Jan 9, 2014

Venezia qed tmut ?


Fil-granet li ghaddew kelli cans nqatta erbat ijiem vakanza gewwa Venezia.  Belt li darba kienet ic-centru tal-Meditterran tal-Lvant.  Belt li minkejja l-palazzi u r-rikkezzi kollha li ghandha qed tmut bil-mod il-mod.  Dan qed jigri mhux minhabba l-problema ta’ high tides aktar frekwenti imma minhabba li l-popolazzjoni taghha qed tonqos bil-qawwa.  F’temp ta’ 30 sena l-popolazzjoni minn 180,000 nizlet ghal ftit aktar minn 50,000 resident.  Fl-ahhar 5 hames snin biss il-popolazzjoni taghha naqset bi kwazi 10,000 ! 
 
Belt li giet trasformata f’belt tat-turisti.  Jghaddu minnha biex izuruha 20 miljun turist fis-sena izda hafna minnhom jaslu biss ghal zjara qasira.  Sal-1950 kienu jzuruha biss miljun turist fis-sena.  Illum hafna drabi dawk li jzuruha jaghmlu dan ghal ftit sieghat biss f’gurnata.  Minhabba dan l-influss qawwi ta’ turisti, min jopera spicca jgholli l-prezzijiet, imma peress li l-prezz ma jiddistingwiex bejn resident u turist.  Barra hekk sploda l-prezz tal-propjeta’ u l-prezz tal-kirjiet.  Dan wassal biex hafna residenti johorgu ‘l barra minn Venezja u jmorru f’Mestre,  l-eqreb belt “fuq l-art” anke ghax naqsu sew l-impjiegi. 
 
Hafna qed ihossu li l-hajja f’din il-belt qed issir impossibli. Hafna mill-hwienet spiccaw inbiddlu fi hwienet li jbieghu souvenirs jew hgieg ta’ Murano.  Imma anke hawn hemm problema ghax hafna mill-fabriki ta’ Murano spiccaw ghalqu ghax sar iqum wisq biex izzomm il-fran jahdmu u hafna hwienet spiccaw ibieghu hgieg taparsi li sar f’Murano imma jkun sar fic-Cina ! Tant l-attivita’ turistika saret qawwija, li issa spiccat belt li toffri ftit li xejn impjiegi.  Min mhux lest jahdem bhala gandolier, jew f’lukanda jew bhala gwida ftit li xejn fadallu opportunitajiet ta’ xoghol. In-numru ta’ lukandi jew facilitajiet bed & breakfast zdiedu b’1,000 darba fl-ahhar ghaxar snin, imma xorta n-numru ta’ turisti li jorqdu f’Venezia minn dawk li jzuruha huwa frazzjoni zghira hafna ! 
 
Tajjeb kemm hu tajjeb it-turizmu, jidher li dan spicca l-kawza principali tal-mewt tal-popolazzjoni taghha.  Jidher car li biex din il-belt tghix jehtieg tiddiversifika l-attivita’ ekonomika go fiha, inkella se tkompli tmut.  Mill-belt spiccaw telqu istituzzjonijiet finanzjarji kbar li qabel kienu prezenti b’mod qawwi.  L-ahhar insurance company li ghalqet, spiccat kecciet ‘l fuq minn 1,000 haddiem, li kollha kwazi spiccaw telqu minn Venezia.  Mhux ta’ b’xejn li Venezia tidher ippakkjata bin-nies matul il-gurnata izda kwazi cimiterju filghaxija.  Dan kollu juri kemm kull decizzjoni li jiehdu l-politici jhalli impatt fuq l-izvilupp hazin jew tajjeb ta’ belt.  Dan juri wkoll li wiehed irid jindirizza jew jiprova jikkoregi l-kurrent tas-suq inkella l-kurrent tas-suq jispicca jkaxkar lin-nies, u jispiccaw ibatu dawk l-aktar esposti u dghajfa. Kellu ragun sid ta’ hanut tal-artigjanat li waqafna nkellmuh meta qalilna “Jekk tmut Venezia, din ma tkunx biss telfa ghall-Italja imma ghad-dinja kollha.”

