Mar 9, 2014

Gidba ohra ta' Konrad


Il-progett tal-Ministru Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Dan il-progett fih tlett komponenti. Il-progett jinkludi l-vapur b’hazna ta’ LNG fil-forma likwida, regasification unit li jaqleb l-LNG mill-forma likwida ghall-gass u power station ta’ 200MW. S’issa nfurmati li r-regasification unit ha ssir fuq l-art ghax il-vapur li nkera m’ghandux regasification unit fuqu. Kieku kellu, il-vapur seta’ jitpogga barra mill-port. Imma issa, peress li m’ghandux, it-tanker irid isir fil-bajja halli ma jkunx ‘l boghod mir-regasification unit li ha jkun hemm fuq l-art. Stimi preliminari jindikaw li dan ir-regasification unit wahdu jiswa madwar 180 miljun ewro. 
 
Nhar il-Hamis waqt laqgha tal-Gvern bit-titlu ’Vicin Tieghek’, il-Ministru Mizzi qali li l-vapur mhux ha jdum fil-bajja ta’ Marsaxlokk ghax il-Gvern qabad jahdem fuq il-pipeline tal-gass li, sahansitra, kien diga ikkontemplat mill-Gvern precedenti. Tajjeb ! 
 
Imma issa, meta jitlaq il-vapur, x’ha jsir mir-regasification unit li ha nibnu fuq l-art? Il-Ministru ma qal xejn dwar dan u allura l-kobba tkompli tithabbel. Possibbli l-operatur li se jaghtuh  kuntratt ghal 18-il sena ha jinvesti f’impjant li jdawwar l-LNG minn likwidu ghall-gass biex imbaghad nibdew naghtuh gass dirett mill-pipeline ? Dan x’tahwid hu ? Kemm ser iddum tidhaq bin-nies sur Ministru Mizzi? Ghax ma tghidilnix il-verita kollha ? 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Il-Gvern qed jikkommetti lilna u l-pajjizna ghal progett ta’ madwar 400 miljun ewro minghajr lanqas biss ma nafu x’ha jsir mir-regasification unit issa li l-Ministru qed jghid li wara ftit ha jaghmel pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ? Anki qabel tixtri karozza ddur u tara x’alternattivi jezistu fis-suq halli tixtri dak li l-aktar jaqbillek. Imma l-Gvern taghna, alla jbierek, ma jaghmel xejn minn dan !  
 
Huwa car, allura, li l-Gvern qed jinganna. Lanqas jaf x’irid u f’illi bdejna minn hazna fuq l-art b’tankijiet li jesghu 60,000 metru kubu ta’ gass. Imbaghad irdupjajna l-hazna ghax it-tankijet sirna nafu li ma jistghux jinbnew fil-hin u l-izghar vapur li tawna kien ta’ 140,000 metru kubu. Issa, galadarba, l-poplu kollu qed jghajjat ‘gennata’ il-Gvern qed taparsi jbellaha lill-poplu li l-pipeline se jkun installat fi ftit snin. Imma serhu raskom ghax il-Ministru ikkonfermalna li l-lejl qed jorqdu kollu !  X’ma jorqodx b’martu taqla €13,000 fix-xahar !  
 
Imbaghad irid ibellaha wkoll lill-poplu li se jrahhas id-dawl ghax se jaghmel dan l-impjant.  Il-verita hi li se jrahhsu ghax l-impjant tal-BWSC qed jifranka lill-Enemalta €1 Miljun fil-gimgha.  Minn meta beda jahdem l-impjant sl-ahhar ta’ Marzu ta’ din is-sena l-Enemalta se tkun iffrankat €64 Miljun.  Imma se jrahsilna l-kontijiet skond hu b’€25 Miljun fis-sena.  Marret tajjeb l-Enemalta bil-BWSC !

Mar 8, 2014

Jinbena fi 8 xhur, jghadduh lill-Kunsill wara sena !


Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.  Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess Centru.  Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.   Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000. 
 
