenza.

Probabilment irid “jikkummercjalizza” il-Park tal-Familja wkoll biex jifranka xi sold mill-ispiza tieghu. Dan Gvern galantom biex jivvinta mpjieg ghan-nies tal-qalba kollha, imma mbaghad jixxahhah mal-familji Maltin.    Jekk il-Gvern huwa tant iddisprat ghall-flus, kull ma ghandu jaghmel hu li jasal wasla sal-impjant ta’ Sant’Antnin u jnaqqas ftit minn dawk tal-qalba li fl-ahhar gimghat ivvintawlhom impjieg, l-ahhar fosthom lill-kap tal-ahbarjiet Manuel Micallef li minghajr ebda sejha gie ingaggat mal-WasteServ.  U lil ex deputat tal-PN li servihom tajjeb meta kienu fl-Opposizzjoni li nhatar il-Perit tal-WasteServ.  Ovvjament ukoll minghajr l-ebda sejha pubblika !  Dan Gvern galantom ghal tal-qalba pero xhih mal-familji u mat-tfal Maltin u Ghawdxin. 

Mar 19, 2014

Yanukovych, Putin u Muscat


Il-bierah segwejt id-diskors li ghamel Putin fl-okkazzjoni tal-annessjoni tal-Krimea mar-Russja. Id-diskors tieghu kien iffukat kwazi kollu biex jiggustifika l-ksur tal-ligi internazzjonali. Mument minnu beda jitkellem fuq il-moviment Maidan fl-Ukraina u l-protesti ta’ dawn kontra l-Gvern korrott ta’ Yanukovych, imma ma lissinx kelma wahda fuq ghaliex tnisslu l-protesti !  Ma qalx li l-protesti twieldu ghax Yanukovych waqa ghat-theddid ta’ Putin u rrifjuta li jiffirma l-Association Agreement tal-Ukraina mal-UE.  

Imbaghad Putin tkellem dwar l-istorja tal-Krimea u r-rabtiet tradizzjonali taghha mar-Russja.  Imma ma lissinx imqar kelma wahda fuq l-intervent militari Russu fuq din l-art. Issa tajjeb wiehed jghid li l-kostituzzjoni Russa tiprojbixxi l-adessjoni ta’ artijiet mal-art li ghandha r-Russja llum sakemm il-Parlament tal-pajjiz li minnu tkun ghadha tifforma parti minnu dik l-art japprova li dik l-art tigi ceduta.  Imma anke fuq dan Putin ma qal xejn !

Lanqas ma tkellem fuq li r-Russi fil-Krimea huma oppressi, allavolja meta baghat it-truppi Russi fil-Krimea kien qal hekk biex jiggustifika l-azzjoni tieghu !  Jidher car li Putin kien personalment offiz li l-protesti ta’ Maidan fl-Ukraina rebhu fuq il-pagg tieghu Yanukovych. Putin ihoss li kien umiljat mill-Punent u allura uza l-okkupazzjoni tal-Krimea biex jibghat messagg lill-Punent. Intkom fil-Punent ma tiehduniex bis-serjeta’, issa ha nurikom min jien !  

U waqt li qed nitkellmu fuq l-Ukraina u Yanukovych ma nistax ma nirreferiex ghall-istorja li zvelat ftit tal-granet ilu t-Times of Malta, li l-Prim Ministru Joseph Muscat Muscat juza l-istess konsulent ta' Yanukovych tal-Ukrajna, juza lil Rob van de Water ! (ara ritratt tieghu hawn) Interessanti din. U tikxef ħafna.  Mela, Muscat m'għandux biss din l-ammirazzjoni kollha għal Viktor Yanukovych, imma għandu wkoll l-istess konsulent.  L-istess konsulent fuq l-affarijiet barranin, jekk jogħġbok.  U ma jistax jghid li ma kienx jaf ghax mill-informazzjoni li pogga van de Water stess fuq LinkedIn Yanukovych ghazel lil van de Water sena u 5 xhur ilu, filwaqt li Joseph Muscat ghazel lil Rob van de Water bhala konsulent tieghu 9 xhur ilu. Mela Joseph Muscat kien diga jaf li huwa konsulent ta' Yanukovych !  U ma ddejjaq xejn jaghzlu ! 

Mar 9, 2014

Gidba ohra ta' Konrad


Il-progett tal-Ministru Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Dan il-progett fih tlett komponenti. Il-progett jinkludi l-vapur b’hazna ta’ LNG fil-forma likwida, regasification unit li jaqleb l-LNG mill-forma likwida ghall-gass u power station ta’ 200MW. S’issa nfurmati li r-regasification unit ha ssir fuq l-art ghax il-vapur li nkera m’ghandux regasification unit fuqu. Kieku kellu, il-vapur seta’ jitpogga barra mill-port. Imma issa, peress li m’ghandux, it-tanker irid isir fil-bajja halli ma jkunx ‘l boghod mir-regasification unit li ha jkun hemm fuq l-art. Stimi preliminari jindikaw li dan ir-regasification unit wahdu jiswa madwar 180 miljun ewro. 
 