Dec 28, 2013

Kawlata msahhna


Verament ħasra li lejlet il-Milied, flok nikkoncentraw fuq dak il-Jum tant sabih, spiccajna nitkellmu fuq il-politika !  Sempliciment ghax il-prim ministru Joseph Muscat refa' dan il-jum biex jtemm apposta t-taħditiet dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza. Timing mill-aghar fuq skema mill-aghar !   Gie fil-Parlament bi skema ta’ bejgh ta’ cittadinanza u se jhalliha kif kienet skema ta’ bejgħ.  Fit-tahdidiet, Joseph Muscat u shabu wrew li kienux interessati li jfittxu l-kunsens għaliex baqghu ma ndirizzawx l-oġġezzjoni fundamentali tal-Oppożizzjoni għal din l-iskema, jiġifieri li ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna m’għandhiex tkun għall-bejgħ.
 
Imbasta l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta tkellem quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew, meta ffaċċja l-kritika tal-ewroparlamentari u kien iddikjara li l-iskema kienet żball, kien wieghed li din se tinbidel.  Dakinhar Scicluna kien qal li din l-iskema kienet se tintrabat marbuta ma' investiment veru f'intrapriża li toħloq l-impjiegi; li dawk li joħduha kellhom joqogħdu Malta għal ċertu żmien;  u li din se tkun limitata biss għal 50 persuna fis-sena. Imma jidher li Muscat lanqas dak li qal il-ministru tal-finanzi tiegħu fi Brussell ma ta kas, webbes rasu, u reġa' ppreżentalna kawlata msahhna. 
 
Konna ttamajna li forsi raw id-dawl ! Imma konna mqarqa. Ipprova biss jirbah il-hin, ghamlilha ftit irtokki u ipprova jahbiha fl-isfond tar-rambagg tal-Milied.  Tipikament Muscat.  Ma jimpurtahx il-kontenut, jinteressah biss it-timing u l-istrategija ! 
 
Din l-iskema diga hamritilna wiccna mad-dinja kollha.  Il-media internazzjonali tkazat b’din l-iskema u pajjizna spicca diga tilef ħafna mill-fama tajba li kien bena tul tant snin.  Qabel l-1987 konna hadna sirna famuzi li ahna tallaba, imma dik l-impressjoni konna nehhejniha wara tant snin ta’ hidma.  Issa jidher li se nergghu niehdu din il-fama.  Tal-misthija ! Din l-iskema qajmet oppożizzjoni kbira, anke fost ħafna li vvutaw Labour. Li jimmeraviljani hu, kif certi nies li suppost jafu ahjar, spiccaw jaghtu l-appogg taghhom lil skema moqzieza bhal din !  

Dec 27, 2013

Nistennew risposti


Tiftakar meta Joseph Muscat kien qalilna “Xommuh il-kafe’” meta kien tkellem fuq l-emigrazzjoni f’Ottubru li ghadda ghax skont hu “it-tisbit tas-saqajn jaħdem” ?  Hekk kien qalilna 3 xhur ilu ! Kien qalilna li hu ma kienx dispost jitlaq mis-summit tal-mexxejja Ewropej jekk ma jiġix bir-riżultati, jiġifieri li l-pajjiżi Ewropej jintrabtu li jieħdu tabilfors immigranti minn Malta. Imma wara li ma ġab xejn f'Ottubru, qal li jistenna r-riżultati fis-summit ta' Diċembru.   U gie Dicembru u baqa b’xejn !  Imma l-Prim Ministru Muscat mis-summit gie lura idu f’idu ! 
 
Mhux talli ma gab xejn talli is-suggett tal-imigrazzjoni bilkemm tqanqal ! Skond il-media internazzjonali (li mhux il-PBS jew ahjar Super Two) fis-Summit gew diskussi l-aktar l-għaqda bankarja u l-koperazzjoni fid-difiża.  Jidher li lanqas il-“habib personali” tal-Prim Ministru Martin Schulz ma ghogbu jitkellem fuq l-immigrazzjoni. Ir-riżultati ta' Muscat fl-immigrazzjoni ?  Mhux biss xejn; agħar minn xejn. Mhux avanzana, lanqas imqar żammna fejn konna, imma saħansitra tefana lura. 
 
L-uniku haga li smajna f’Dicembru fuq l-emigrazzjoni kien ir-rapport tal-wahx li deher fir-rivista Taljana L'Espresso fuq il-mewt ta' 55 mill-270 Sirjan mgħarrqin qrib Lampedusa fil-11 t'Ottubru. Traġedja ta' dieqa kbira għal min jemmen fil-valur tal-ħajja.  Izda din storja xokkanti ghax skond L’Espresso il-gvern Malti dam erba' siegħat sħaħ biex talab l-għajnuna tat-Taljani biex jghinu jhalli jkunu salvati dawn is-Sirjani .  
 