Jien infurmat mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat li l-istess Kunsill kien kiteb diversi drabi lil diversi Ministri biex dan it-trasferiment isir, izda kien kollu ghal xejn.  Jidher li l-affarijiet iccaqalqu biss meta dan qajjem il-kaz quddiem il-Prim Ministru f’laqgha li l-Kabinett kellu mas-Sindkli tal-Kunsilli Lokali.  Is-Sindku qalli li dakinhar il-Prim Ministru dar fuq il-ministri u staqsa x’qed jigri.  Ghall-ewwel Jose’ Herrera li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali ta l-impressjoni li t-trasferiment sar, imbaghad intervjena Michael Farrugia, responsabli mill-artijiet tal-Gvern, li qal li se jidhol fil-kwistjoni.  X’efficjenza !  L-id ix-xellugija ma tafx x’inhi taghmel il-leminija ! 
 
Aghar minn hekk imma hu l-fatt li Michael Farrugia f’intervista li ta lil The Times ipprova jitfa t-tort ghal dan id-dewmien fuq l-amministrazzjoni ta’ qabel !  Verament ma jisthiex.  Fl-intervista qal li dan id-dewmien kien rizultat tal-fatt li c-Centru Civiku ma kienx lest.  Gidba sfaccata.  Ic-Centru Civiku kien lest kif setghu jaraw in-nies dakinhar tal-inawgurazzjoni ufficjali.  Pubblikament nisfidah jghid x’xoghlijiet saru wara 8 ta’ Marzu 2013 fuq din il-binja u x’kienu l-ispejjez marbuta ma’ dawn is-suppost xoghlijiet li qed jghid li saru.   
 
Hija tal-misthija kif dan il-Gvern gets away with murder !  Idum sena biex jaghmel trasferiment ta’ binja lesta minn kollox u jcahhad lill-Kunsill Lokali u lill-komunita’ tas-Swieqi milli juzaw dawn il-facilitajiet.  Sempliciment tkaxkir tas-saqajn minhabba pika politika ghax qatt ma emmnu li l-progett nilhqu nlestuh qabel l-ahhar elezzjoni.  Verament politika tat-tfal !  L-istess pika politika ntuzat fil-kaz tac-Centru Civiku ta’ San Gwann. Il-Gvern tal-Labour iddecieda li jpoġġi fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ Ġnien pubbliku akbar u Centru Civiku  ġdid fil-qalba ta’ din il-lokalita’, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali.   Biex nagħmlu l-proġett fil-qalba ta’ San Ġwann konna ħsiebna biex nirrillokaw l-pitch tal-bocci u fil-fatt sa qabel l-elezzjoni konna bnejna facilita’ oħra f’post alternattiv f’San Ġwann stess. Kollox kien lest biex jinbeda x-xogħol ġaladarba l-club tal-bocci jkun rilokat fil-post il-ġdid.  Il-permess tal-MEPA kien ilu li ngħata. Imma jidher li l-Gvern tal-Labour ma felaħx ikompli fuq il-progett għall-komunita’ li konna ħeħħejna aħna. 

Mar 7, 2014

Il-korrettezza politika


Il-korrettezza politika għal dan il-Gvern hi lussu.  Hu ċar li l-mod kif imexxi jaħseb li jista’ jgħaddi mingħajrha.  Id-diskors li sar meta Joseph Muscat kien Kap tal-Oppożizzjoni tar mar-riħ sa mill-ewwel jiem li sar Prim Ministru. Ma laħqux għaddew ftit siegħat li mill-ewwel ma bediex iġebbed il-Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri u s-Segretarji Parlamentari.  Dehrlu li għandu jħalli lil Segretarju Parlamentari jibqa’ għaddej jipprattika l-professjoni u jkollu dħul minna, tant li baqa’ jagħmel il-prattika fil-privat. U għax il-korrettezza politika ma tagħtihix valur, tispiċċa ma tara xejn ħażin f’dak li tagħmel.  Tant hu hekk, Muscat ma ra xejn ħażin li l-mara tal-Minstru Konrad Mizzi tingħata job bi €13,000 fix-xahar.

Għall-Prim Ministru Joseph Muscat kollox jgħaddi fejn tidħol il-korrettezza.   Kull Ministru u Segretarju Parlamentari hu obbligat li jagħmel dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu, u anki xi propjeta’ u djun għandu.  Diversi ministri laburisti inqabdu jigbdu fid-dikjarazzjonijiet li għamlu.  Dikjarazzjonijiet foloz.  U Muscat ħalla kollox għaddej.  Il-korrettezza għal Muscat qiesha biċċa lastiku.  Li ġġebbidha u ttiha l-forma li li trid.  Dik li għat-tfal hi plasticine!