Nhar il-Hamis waqt laqgha tal-Gvern bit-titlu ’Vicin Tieghek’, il-Ministru Mizzi qali li l-vapur mhux ha jdum fil-bajja ta’ Marsaxlokk ghax il-Gvern qabad jahdem fuq il-pipeline tal-gass li, sahansitra, kien diga ikkontemplat mill-Gvern precedenti. Tajjeb ! 
 
Imma issa, meta jitlaq il-vapur, x’ha jsir mir-regasification unit li ha nibnu fuq l-art? Il-Ministru ma qal xejn dwar dan u allura l-kobba tkompli tithabbel. Possibbli l-operatur li se jaghtuh  kuntratt ghal 18-il sena ha jinvesti f’impjant li jdawwar l-LNG minn likwidu ghall-gass biex imbaghad nibdew naghtuh gass dirett mill-pipeline ? Dan x’tahwid hu ? Kemm ser iddum tidhaq bin-nies sur Ministru Mizzi? Ghax ma tghidilnix il-verita kollha ? 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Il-Gvern qed jikkommetti lilna u l-pajjizna ghal progett ta’ madwar 400 miljun ewro minghajr lanqas biss ma nafu x’ha jsir mir-regasification unit issa li l-Ministru qed jghid li wara ftit ha jaghmel pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ? Anki qabel tixtri karozza ddur u tara x’alternattivi jezistu fis-suq halli tixtri dak li l-aktar jaqbillek. Imma l-Gvern taghna, alla jbierek, ma jaghmel xejn minn dan !  
 
Huwa car, allura, li l-Gvern qed jinganna. Lanqas jaf x’irid u f’illi bdejna minn hazna fuq l-art b’tankijiet li jesghu 60,000 metru kubu ta’ gass. Imbaghad irdupjajna l-hazna ghax it-tankijet sirna nafu li ma jistghux jinbnew fil-hin u l-izghar vapur li tawna kien ta’ 140,000 metru kubu. Issa, galadarba, l-poplu kollu qed jghajjat ‘gennata’ il-Gvern qed taparsi jbellaha lill-poplu li l-pipeline se jkun installat fi ftit snin. Imma serhu raskom ghax il-Ministru ikkonfermalna li l-lejl qed jorqdu kollu !  X’ma jorqodx b’martu taqla €13,000 fix-xahar !  
 
Imbaghad irid ibellaha wkoll lill-poplu li se jrahhas id-dawl ghax se jaghmel dan l-impjant.  Il-verita hi li se jrahhsu ghax l-impjant tal-BWSC qed jifranka lill-Enemalta €1 Miljun fil-gimgha.  Minn meta beda jahdem l-impjant sl-ahhar ta’ Marzu ta’ din is-sena l-Enemalta se tkun iffrankat €64 Miljun.  Imma se jrahsilna l-kontijiet skond hu b’€25 Miljun fis-sena.  Marret tajjeb l-Enemalta bil-BWSC !

Mar 8, 2014

Jinbena fi 8 xhur, jghadduh lill-Kunsill wara sena !


Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.  Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess Centru.  Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.   Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000. 
 
Jien infurmat mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat li l-istess Kunsill kien kiteb diversi drabi lil diversi Ministri biex dan it-trasferiment isir, izda kien kollu ghal xejn.  Jidher li l-affarijiet iccaqalqu biss meta dan qajjem il-kaz quddiem il-Prim Ministru f’laqgha li l-Kabinett kellu mas-Sindkli tal-Kunsilli Lokali.  Is-Sindku qalli li dakinhar il-Prim Ministru dar fuq il-ministri u staqsa x’qed jigri.  Ghall-ewwel Jose’ Herrera li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali ta l-impressjoni li t-trasferiment sar, imbaghad intervjena Michael Farrugia, responsabli mill-artijiet tal-Gvern, li qal li se jidhol fil-kwistjoni.  X’efficjenza !  L-id ix-xellugija ma tafx x’inhi taghmel il-leminija ! 
 
Aghar minn hekk imma hu l-fatt li Michael Farrugia f’intervista li ta lil The Times ipprova jitfa t-tort ghal dan id-dewmien fuq l-amministrazzjoni ta’ qabel !  Verament ma jisthiex.  Fl-intervista qal li dan id-dewmien kien rizultat tal-fatt li c-Centru Civiku ma kienx lest.  Gidba sfaccata.  Ic-Centru Civiku kien lest kif setghu jaraw in-nies dakinhar tal-inawgurazzjoni ufficjali.  Pubblikament nisfidah jghid x’xoghlijiet saru wara 8 ta’ Marzu 2013 fuq din il-binja u x’kienu l-ispejjez marbuta ma’ dawn is-suppost xoghlijiet li qed jghid li saru.   
 