Skond L’Espresso l-awtoritajiet Maltin kienu jafu li d-dgħajsa qed tegħreq mis-siegħa ta' wara nofsinhar għax wieħed mir-refuġjati ċempel hawnhekk. Il-Maltin, jgħid L'Espresso setgħu mill-ewwel talbu l-għajnuna tat-Taljani għax id-dgħajsa kienet 140 mil bogħod minn Malta, imma 70 mil biss minn Lampedusa.  Skond ir-rivista Taljana  il-marina militare Taljana kellha l-bastiment jismu Libra 20 mil biss bogħod mid-dgħajsa.  Fil-5.00 id-dgħajsa għerqet, jgħid L'Espresso, u kien biss fil-5.07 li l-awtoritajiet Maltin talbu l-għajnuna ta' dawk Taljani !  Tal-misthija !  Tal-misthija akbar is-skiet tal-Forzi Armati Maltin u l-Gvern Malti meta ma wiegeb xejn ghall-mistoqsijiet li rcieva fuq din l-istorja.  
 
Possibli li l-Prim Ministru Muscat jew il-Ministru Manwel Mallia ma kienux jafu li d-dgħajsa qed tegħreq ? Min se jwieġeb għall-mewt ta’ 55 persuna ?  Il-mistoqsijiet se nkomplu naghmluhom u se nesigu li ninghataw risposti.  

Dec 25, 2013

Insara mhedda


Waqt li llum niccelebraw Jum il-Milied bhala nsara fl-ikbar liberta’ tal-espressjoni, jkun tajjeb li nahsbu f’dawk l-insara li huma ppersegwitati f’diversi pajjizi, specjalment fil-Lvant Nofsani, l-Pakistan u numru ta’ pajjizi tal-Afrika.  F’certi pajjizi anke biex tmur sal-knisja tkun qed tirriskja hajtek. Minn kull 10 attentati ta’ vjolenza religjuza li jsehhu madwar id-dinja, 8 minnhom isiru fuq insara.

X’ironija. Il-hsieb nisrani twieled fil-Lvant Nofsani, izda hu proprju hemm li l-aktar jisfghu taht il-mira dawk li jipruvaw jiprattikaw il-hsieb nisrani. L-insara fl-Iraq, fl-Egittu u bhalissa anke fis-Sirja qed ikunu esposti ghal diversi atti ta’ vjolenza religjuza, li zdiedet b’mod qawwi fl-instabbilita’ politika li dawn il-pajjzi ghaddejjin minnha. L-insara fl-Egittu u fis-Sirja jaghmlu 10% tal-popolazzjoni ta’ pajjizhom.

Din l-intolleranza religjuza ta’ whud mill-Musulmani lejn l-insara hija frott ta’ ftit musulmani fanatici li qed jaghmlu minn kollox biex ikissru d-djalogu li beda jinbena fl-ahhar 20 sena bejn iz-zewg religjonijiet.  Djalogu li pprova jiehu post l-injoranza u l-pregudizzji bejn dawn iz-zewg religjonijiet.   Sfortunatament il-persekuzzjoni tal-insara bhalissa qed tispikka fuq id-djalogu.  L-emozzjoni qed tiprova tfarrak ir-razzjonalita’.

Il-kuragg ta’ dawn l-insara li minkejja t-theddid jibqghu jiprattikaw il-fidi taghhom ghandu jkun ta’ ispirazzjoni ghalina l-insara fid-dinja tal-punent li hafna drabi sirna wisq komdi nahsbu li nistghu naghmlu kollox minghajr ma nzommu lill-Mulej fic-centru tal-hajja taghna.

Dec 13, 2013

Il-glieda kontra d-dementia


Din il-gimgha il-WHO (World Health Organization) u r-Renju Unit, li prezentament ghandu l-Presidenza tal-G8, ghamlu appell ghall-impenn dinji aktar qawwi kontra l-marda tad-dementia. Appellaw ghal aktar investiment fir-ricerka ghal fejqan minn din il-marda, imma fuq kollox ghal aktar ko-ordinazzjoni fir-ricerka halli ma jkunx hemm duplikazzjoni u hela ta’ rizorsi.  II-Prim Ministru Ingliz David Cameron f’laqgha f’Londra din il-gimgha qal hekk "No one here is in any doubt about the scale of the dementia crisis. A new case every four seconds, a global cost of $600 billion (440 billion euros) and that is to say nothing of the human cost."