Id-diskussjoni li kien hemm ilbierah fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra dwar il-mozzjoni ta’ tkeċċija tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco turi kif jimxi dan il-Gvern.  Il-korrettezza titlob li l-Gvern jieħu pożizzjoni biex ma ssirx ħsara lill-kredibbilita’ lill-ġudikatura.  Minflok spiċċa jaġixxi ta’ l-avukat difensur tal-Imħallef li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sabet kull raġuni biex il-Parlament jipproċedi għat-tkeċċija tiegħu.

Il-maħfra li qed jagħti lil min ikkorrompa fis-serq tal-elettriku għandha l-għeruq tagħha fi Gvern li anke fil-glieda kontra l-korruzzjoni, jaghmel kalkoli politici.  Qed ikompli juri kemm hu bla skrupli.  Dan hu kas fejn il-Gvern qiegħed jindaħal fix-xogħol tal-Pulizija u qed jaġevola lil min xaħħam biex jitbagħbaslu l-meter tad-dawl.  Skandlu ieħor fid-dawl tax-xemx !  Il-Gvern qed iwassal messaġġ li miegħu anki l-korruzzjoni tista’ tiġi negozjata.  U jaħfirlek.

Ir-riga tal-korrettezza u tal-valuri ghal min hu serju, hi riga riġida.  Mhix flessibbli.  Ma tharisx lejn ucuch. Ma taghmilx kalkoli politici. Mhix riga amorali, kif inhi tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat.  Kull ċittadin onest jistenna li gvern jimxi b’mod serju.  Iżda l-valur tas-sewwa, tas-serjeta’ u tal-onesta’ lanqas biss jeżistu fil-vokabolarju ta’ dan il-Gvern. 

Feb 22, 2014

Minn Tolleranza Zero ghal Niprocedu Zero

Wara l-istqarrija li ghamel il-gimgha l-ohra l-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament fuq is-serq tad-dawl minn meters imbaghbsa kont qomt naghmel numru ta’ mistoqsijiet, li hafna minnhom Konrad Mizzi ma wegibhomx.  Staqsejtu:  Ghaliex 3 haddiema gew sospizi nhar it-Tlieta u 5 ohra l-Erbgha ?  Forsi ghax dakinhar stess wara nofsinhar kien ircieva mistoqsijiet minghand gurnalist li staqsa fuq 5 persuni ohra nvoluti, inkluz Louis Attard, persuna ta’ fiducja tieghu fl-Enemalta ?  Staqsejt kontra min se jittiehdu pasi kriminali ? Se jittiehdu passi kriminali kontra min ixxahham u kontra min xahham ?  
 
L-istorja tas-serq tad-dawl b'korruzzjoni tinten u tinten sew.  Mhuwiex skandlu imma numru ta’ skandli.  
 
L-ewwel skandlu: Eluf xahhmu haddiema tal-Enemalta u haddiema tal-Enemalta jixxahmu biex ibaghbsu meters tad-dawl. Dawn l-elf ruħ xaħħmu ħaddiema tal-EneMalta – skond Konrad Mizzi xaħħmuhom xejn anqas minn €1,200 kull wieħed, biex lil dawn inghatalhom meter tad-dawl li juri kwart biss tad-dawl li kkunsmaw. Dawn l-elf ruħ wettqu żewġ reati: l-ewwel: korruzzjoni, u t-tieni: serq. 
 
It-tieni skandlu: Louis Attard - bniedem ta' fiduċja investigat u sospiż dwar serq kbir fl-istess qasam fejn ħatru l-Ministru. Konrad Mizzi għażlu f'ħatra ta' fiduċja bħala responsabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ministeru ta' Konrad Mizzi stess u l-EneMalta, u inghata ħlas speċjali għal dan ix-xogħol.  Isem Louis Attard il-Ministru Konrad Mizzi pprova jzommu mistur.
 
It-tielet skandlu : Il-Gvern jiddeciedi li ma jiehux passi kriminali kontra dawk kollha li xahhmu ufficjali pubblici biex ikollhom meter imbaghbas. Il-Prim Ministru Muscat qal biss li jistenna li dawk li xahhmu jersqu ‘l quddiem, jgħidu kemm serqu, iħallsu lura dak li serqu u jhallsu multa u b'hekk ma jidħlux pulizija fil-każ ! Decizzjoni oxxena.  B’liema dritt Muscat jiddeciedi li l-Pulizija ma tiprocediex kontra min xahham ?  Mhux hekk gara fl-imghoddi. Fil-kaz ta’ licenzji tal-MMA fuq dghajjes fl-2007 u kazijiet ohra.  Il-Gvern ta’ dakinhar ma harisx lejn l-ucuh.  Ipproceda kontra kulhadd.  
 
