Apr 30, 2011

Zwieg bejn rizorsi differenti

Fejn kont qatt nohlom li se jigi xi hadd jitlob biex jaghmel kuncert ta' muzika klassika gewwa l-impjant tar-riciklagg ta’ Sant’Antnin ! Dak l-impjant li xi whud tant bezzghu lill-komunita fuqu ! Izda hekk gara. Ftit ilu kiteb Karl Fiorini, id-direttur artistiku ta' The International Spring Orchestra Festival jitlob li jorganizza wahda mis-serati ta’ dan il-Festival gewwa dan l-impjant ! Ilqajna t-talba u nhar il-Hamis filghaxija kont wiehed minn dawk li kelli l-pjacir nisma lir-Rotterdam Ensemble jaghtu kuncert f’ambjent differenti minn dak tat-teatru. Hekk kif il-kultura u l-patrimonju Malti huma rizorsa ghal pajjizna, hekk ukoll l-iskart li jigi trattat f’dan l-impjant sar illum rizors importanti ghalina .



Dan l-Ensemble twaqqaf fl-2006 mid-Direttur zaghzugh Messikan Roberto Beltran-Zavala u huwa ffurmat minn zghazagh minn 9 pajjizi differenti. Kull sena dan il-grupp jibni programm ta’ inizjattivi kulturali originali sabiex iressqu l-muzika klassika lejn il-pubbliku l-aktar wiesa. F’Karl Fiorini sabu habib u kollaboratur peress li anke Karl jsostni li hawn min għandu l-impressjoni li l-mużika klassika hija l-mużika tal-borgezija iżda Fiorini qed jaghmel hiltu kollha biex ibiddel din il-percezzjoni. Karl isostni li l- mużika klassika tista tintgħoġob minn kulħadd, ladarba wieħed ikun kurjuż bizzejjed biex jagħmel l -ewwel pass.



Fl-intervall ittellghet imbaghad sfilata ta’ kostumi klassici maghmula minn drapp, fil-fatt purtieri, u materjal riciklat li jkun ingabar mis-siti tal-iskart goff (civic amenity sites). Il-hwejjeg gew disinjati u mahduma miz-zghazagh li qed jippartecipaw fil-programm Care Creates Change li l-WasteServ Malta qed torganizza permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. L-ghan ta’ dan il-progett hu li dawn it-trainees jidhlu ghad-dinja tax-xoghol fil-qasam tar- Resource Waste Management.




Waqt il-kuncert ghidt lic-Chairman tal-WasteServ, Ben Farrugia, li l-idea ta’ dan iz-zwieg bejn ir-rizorsi artistici mar-rizorsa tal-iskart, li l-bniedem qed jaghraf japrezza aktar, huwa esperiment li ghandu jitkompla u idealment l-WasteServ ghanda tipprova torganizza inizjattiva simili ghallanqas darba fis-sena. Fis-snin li gejjin dan definittivament se jsir aktar possibli hekk kif ikun lest il-Park tal-Familja biswiet dan l-istess impjant. L-idea li nibbet Karl Fiorini jixirqilha nkoraggiment u appogg biex tkompli tigi zviluppata. Grazzi Karl tal-fiducja !

Apr 21, 2011

Miljuni godda ta' foqra

Inħsadt jien u naqra l-previżonijiet tal-Bank Dinji dwar in-numru dejjem jikber ta’ nies li jgħixu fil-faqar fid-dinja. Il-Bank Dinji jistma li bħalissa fid-dinja hawn mal-1.2 biljun ruħ li jgħixu b’anqas minn €0.90 kuljum. Bil-prezzijiet tac-cereali u l-ikel f’livell ta’ madwar 36% aktar għoljin minn sena ilu, il-Bank Dinji jistma li fl-aħħar sena biss żdiedu mal-44 miljun ruħ li qed jgħixu fil-faqar.