Hu stmat li madwat 44 miljun persuna ibatu mimm xi forma ta’ dementia, l-aktar bl- Alzheimer's. Ovvjament bil-populazzjoni dejjem aktar tixjieh, specjalment fid-dinja tal-punent, aktar miljuni ta’ persuna se jkunu qed isofru minn din il-marda.  Filwaqt li sa llum ghandna 5 persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena, sal-2050 se jkollna biss zewg persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena ! L-Alzheimer's Disease International Federation wissiet li 135 miljun persuna se jkunu qed ibatu mid-dementia sas-sena 2050.

Il-fondi dedikati ghar-ricerka fuq din il-marda ghadhom ftit wisq. Hafna jsostnu li hemm bzonn impenn qawwi daqs dak li d-dinja ghamlet fl-2005 u s-snin ta’ wara fuq il-marda tal-AIDS.  Kien ghalhekk ukoll li gie maqbul li terga ssir laqgha simili ghal dik ta’ Londra fl-Istati Uniti fl-2015 halli jkun jista jigi evalwat il-progress.

F’pajjizna sa llum ghandna madwar 5000 persuna jbatu mid-dementia u hu kkalkulat li jkollna 14,000 sa 30 sena ohra !  Ghalhekk wiehed ma jistax jifhem kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-budget ghall-2014 naqqas il-vot dedikat ghall-glieda kontra d-dementia b’50% ! U dan meta fil-programm elettorali taghhom qalu li l-glieda kontra d-dementia se jaghmluha priorita’ !  

X’differenza mill-impenn tal-Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam.  Sar Activity Centre f’San Vincenz u memory clinic fl-Isptar Karen Grech. Flimkien mal-Malta Dimetia Society kien twaqqaf dimetia help line. Mhux biss hejjejna strategija nazzjonali fuq din il-marda u gibna esperti barranin biex jghallmu lil professjonisti taghna imma tajna l-pilloli b’xejn lill-pazjenti li jbatu minn din il-marda. Ghall-ewwel darba investejna u fuq kollox bnejna swali dementia-friendly. Tabilhaqq x’differenza.

Dec 12, 2013

Decizzjoni stramba


Skond Eicke Weber, direttur tal-Fraunhofer Institute for Solar Energy Systems tal-Germanja, t-teknologija wara l-crystalline silicon solar cells matul l-ahhar snin gawdiet mill-izviluppi estensivi li rat l-industrija tal-microelectronics. Sa 20 sena ilu, kilowatt ta’ energija mix-xemx fil-Germanja kien iqum 50 euro cents biex jkun prodott, filwaqt li llum fil-Germanja dan niezel ghal 10 euro cents biss.  F’pajjizi moghnija mix-xemx dan sahansitra llum niezel ghal bejn 5 u 8 euro cents.  F’hafna pajjizi dan ifisser li l-generazzjoni ta’ energija mix-xemx jiswa anqas mill-generazzjoni ta’ energija minn sorsi konvenzjonali bhaz-zejt u fuels ohra.

Skond Weber ukoll matul din is-sena se nkunu rajna zieda ta’ 20% ta’ installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici fuq is-sena l-ohra.  Fil-fatt hu mistenni li jkun hemm solar plants godda li jiproducu mal-37 gigawatts (GW) ta’ energija nadifa. Qed naraw l-akbar tkabbir gewwa c-Cina, fejn ghall-ewwel darba  s-suq ghall-pannelli voltaici qabez sahansitra dak tal-Germanja. Ic-Cina din is-sena se tkun installat impjanti godda biex tiproduci 9 GigaWatts ohra filwaqt li l-Germanja se zzid b’3.5 GigaWatt. 

Meta tara dawn l-avvanzi fis-settur tal-energija mix-xemx aktar thawdek id-decizzjoni tal-Gvern prezenti li ma jallokax €5.5 miljun lill-industrija lokali sabiex sidien ta’ fabriki jinstallaw panelli fotovaltajiċi fl-istabbilimenti taghhom.   Dawn il-€5.5 Miljun huma parti minn fondi ewropej li ahna konna gibna biex imorru ghall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici f’pajjizna.  Verament decizzjoni stramba aktar u aktar meta tiftakar li f’Awwissu ta’ din is-sena habta w sabta waqqaf l-istess skema li kien nhieda hu stess ftit granet qabel u ta x’jifhem li din se terga tohrog fi zmien qasir.
 
L-ahbar tad-decizzjoni giet midfuna f’bicca stqarrija li harget ftit granet ilu mis-Segretarju Parlamentari Dr.Ian Borg, liema stqarrija ma tat l-ebda spjega ghal din id-decizzjoni.  Stramba wkoll kif il-Ministru Konrad Mizzi sa llum ma lissen l-ebda kelma fuq din id-decizzjoni. 
 
