Iz-zmien ma jistenna lil hadd u l-jum tal-ghazla qed joqrob. Ghazla li
tiddetermina kif int u dawk li int thobb u tghozz se tkunu ggvernati ghal hames
snin li gejjin. Hawn minn jghid x’fiha jekk tiehu cans, jekk tipprova lil haddiehor
? Izda int taf li dan mhux il-mod kif int stess
tirraguna quddiem ghazliet importanti f’hajtek.
Jekk it-tabib jghidlek li ghandhekk bzonn ta’ operazzjoni, int
x’taghmel?
Zgur li l-ewwel haga li taghmel int, kif tabilhaqq jaghmel kulhadd, hu
li tistaqsi liema hu l-kirurgu li ghandu l-akbar reputazzjoni ta’ success
fl-operazzjonijiet li jaghmel. Zgur li
quddiem ghazla hekk iebsa, int mhux se tafda hajtek f’idejn xi hadd li ma
ghandu ebda esperjenza ta’ xejn ghajr tal-kliem fierah. U bir-ragun, ghax hemm
hajtek fin-nofs. Wisq anqas ma nahseb li tkun mohhok mistrieh jekk dan il-kirurgu ta’ bla
esperjenza jghidlek li ghandu mieghi assistenti
anzjani ta’ esperjenza, izda li int issir taf, jew tiftakar, li meta
dawn kienu joperaw, ghamlu zball wara l-iehor b’detriment tal-pazjent li kien
fdat f’idejhom.
Joseph Muscat hekk qed jghidlek – hu cans mieghi ghax jien immexxi
movement li jigbor fih dawk kollha li tul is-snin twal ta’ hakma Socjalista
mill-1971-1987 u bejn l-1996-1998 mhux biss wettqu zbalji enormi fit-tmexxija tal-pajjiz u fgaw kull sens ta’ inizzjattiva
tal-privat, izda ikkultivaw sens ta’ ggvernar li nissel u rawwem il-firda.
Il-Parit Nazzjonalista dejjem emmen li Malta taghna lkoll u ghalhekk
kull meta kien fil-Gvern dejjem fetah il-bieb ta’ l-opportunita’ ghal kulhadd –
hu x’inhu it-twemmin politiku mhaddan, huma x’inhuma il-konvinzjonijiet
personali ta’ dak li jkun. Dan narawh
fil-hajja ta’ kuljum, fl-eluf kbar li gawdew mic-cans ta’ edukazzjoni gholja,
minn dawk li fethu negozzju ghar-rashom, minn dawk li sabu impieg mal-privat
jew mal Gvern.