U jekk dan mhux xenarju tal-biża’ biżżejjed, il-Bank Dinji qed jipprevedi li jekk il-prezzijiet tal-ikel jiżdiedu imqar b’10% oħra, mal-għaxar miljun ruħ oħra jispiċċaw huma wkoll jgħixu fil-faqar. Il-Bank Dinji qed jappella biex tingħata aktar priorita’ lill-produzzjoni tal-ikel biex tkun evitata kriżi umanitarja kbira. Il-prezzijiet tac-cereali u tal-ikel għadhom fl-istess livelli rekord tal-2008 u qed ikun issuġġerit li jitnaqqsu l-kontrolli fuq l-esportazzjoni f’postijiet li jipproduċu l-ikel filwaqt li jkun hemm aktar investimenti fl-agrikoltura.



Suġġerimenti oħrajn jinkludu investiment f’teknoloġiji ġodda, fosthom f’sistemi biex l-ikel isir aktar nutrittiv kif ukoll biex il-produzzjoni ta’ biofuels titwaqqaf meta l-prezz tal-ikel jaqbeż ċertu limiti.




Dan kollu ġiegħlni nirrifletti fuq kif aħbarjiet bħal dawn sfortunatament jispiċċaw jintilfu f’pajjiżna. Dan hu x-xenarju mondjali li bilfors iħalli impatt fuqna. Pero, kif jiġri spiss, f’Malta spiss nitkellmu daqs li kieku ngħixu f’bozza u mhux f’dinja. Mhux qed ngħid dan b’sens partiġġjan pero b’sens ta’ kritika kostruttiva għaliex din hija problema reali li qed tħalli l-effetti tagħha anke fuqna.

Apr 17, 2011

Diskors irresponsabbli !


Politiku jista’ jipprova jilghabha tal-moderat u l-progressiv, pero kliemu u twemminu jispiccaw biex iwaqqghulu l-maskra u jikxfulu l-veru hsibijiet tieghu. Hekk qed jigrilu Joseph Muscat, bl-ahhar wahda tkun, u rrid nghid li hija tassew serja, dwar l-immigrazzjoni.



Bl-iskop li jipprova jirkeb il-karru ta’ min hu mhasseb bl-influss ta’ immigranti mill-Afrika ta’ Fuq, il-Hadd li ghadda qabad mal-incident fejn il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw lanca bl-immigranti wara li dawn gew rifjutati assistenza mill-Italja, u qal li kieku hu kien Prim Ministru ta’ Malta kien sempliciment jibghathom lura u jhallihom ghal rihom jiggieldu l-bahar u l-kundizzjonijiet naturali. Tal-misthija ! Kien hemm reazzjoni negattiva minn kulhadd. Sahansitra l-Alternattiva Demokratika harget tikkritika lill-Kap tal-Oppozizzjoni u akkuzati b'populizmu tal-aghar kwalita'.



Dan hu ragel li sentejn ohra jista’ jkun Prim Ministru ! Kliemu jfisser li Joseph Muscat bhala Prim Ministru ma jiddejjaq xejn jaghti sentenza ta’ mewt lil min ikollu jitlob assistenza lil Malta ghax ma jsibhiex minn pajjiz iehor. Joseph Muscat bhala Prim Ministru jaghzel li jimpika u mhux li jsalva hajja ta’ nies. Dan kollu Muscat jaghmlu f’isem l-opportunizmu ta’ min haseb li ghall-Maltin il-valur tas-solidarjeta’ ma jiswa xejn.



Muscat qed juri li apparti li m’ghandux vizjoni, m’ghandux valuri u lanqas m’ghandu polz tal-valuri u kwalitajiet tal-poplu Malti. Jaghmel sew Joseph Muscat jifli l-ittra li kiteb l-Ambaxxatur Amerikan Kmiec, li qed tidher illum fis-Subday Times, fejn jelogja l-kwalitajiet tal-poplu Malti u jsejjah lil Malta bhala post ta’ ‘uncommon kindness’. Kliem Joseph Muscat jistona u jwegga. Pero kliemu jikxfu u l-poplu Malti ghandu dmir li jkompli jixtarr kliem il-kap tal-Oppozizzjoni qabel ma jista jkun tard wisq.

Apr 16, 2011

Active on all fronts !