Jidher car li  fil-glieda kontra l-korruzzjoni Joseph Muscat jaghmel kalkoli ta’ voti ! Lil min qed jiprova jahbi ? Hemm xi nies vicin tieghu li xahhmu ?  Hemm Ministri nvoluti ?  Hemm persuni f’Segretarjati ta’ Ministri ? Muscat qal li jaf min huma dawk li serqu u qed jagħtihom iċ-ċans jiġu 'l quddiem ħalli ma jdaħħalhomx il-qorti. Imma jekk Muscat jaf min huma dawk li serqu, jaf ukoll dawk li xaħħmu.  Il-gvern iddecieda li jagixxi bhala l-avukat ta' min xahham. Jidher car li addio s-slogan Tolleranza Zero kontra l-korruzzjoni.  Issa ghalihom s-slogan sar : Niprocedu Zero !

Feb 21, 2014

Infaqgħet Bużżieqa Oħra


Meta l-Opposizzjoni u għaqdiet ambjentali jsemmu l-perikli marbuta mal-ħażna kbira tal-gass fuq vapur mostruż sorġut fil-bajja ta’ Marsaxlokk, il-gvern jipprova ixejjen dawn it-twissijiet u jakkuża lilna li qegħdin inxerrdu xniegħat foloz jew eżaġerati biex noħolqu l-biżgħa b’mod artifiċjali u nallarmaw lill-poplu.  Dak li qed ngħidu, però, huwa kollu bbażat fuq rapporti tekniċi u opinjonijiet meqjusa anke ta’ espert rikonoxxut mad-dinja kollha.

Fil-fatt, meta l-gvern jakkuża lill-Opposizzjoni li qed toħloq il-biżgħa għalxejn (scare-mongering), qiegħed fil-fatt jitfa’ fuqna dak li dejjem għamel huwa stess. Iktar riċenti, matul l-aħħar kampanja elettorali, erġajna kellna lil Joseph Muscat ixerred tagħrif falz dwar il-power station tal-BWSC bl-iskop li jallarma l-popolazzjoni ta’ Marsaxlokk u n-naħa t’isfel ta’ Malta. Sfruttament mill-iktar ċiniku u bla skrupli ta’ niex morda bil-kanċer; nies li ġew ‘esibiti’ fil-pubbliku biex sar teatrin bihom. Teatrin krudili maħsub u mtella’ mill-partit laburista biex imexxu l-islogan qarrieq tal-fabbrika tal-kanċer. Muscat daħħal f’ras in-nies li l-power station il-ġdida u l-użu tal-Heavy Fuel Oil kien kien il-kaġun li nies fin-naħa t’isfel tal-pajjiż kienu qed jimirdu bil-kanċer.

Niftakru meta s-Sur Leo Brincat kien ġie fuq programm televiżiv bi flixkun mimli Heavy Fuel Oil. Bħallikieku kien dan l-HFO li kien ħiereġ miċ-ċumnija tal-power station ta’ Delimara. Mela jekk ma kienx ‘scare-mongering’ dak, x’kien? 

Imma, kif jgħid il-Malti, il-giddieb għomru qasir  u eventwalment jinqabad. Hekk ġralu Joseph Muscat. Dan l-aħħar kellna rapport tekniku minn esperti Ingliżi indipendenti li jxejjen għal kollox dak li kien jgħid Muscat u juri kif l-istorja tal-fabbrika tal-kanċer kienet kollha invenzjoni li ħoloq hu biex jakkwista l-voti.

Esperti mill-University of West England ġew imqabbda mill-MEPA jagħmlu studju tal-emissjonijiet fiz-zona ta’ marsaxlokk u Birżebbuġa. L-istudji jinkludu informazzjoni dwar l-emissjonijiet kollha li kien hemm bejn l-2009 u l-2013.  Minnhom ħareġ li l-fatt li l-użu tal-Heavy Fuel Oil ma għamel assolutament ebda differenza fit-tip u l-ammont ta’ emissjonijiet! Ħareġ ukoll li matul il-perjodu li ġie studjat l-emissjonijiet dejjem kienu taħt il-livelli minimi stabbilit mill-Unjoni Ewropea. Jiġifieri, fi kliem ieħor, il-power station tal-BWSC qatt ma għamlet ħsara lis-saħħa tal-popolazzjoni tal-inħawi.

