Id-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma, li tissejjah il-
Water Framework Directive tispecifika l-mod kif il-pajjizi kollha tal-UE iridu jharsu ir-rizorsa tal-ilma. Din id-Direttiva tghid li sal-2015 il-kwalita’ tal-ilma inkluz dak tal-pjan ikun lahaq certu livell. Filwaqt li x-xewqa taghna hija li naslu sal-2015, fil-verita’ b’mod prattiku ma nistghux naslu sa dik id-data. U allura jkun inutli li certi kelliema, inkluz l-MPE Laburista, Edward Scicluna, jghidu li l-Gvern Malti m’ghandux jitlob li jaghmel dan sal-2027.
Meta nghid impossibli, mhux ghax jien qed nghid hekk, imma ghax hemm studji xjentifici nkluz dawk li saru dan fl-2009 mill-
British Geological Survey, li jindikaw li l-ilma tal-pjan taghna ma jistax jirkupra b’mod naturali f’perjodu iqsar. Tajjeb wiehed jghid li l-ilma tal-pjan li qed jittella llum mhu xejn hlief l-ilma li beda jipperkola fil-blat ta’ pajjizna mal-40 jew 50 sena ilu. U allura anke jekk mill-llum nibdew niehdu l-mizuri kollha possibli biex niprotegu l-kwalita’ tal-ilma tal-pjan, anke billi nirregolaw l-uzu tal-fertilizzanti li jintuzaw b’mod specjali fil-biedja ta’ pajjizna, se jiehu zmien twil biex titjib il-kwalita’ ta’ dan l-ilma tal-pjan. Sa llum ma jezistux teknologiji li jwaslu biex l-ilma tal-pjan jitnaddaf f’perjodu anqas.
Tajjeb wiehed jghid li d-Direttiva stess tghid li kemm-il darba il-pajjizi membri isibu li difficli li jaslu sal-2015 minhabba spejjez sproporzjonati jew teknikament huwa mpossibli li sa dakinhar tintlahaq l-kwalita’ mitluba, allura il-pajjiz membru jista’ jitlob estensjoni that l-Artiklu 4 tal-istess Direttiva.
Biex pajjizna jilhaq livelli sostenibbli ta’ estrazzjoni tal-ilma ta’ taht l-art sal-2015 tezisti ghazla wahda biss : dik li nordnaw lil WSC biex tieqaf tigbed l-ilma minn taht l-art u tiproduci l-ilma biss mill-impjanti tar-
reverse osmosis. Fil-fatt hija ghazla li mhijiex ghazla. Hu kkalkulat li biex naghmlu dan, pajjizna jkollu jonfoq mat-€ 8.5 Miljuni fis-sena aktar. Li jfisser li jkollna nghabbu fuq il-konsumatur malti dik l-ispiza. Din l-option definittivament tiprezenta spiza sproporzonata, u tkun socjalment inaccettabli. Barra hekk tmur kontra l-ispirtu stess tad-direttiva ghax mhijiex is-soluzzjoni li toffri sostenibilita’ ambjentali.
It-triq l-ohra hija numru ta’ mizuri ndikata fil-
Water Policy li hrigna ghall-konsultazzjoni pubblika f’Awwissu ta’ din is-sena. Dan id-dokument jibni fuq dak li diġa għamilna u jwitti t-triq biex ikun hemm protezzjoni għall-ilma tal-pjan, jipjana kif nuzaw l-ilma trattat li jigi mill-impjanti tat-tisfija tad-drenagg, kif ikun hemm aktar hazna li tkun cost-effective u janalizza kif l-ahjar nilqghu ghall-ilma tal-gharghar. Bhas-soltu l-Partit Laburista ma tana l-ebda reazzjoni kostruttiva u kollettiva ghal din il-Policy.
http://mrra.gov.mt/htdocs/docs/water%20policy%20proposal%20final.pdf