Il-konferenzi tal-ahbarijiet tat-tielet sena hidma tal-Gvern forsi saru run-of-the-mill ghal xi whud, izda meta tara x’qed johrog minnhom ma tistax ma taprezzax il-hamel xoghol li ghaddej f’kull settur. Ebda Ministeru ma kellu diffikulta jghid x’inhu jsir, anzi pjuttost il-bicca xoghol kienet li jislet il-prioritajiet u jhalli hafna inizjattivi barra mir-rapport lill-gurnalisti.



Laqtuni xi cifri li hargu. In-numru ta’ studenti li s-sena li ghaddiet hadu borza ta’ studju. Minn 33 li hadu borza ta’ studju 3 snin ilu issa tlajna ghal 425 f’sena wahda. Iz-zieda fl-impjiegi fejn tidhol l-avjazzjoni bil-park ghall-avjazzjoni issa wjoll miexi gmielu. Fis-sahha il-progett ghall-isptar biex tigi miggielda l-marda tal-kancer, li ghandu jzewweg l-attenzjoni u l-kura li llum tinghata fl-isptar Boffa ma’ post li jixraq aktar iz-zminiejiet ta’ llum. Ninsabu ftit gimghat ‘l boghod mit-tnehdija ta’ rifoma fit-trasport pubbliku li ghanda tbiddel mill-qiegh il-mod kif immorru minn post ghall-iehor f’pajjizna.



Fis-settur li jaqa taht ir-responsabilita tieghi nikteb ta’ spiss. Kuntent bil-bidla fil-kultura biex inziedu l-iskart separate: f’sentejn irdupjajna l-volum ! Izda fadlilna x’naghmlu. Niehu gost li n-nies qed japrezzaw u jgawdu l-ispazzji miftuha u l-ispazji ta’ kwalita’ li tajnihom matul ml-ahhar 3 snin. L-istess jinghad ghall-apprezzament tal-pubbliku ghax-xoghol kbir ta’ restawr li qed isir. Fl-ahhar 3 snin it-Taqsima tax-Xoghlijiet kienet impenjata fuq xejn anqas minn 75 progett madwar pajjizna. Fil-qasam tal-energija nadifa nhoss li dak li bdejna kontra l-kurrent issa n-nies iriduh u qed jirrispondu biex maghna jinvestu f’dan is-settur. Il-prodott malti qed ikompli jiehu l-post xieraq li jisthoqlu.





Fadlilna hemel xoghol x’naghmlu. Izda determinat li nkompli naghti sehmi biex nkomplu nibnu fuq dak li rnexxielna nwettqu halli nkomplu nitrasformaw dan il-pajjiz u nkomplu nibnu soċjeta’ b’saħħitha. Grazzi lil dawk kollha li hadmu maghna u lesti jkomplu jaghtu semhom sabiex b’mod tangibbli nkomplu ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.

Apr 15, 2011

Telfa

Jumejn ilu rrizenja mill-hajja politika l-Vici Kancillier, Ministru tal-Finanzi u Kap tal-Partit Popolari OVP tal-Awstrija, Josef Proell. Telaq mill-hajja politika minhabba kumplikazzjonijiet f’sahhtu meta ghad ghandu biss 42 sena. Ix-xahar li ghadda ddahhal l-isptar b’urgenza u sabu li kellu blood clot fil-pulmun. Ghall-ewwel hasbu li jista jirpilja izda mbaghad sabu li jehtieg inaqqas sew l-attivita’ mpenjattiva tieghu jekk ma jridx ikollu kumplikazzjonijiet ohra.


Ahbar verament kerha. Politiku fl-aqwa tieghu jkollu jaghzel li jirrinunzja ghall-hajja politika. Ili naf lil Josef Proell sa mill-2004 meta sirt Ministru responsabli mill-Agrikoltura. Josef u jien sirna ministri kwazi fl-istess perjodu. Matul iz-zmien rabbejna hbiberija bejnietna. Darba minnhom sahansitra kien stedinna nzuru lill-genituri tieghu li jiproducu l-inbid. Kienet esperjenza sabiha. L-ahbar tal-bierah ghalhekk hasditni kemm mill-aspett politiku kif ukoll dak personali. Ma ghandix dubju li din kienet decizzjoni difficli hafna ghalih. Fl-ahhar mill-ahhar nemmen li ghazel b’dieqa l-ahjar triq ghalih, ghal martu Gabi u t-tlett uliedu.