U biex tagħqad, il-gvern issa qed jirrifjuta li jammetti li kellu “żball” (għax mhux se nippretendu li jammetti li kien qed jigdeb apposta) u l-Prim Ministru għadu jwebbes rasu u  jmeri saħansitra r-rapport, riżultat ta’ snin ta’ riċerka xjentifika serja u indipendenti.  Għax Muscat jippretendi li hu infallibbli u anki meta jkun ċar li żbalja, jibqa jgħid li għandu raġun hu.  L-istess Leo Brincat, li ma kkummenta xejn fuq dan ir-rapport. Mhux ghax mill-elezzjoni ‘l hawn tkellem hafna.  Definittivament wiehed mill-aktar Ministri ineffettivi u inezistenti !

Feb 20, 2014

Fic-Cina iva, fl-Ewropa le ?!


‘L-ghajta nofs il-bejgh’ jghid il-qawl Malti. Fejn jidhlu prodotti agrikoli imkabbrin f’Malta hadd ma jista’ jinnega l-genwinita taghhom. Il-halib, per ezempju, gheleb kull theddida minn prodotti impurtati. Il-frott u l-haxix imkabbar lokalment zgur li mhux ha jkun anqas frisk minn dak impurtat minn Sqallija. Il-laham tal-majjal Malti wkoll jisthoqlu kull tifhir u zgur li jhabbatha sew ma’ dak impurtat ghax dan tal-ahhar ikun mimli ilma bil-melh. X’jonqos, allura, sabiex il-prodott lokali jigi rikonoxxut ? Zgur li jonqos aktar promozzjoni u reklamar halli l-konsumatur jersaq aktar lejn il-prodott lokali.
 
Fl-amministrazzjoni precedenti, kien hemm impenn qawwi favur inizjattivi li jippromovu l-prodott lokali. F’sena kien ikun hemm madwar 13-il attivita’ taht il-kappa Naturalment Malti. Kien ikun hemm attivitajiet varji, f’irhula Maltin differenti, skont il-prodott li jkun ser jigi rriklamat. Waqt dawn l-attivitajiet kien ikun hemm ricetti maghmulin bil-prodott li jkun esibit, taghlim u taghrif ghat-tfal u l-kbar, zjajjar fir-raba u l-irziezet u attivitajiet ohra li jghinu lil bidwi jimxi il-quddiem. Fl-amministrazzjoni precedenti konna aktar kurragguzi minn hekk. Bghatna l-prodott lokali jikkompeti ma’ prodotti ewropej fl-akbar fiera tal-ikel ewropeja. Kull sena, waqt l-amministrazzjoni precedenti, tellajna bdiewa, rahhala u produtturi jiehdu sehem fil-Green Week Fair f’Berlin fuq stand iddedikata apposta ghall-prodotti lokali. 
 
Waqt din il-fiera, il-produtturi Maltin kull ma kienu jkunu jridu hu ftit inkoraggiment, imbaghad erhilhom jitkellmu b’impenn u dedikazzjoni fuq kemm il-prodott taghhom hu frisk u genwin. Esibejna l-gbejna maltija, z-zalzett Malti, il-patata, il-kunserva, il-gelat u l-inbid fost hafna prodotti lokali ohra. Kull darba hrigna ta’ nies ! Sahansitra, bis-sahha ta’ din il-fiera lahaq saru kuntratti kummercjali mportanti m’operaturi barranin li minnhom gawda l-bidwi u r-rahhal Malti.
 
