Probabli qed tistaqsu ‘Dan biex ġej?’. Għal ħafna l-elezzjoni jarawha bħala zmien ta’ tensjoni. Veru imma hu wkoll fatt li l-kampanja elettorali hija zmien li tagħti ċans lilna l-politiċi li nqattgħu jum wara ieħor f’kuntatt man-nies. Għalija dan hu wisq importanti, tant li jien ilni għaddej b’laqgħat fid-djar ta’ l-elettorat sa’ minn Ottubru ta’ l-2003.Il-kampanja elettorali tiegħi tkun imfassla b’mod li tagħti ħafna spazju għal-laqgħat man-nies. Minn din il-ġimgħa, minbarra l-home visits u l-laqgħat tas-soltu, bdejna wkoll sensiela ta’ area meetings li fihom residenti minn lokalita’ jew zona partikolari mid-9 u l-10 distrett jkunu mistiedna biex jattendu.
Matul din il-laqgħa, nistieden ukoll ġurnalist, jew personalita’ biex jistaqsini mistoqsijiet li jrid u fi tmiem l-attivita’ norganizzaw ukoll riċeviment zgħir. Irrid ngħid li l-ewwel erba’ laqgħat kienu mill-isbaħ fejn kelli opportunita’ niltaqa’ ma’ nies, ħafna minnhom għall-ewwel darba. Irrid nirringrazzja lil kull min qed jikkopera biex dawn l-attivitajiet qed jilħqu l-għan tagħhom.
Bħala titlu għidt is-sabiħ ta’ l-elezzjoni..hemm ukoll l-ikrah bħal f’kull ħaġa oħra fid-dinja! Dan huwa zmien fejn il-ħin limitat tiegħi mal-familja jkompli jonqos. Pero anke hawn nara sabiħ għaliex li kieku m’għandix mara u tifla li jifhmuni u li jappoġġjawni, kieku jien ma wasaltx s’hawn.
Nittama li narakom fil-jiem li ġejjin.