Din l-ahbar geghlitni nirrifletti. Hafna drabi l-folla ftit tifhem id-diffikultajiet li jghaddi minnhom il-politiku fil-hajja tieghu. Sakemm tkun fil-politika ssir kwazi “propjeta’ pubblika” bi ftit hin u spazzju privat ghalih innifsu jew mal-familja. Xi whud jinsew li l-politici huma nies tad-demm u l-laham li hafna drabi ghandhom familja. Hafna politici jaghmlu sagrificcji kbar biex jghaqdu d-dmirijiet li jinghataw responsabilita’ jgorru jew biex ikunu vicin il-kostitwenti taghhom u jaraw li dawn jiehdu s-servizzi li jkun jixirqilhom.



Dawn kienu l-hsbijiet li ghaddew minn mohhi ukoll nhar is-Sibt li ghadda meta attendejt il-funeral tal-ex Ministru tal-Agrikoltura, Freddie Micallef. Il-knisja tal-Mosta kienet mimlija. In-nies gew biex jaghtuh l-ahhar tislima. Ma kontx nafu b’mod personali imma ridt inkun prezenti biex insellimlu bhala ex Ministru tal-Agrikoltura. Minn dak li smajt kien bniedem li ta attenzjoni lil dan is-settur, li mhuwiex wiehed facli.

Apr 8, 2011

Rebbiegha ta' fjuri

Bdiet ir-rebbiegha u mill-ewwel tinduna. Il-landscaping fit-toroq taghna jiehu aspett differenti. Jizdied mhux biss fil-kwantita’ izda anke fil-kwalita’. Mill-2002 ’lil hawn, iġifieri f’dawn l-aħħar 9 snin it-tisbiħ fit-toroq ħa spinta’ ’l quddiem bit-twaqqif tal-Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-ELC (Environment Lanscape Consortsium). Bil-ħolqien ta’ dan il-konsorzju tista tgħid li biddilna il-wiċċ ta’ pajjiżna. Rajna f’dawn l-aħħar snin postijiet li kienu abbandunati jiġu kkultivati.


Ħaddiema tal-ELC irrimarkawli li fejn qabel kien isir ħafna serq ta’ fjuri mir-roundabouts u minn postijiet oħra li għall-ewwel darba kien isir intervent ta’ tisbiħ fihom illum il-ġurnata jinnutaw li s-serq naqas konsiderevolment, kważi kważi spiċċa għal kollox. Dan jirriafferma t-titjib fl-attitudni u s-sens civiku li rajna f’pajjizna, ghalkemm xorta fadal x’intejbu.



Matul l-aħħar sena bħal ma ilu jsir minn meta twaqqaf l-Environment Lanscape Consortsium tkompla x-xogħol fejn żdiedu ż-zoni tal-manutenzjoni u postijiet msebbħa. L-ELC kull sena qed iżid fl-ammont, ta’ fjuri, pjanti u siġar li qed isebħu t-toroq ta’ pajjiżna. In-numri jitkellmu weħidhom, fejn fl-2007 tħawwlu ftit aktar minn 800,000 pjanta, is-sena li għaddiet tħawwlu 1.75 miljun pjanta ! Il-ħaddiema tal-ELC qed ikunu aktar produttivi u effiċjenti sabiex isebħu dejjem aktar il-pajjiż.



L-ELC kellha mira li għal din is-sena tħawwel man-nofs miljun pjanta kull kwart tas-sena biex sal-aħħar tas-sena tkun sebħet pajjiżna b’xejn anqas minn 2 miljun pjanta! B’sodisfazzjon ngħid li għall-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ELC mhux biss żammet mal-mira tagħha iżda saħansitra qabżet il-mira b’100,000 pjanta oħra, iġifieri total ta’ 600,000 pjanta. Din hija bidla ohra kbira li ra pajjizna, liema bidla meta ghamilniha ukoll konna sibna l-Opposizzjoni tikritikana fuqha. Imbaghad bhas-soltu ghamlu U-turn u anke huma bdew ifahhru l-esperjenza tal-ELC !