Hija tal-misthija kif dan il-Gvern gets away with murder !  Idum sena biex jaghmel trasferiment ta’ binja lesta minn kollox u jcahhad lill-Kunsill Lokali u lill-komunita’ tas-Swieqi milli juzaw dawn il-facilitajiet.  Sempliciment tkaxkir tas-saqajn minhabba pika politika ghax qatt ma emmnu li l-progett nilhqu nlestuh qabel l-ahhar elezzjoni.  Verament politika tat-tfal !  L-istess pika politika ntuzat fil-kaz tac-Centru Civiku ta’ San Gwann. Il-Gvern tal-Labour iddecieda li jpoġġi fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ Ġnien pubbliku akbar u Centru Civiku  ġdid fil-qalba ta’ din il-lokalita’, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali.   Biex nagħmlu l-proġett fil-qalba ta’ San Ġwann konna ħsiebna biex nirrillokaw l-pitch tal-bocci u fil-fatt sa qabel l-elezzjoni konna bnejna facilita’ oħra f’post alternattiv f’San Ġwann stess. Kollox kien lest biex jinbeda x-xogħol ġaladarba l-club tal-bocci jkun rilokat fil-post il-ġdid.  Il-permess tal-MEPA kien ilu li ngħata. Imma jidher li l-Gvern tal-Labour ma felaħx ikompli fuq il-progett għall-komunita’ li konna ħeħħejna aħna. 

Mar 7, 2014

Il-korrettezza politika


Il-korrettezza politika għal dan il-Gvern hi lussu.  Hu ċar li l-mod kif imexxi jaħseb li jista’ jgħaddi mingħajrha.  Id-diskors li sar meta Joseph Muscat kien Kap tal-Oppożizzjoni tar mar-riħ sa mill-ewwel jiem li sar Prim Ministru. Ma laħqux għaddew ftit siegħat li mill-ewwel ma bediex iġebbed il-Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri u s-Segretarji Parlamentari.  Dehrlu li għandu jħalli lil Segretarju Parlamentari jibqa’ għaddej jipprattika l-professjoni u jkollu dħul minna, tant li baqa’ jagħmel il-prattika fil-privat. U għax il-korrettezza politika ma tagħtihix valur, tispiċċa ma tara xejn ħażin f’dak li tagħmel.  Tant hu hekk, Muscat ma ra xejn ħażin li l-mara tal-Minstru Konrad Mizzi tingħata job bi €13,000 fix-xahar.

Għall-Prim Ministru Joseph Muscat kollox jgħaddi fejn tidħol il-korrettezza.   Kull Ministru u Segretarju Parlamentari hu obbligat li jagħmel dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu, u anki xi propjeta’ u djun għandu.  Diversi ministri laburisti inqabdu jigbdu fid-dikjarazzjonijiet li għamlu.  Dikjarazzjonijiet foloz.  U Muscat ħalla kollox għaddej.  Il-korrettezza għal Muscat qiesha biċċa lastiku.  Li ġġebbidha u ttiha l-forma li li trid.  Dik li għat-tfal hi plasticine!

Id-diskussjoni li kien hemm ilbierah fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra dwar il-mozzjoni ta’ tkeċċija tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco turi kif jimxi dan il-Gvern.  Il-korrettezza titlob li l-Gvern jieħu pożizzjoni biex ma ssirx ħsara lill-kredibbilita’ lill-ġudikatura.  Minflok spiċċa jaġixxi ta’ l-avukat difensur tal-Imħallef li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sabet kull raġuni biex il-Parlament jipproċedi għat-tkeċċija tiegħu.

Il-maħfra li qed jagħti lil min ikkorrompa fis-serq tal-elettriku għandha l-għeruq tagħha fi Gvern li anke fil-glieda kontra l-korruzzjoni, jaghmel kalkoli politici.  Qed ikompli juri kemm hu bla skrupli.  Dan hu kas fejn il-Gvern qiegħed jindaħal fix-xogħol tal-Pulizija u qed jaġevola lil min xaħħam biex jitbagħbaslu l-meter tad-dawl.  Skandlu ieħor fid-dawl tax-xemx !  Il-Gvern qed iwassal messaġġ li miegħu anki l-korruzzjoni tista’ tiġi negozjata.  U jaħfirlek.

Ir-riga tal-korrettezza u tal-valuri ghal min hu serju, hi riga riġida.  Mhix flessibbli.  Ma tharisx lejn ucuch. Ma taghmilx kalkoli politici. Mhix riga amorali, kif inhi tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat.  Kull ċittadin onest jistenna li gvern jimxi b’mod serju.  Iżda l-valur tas-sewwa, tas-serjeta’ u tal-onesta’ lanqas biss jeżistu fil-vokabolarju ta’ dan il-Gvern.