B’din id-decizzjoni l-industrija mhux se tkompli mixja fit-triq li kienet qabdet fl-ahhar snin fejn investit bil-qawwa fl-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici biex tiggenera energija nadifa u tnaqqas l-ispiza taghha.  Tajjeb wiehed ifakkar li l-Gvern immexxi mill-PN kien offra għadd ta' inċentivi biex l-industrija privata u s-settur turistiku jinvestu f'sistemi effiċjenti u nodfa ta' enerġija.  Fil-fatt aktar minn 140 kumpanija ħadu aktar minn €8.5 miljun biex jinvestu f'teknoloġija nadifa u b'hekk saru aktar kompetittivi.

Dec 11, 2013

Nelson Mandela


Nelson Mandela kien wiehed mill-aktar personalitajiet maghrufa, u certament wiehed mill-aktar mexxejja “meqjuma” tas-seklu 20. L-istorja ta’ hajtu, bit-tlajja u l-inzul taghha, hija leggendarja mhux biss fl-Afrika t’Isfel imma fir-regjun tal-Afrika u lil hinn.

Hajjet Mandela qabel ma ntefa l-habs saret leggenda. L-attivita tieghu bhala mexxej tal-guerilleri; l-arrest kif ukoll id-diskorsi tieghu waqt il-gurijiet tal-1963 u l-1964 xeghlu lid-dinja.  Il-media internazzjonali kienet il-hin kollu titkellem fuqu u fuq l-insistenza tieghu li glieda armata kienet mehtiega biex tirbah kontra sistema ingusta bhal dik tal-Apartheid. Id-diskorsi tieghu kienu qishom saru l-vangelu politiku ta’ kull mexxej fir-regjun li kien qed jiggieled l-oppressjoni razzjali. Mandela u l-ANC ma kkreajawx il-moviment regjonali ta’ liberazzjoni imma kienu l-ispirazzjoni ta’ kull glieda. Kull mexxej ma kienx biss jistudja d-diskorsi tieghu ghall-kontenut taghhom imma kien jistudja wkoll il-qawwa ta’ kif kien jitkellem.

Wara 27 sena l-habs inheles u l-messagg qawwi tieghu ta’ rikonciljazzjoni spicca messagg ferm aktar qawwi mill-messagg tieghu tal-glieda armata tas-snin 60. Mhux biss il-messagg tieghu spicca jsahhar, imma l-azzjoni u l-attitudni tieghu.  Irnexxielu mhux biss jdahhal lill-Afrika t’Isfel fil-komunita’ internazzjonali wara snin twal ta’ isolazzjoni, imma rnexxielu jibni lill-Afrika t’Isfel bhala leader ewlieni fir-regjun.  Ghalkemm kien hemm rispett kbir lejh mill-mexxejja l-ohra tal-pajjizi Afrikani, Mandela kien jehtieglu jirbah il-fiducja taghhom, anke jekk mhux dejjem kien lest jaqbel mal-politika taghhom, specjalment ma’ dawk li kien ghadhom jemmnu fl-uzu tal-forza.

Umilment inhossni kburi li fis-snin 80 konna organizzajna permezz tal-MZPN kampanja ghall-helsien tieghu mill-habs, inkluz serata bit-tema “Two Men, One Fight”, fejn fiha tkellimna dwar Martin Luther King u Nelson Mandela.  Ghal dik is-serata konna anke gibna l-gurnalist Roger Omond li kien kiteb il-ktieb famuz “The Apartheid Handbook”.   Kelli x-xorti kbira niltaqa darba ma’ Mandela gewwa Johannesburg waqt l-Earth Summit fl-2002.  Iltqajna fil-lobby tal-lukanda li konna fiha u kien impressjonani s-sens straordinarju ta’ dinjita’ li bih tkellem maghna.  Tassew li n-nies il-kbar huma l-aktar nies umli. 

It-telfa tieghu mhijiex telfa biss ghall-Afrika t’Isfel, hija telfa ghad-dinja. Jalla l-ezempju tieghu jibqa jirrenja fuq l-mexxejja tad-dinja, fosthom fil-kontinent Afrikan li sfortunatament mhux dejjem kienu jew ghadhom l-aqwa ezempji ta’ tmexxija demokratika serja li tirrispetta d-diversita’ u l-gid komuni tal-popli taghhom.