Apr 7, 2011

Dik differenza !

Dalghodu jien u sejjer attivita’ tal-Eko-Skola fis-Salini Park, rajt xena li sa ftit ftit tas-snin ilu zgur li ma kontx tarha. It-triq ta’ taht il-mizbla tal-Maghtab kienet maghluqa u z-zewg nahat taghha kienu qed jintuzaw bhala track ghall-bosta ciklisti. Xi gimghatejn ilu rajt ukoll tlett persuni rekbin iz-zwiemel ghaddejjin mill-passagg li jaghmilna fuq il-mizbla l-antika tal-Maghtab ghal dan il-ghan. Ghidli minn kien se jissogra jmur taht il-mizbla tal-Maghtab bir-rota jew biz-ziemel sa 4 snin ilu ?! Niftakar li kulhadd kif kien javvicina l-Maghtab kien ikun pront itella t-twieqi u jsuq kemm ghandu sahha halli ma jifgax ! U dan minkejja li ftit passi l-boghod imma engineered landfill li fiha niehdu l-iskart kuljum xorta !



Il-mizbla l-antika tal-Magħtab għaddiet minn żewġ proċessi fit-triq għar-riabilitazzjoni tagħha, l-ewwel ma sar kien li ġew inċaqqalqa madwar 700,000 tunnellata terrapin biex tiżdied l-istabbilità u jinħoloq spazju għal passaġġi. It-tieni ġew installati 55 kilometru ta’ pajpijiet u madwar 400 bir li huma fondi madwar 12-il metru kull wieħed biex niżguraw li l-gassijiet li hemm ġol-miżbla jinqabdu. B’kollox mil-Magħtab jinġabru madwar 6,000 metru kubu ta’ gassijiet ħżiena fis-siegħa u minn meta beda jopera ir-Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) ġabar aktar minn 100 milljun metro kubu ta’ gas ħażin liema gas gie mahruq f’temperatura gholja halli jnehhi l-periklu ta' tniggis.



Dawn ir-riżultati wasslu wkoll biex il- kwantità ta’ diossina fl-arja tal-madwar naqset b’99%. Dan juri kemm tjiebet il-kwalita’ tal-arja tal-madwar fejn qed ikun hemm aktar arja nadifa. Barra hekk ġie nstallat ukoll impjant tar-Reverse Osmosis sabiex jitratta l-ilma. L-ilma ta’ dan ir-RO qiegħed jintuża għat-tisqija tal-istess żona.



Wara l-implementazzjoni ta’ din il-fazi, issa bdiet l-aħħar fażi li ser iwassal ghar-riabilitazzjoni ta’ dan is-sit. Il-progett ser jinvolvi li l-Maghtab titgħatta b’capping apposta biex b’hekk jiġu kontrollati aktar l-emissjonijiet kif ukoll jonqos l-ammont ta’ leachate li jiġi ġġenerat. Wara titqieghed il-ħamrija sabiex jkun jistghu jitħawlu aktar siġar u jkun jista jintuza bhala park. Dan huwa t-titjib fil-kwalita’ tal-ambjent li mhux nitkellmu fuqu imma wettaqna u se nkomplu nwettqu, halli igawdu l-hafna.

Apr 6, 2011

Ghal standards aktar gholja

Qed nikteb din in-nota waqt li qed nattendi l-ewwel Assemblea Generali ital-IRENA, International Renewable Energy Agency, gewwa Abu Dhabi fl-Emirati Gharab Uniti, fejn se jkun stabbilit anke s-Segretarjat Permanenti ta’ din l-agenzija internazzjonali. F'din il-laqgha gie maghzul ukoll id-Direttur Generali, il-Kenjan Adnan Amin. Il-bierah filghodu kellna laqgha nformali tal-Ministri biex niddiskutu l-prioritajiet li ghandha tindirizza din l-agenzija nternazzjonali f’dinja fejn kwazi kwart tal-popolazzjoni fid-dinja lanqas ghanda access ghall-elettriku u fejn ir-rizorsi mhumiex ilahhqu mat-talba tal-konsum tal-energija u ghalhekk l-prezz taz-zejt qed ikompli joghla b’mod allarmanti. Fost il-punti diskussi kien hemm il-htiega li IRENA tistabbilixxi standards mhux biss ghall-apparat teknologiku imma anke ghall-installazzjoni ta’ dawn it-teknologiji. Dan il-punt fakkarni fil-hidma taghna f’pajjizna.