Sfortunatament, din is-sena l-bandiera Maltija ma kienetx prezenti fl-akbar fiera tal-ikel fl-Ewropa. Din is-sena, l-amministrazzjoni deherilha li l-produtturi lokali m’ghandhomx jithallew jippartecipaw fil-Green Week. Hadd ma gie sostnut halli jkun jista’ jesebixxi l-prodott lokali tieghu f’din il-fiera li jzuruha madwar nofs miljun ruh. Din is-sena il-Gvern ixxahhah mal-bdiewa u r-rahhala mbasta dahhal jahdmu mieghu nies tal-qalba. Din is-sena, pero, mar is-Segretarju Parlamentari risponsabbli mill-agrikoltura c-Cina bl-iskuza li jipprova jbiegh l-prodott lokali fic-Cina u dan minflok ihalli l-bidwi jbiegh hwejgu go l-akbar fiera fl-Ewropa. Din is-sena, is-Segretarju Parlamentari ghogbu jiehu vaganza c-Cina bl-iskuza li aktar facli ghall-bidwi Malti li jesporta lejn ic-Cina milli jesporta lejn l-Ewropa.  Ma hemm xejn hazin li tiprova ddahhal il-prodott Malti fic-Cina, imma kif tiddeciedi li thalla barra l-prodott Malti fl-akbar fiera fis-suq Ewropew ?!

Feb 8, 2014

Hlew sena !


Kien process li beda bl-Issues Paper. Kompla bl-abbozz ta’ pjan ghall-Immanniggjar tal-Iskart f’pajjizna u spicca f’dokument finali li ma johrog b’ebda inizjattivi godda. L-unika progett li jissemma huwa l-progett tal-Ghallis, li jixbah dak ta’ Sant’ Antnin, u li niehda Gvern Nazzjonalista mal-Unjoni Ewropeja sa’ mill-2010. Tant hu hekk li pajjizna akwistat 50 miljun ewro f’ko-finanzjament ghalih bis-sahha taghna. 
 
Kont nistenna li l-ghajta tal-Ministru Brincat li ha jaghmel krucjata halli jzid ir-riciklagg kienet ser twelled numru ta’ inizjattivi godda li bhalhom qatt ma smajna. Id-dokument li issa gie ffinalizzat ma jghid xejn dwar dan. Bqajt b’xiber imnieher! M’hemm xejn gdid, ebda mizuri li jispingu bidla radikali fil-mentalita tal-konsumatur, ebda inizjattivi li jippenalizzaw lil min ma jikkoperax, ebda skema fiskali li tippremja lil min jirricikla aktar. Xejn! Hemm biss kampanja edukattiva ta’ 40 elf ewro biex jitnaqqas l-hela tal-ikel.  
 
L-Ministru Brincat ghamel xenati shah, laqgha kontra laqgha, konferenza kontra konferenza, halli jara kif ha jinvolvi l-privat fl-immanniggjar tal-iskart f’pajjizna. Temmnu li qrajt id-dokument u ma sibt xejn? Idejat ta’ xejn. Lanqas biss ideja ta’ kif ha juza l-iskart halli johloq il-Green Jobs. Lanqas titwemmen; biddel dokument u d-dokument halliena fejn konna. Jekk tant kienu hziena l-affarijiet fl-amministrazzjoni l-ohra possibbli ma seta’ jkun hemm xejn gdid f’dan id-dokument. 
 
Tafu x’hemm gdid? Hemm il-htiega ta’ aktar studji. Studji fuq l-eko kontribuzzjoni. Prosit! Ilni nisma lill-Ono Brincat jitkellem fuq il-bzonn li jbiddel l-eko kontribuzzjoni ghax diskriminatorja sa minn meta kien fuq il-bank tal-oppozizzjoni. Issa ddecida li jaghmel studju! Ha jaghmel studji halli jara x’ha jaghmel bil-waste-to-energy u wieghed tender. Tafu xejn li dan it-tender diga hareg fl-amministrazzjoni l-ohra u kif tela u sar Ministru, waqfu? Ha jistudja fejn sa jaghmel landfill ohra u jistudja jekk l-Ghallis jistax jigi estiz! Lanqas titwemmen! Jekk il-management tal-WasteServ issa gie tant serju, l-moniteragg tal-Ghallis jmissu kontinwu u mhux jaghmlilna strategija halli jghidilna dak li hu ovvju. 
 
Bidla wahda hemm f’dan id-dokument li laqtitni, u cioe, lid-demel tal-baqar kollu f’pajjizna ha jibda jigi trattat fl-impjant il-gdid tal-Maghtab. Dan flok ghamel l-impjant fil-qalba tal-irziezet u qasam il-piz fuq zewg impjanti. Fl-amministrazzjoni precedenti dan il-pjan ta’ impjant iehor fic-centru ta’ Malta kien imwassal sew.  Pero issa ghandna dokument gdid u bis-sahha tieghu hlejna sena decizjonijiet halli l-iskart f’pajjizna jkompli jitpogga fuq sisien sodi.