L-effettivita’ jew l-efficjenza ta’ apparat li jiġġenera enerġija nadifa tiddependi ħafna fuq installazzjoni korretta. Ħafna jinsew li x-xiri ta’ apparat bħal dan jinvolvi katina ta’ prattiċi korretti li jinkludi wkoll l-installazzjoni. Ħadt gost għalhekk ninnota li l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Universita` ta` Malta flimkien mal-Fakulta` tal-Inġinerija se jiftaħ tlett korsijiet differenti bil-għan li jħarreġ installaturi, inġiniera u periti dwar installazzjoni tajba tas-solar water heaters u ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi.



Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA). Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.



Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, bennejja u inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-installazzjoni ta’ sistemi solari f’binjiet ġodda jew dawk li jkunu qed jigu rinnovati. Napprezza li l-Universtia’ tifhem dan ir-rwol importanti li hi trid taqdi u nawgura li dawn il-korsijiet ikollhom is-suċċess mixtieq.

Apr 4, 2011

Fejn hi Al Obeidi ?


Fejn hi Eman Al Obeidi ? saret mistoqsija li hafna qed isaqsu, wara li Eman, mara Libjana giet migbura bil-forza minn quddiem ghajnejn il-gurnalisti, meta din kienet qed tirrakonta kif l-allegat vjolenza sesswali li garbet minn grupp ta’ persuni li jappogjaw lil Gaddafi, wara li skond hi giet arrestata f’checkpoint u mizmuma ghal jumejn, fejn sahansitra giet stuprata. Issa jidher li qed tinzamm fil-compound ta’ Gaddafi fi Tripli. Din l-avukat mara ta’ 29 sena mill-belt ta’ Tobruk spiccat is-simbolu l-gdid tal-opposizzjoni ghal Gaddafi fil-Libja.



F’qalbi ghidt meta rajt ix-xena tal-htif taghha mill-lukanda: Jekk dawn trattawha daqshekk hazing quddiem il-cameras u l-ghajnejn tal-gurnalisti, ahseb u ara x’inhuma kapaci jaghmlulha ‘l boghod minn ghajnejn !



Eman al-Obeidy, ilha mahtufa mis-26 ta’ Marzu u s’issa smajna biss kontradizzjonijiet mill-kelliem tar-regim ta’ Gaddafi, Musa Ibrahim, fuqha. Daqqa qal li se tinheles, darb’ohra qal li “hi f’sahhitha u qeghda mal-familja taghha”, qal ukoll li qed jikkunsidraw li jixlu lilha, imbaghad il-gimgha l-ohra qal li sas-Sibt li ghadda zewg jew tlett gurnalisti se jinghataw l-opportunita’ izuruha u jkelmuha. Sa llum ma nafu bl-ebda gurnalist li ltaqa maghha minn dakinhar li nhattfet mill-lukanda.


Salwa al-Housiny Gouda kienet wahda minn dawk ic-cittadini Egizzjani li okkupat Tahrir Square, fil-Kajr. Kienet wahda minn sbatax-il mara arrestati mill-armata Egizzjana, mizmuma fil-habs, ittorturata u suggettata ghal dak li jissejjah `virginity test.’ L-istejjer ta’ dawn in-nisa hija simbolu tal-vjolenza sesswali li hafna nisa jgarrbu fid-dinja waqt li jkunu arrestati. Bosta pajjizi jinjoraw din il-vjolenza sesswali u hafna drabi aktar milli jaghlqu ghajn wahda. Hu d-dover tal-komunita' internazzjonali li tpoggi taht pressjoni lil dawk il-pajjizi li jhallu ngustizzji bhal dawn isehhu f'pajjizhom.