May 28, 2011

Inizzjattiva tajba mill-Gizwiti

Il-Gizwiti ghadhom kemm nhedew kampanja ta’ ġbir ta’ mobiles użati ‘A New Life for your Old Mobile Phone’. Dakinhar tat-tnehdija l-kap eżekuttiv tal-kumpanija GO li qed tghin lill-Gizwiti f’din il-kampanja kkwota statistika li turi li bħala medja n-nies ibiddlu it-telefon ċellulari tagħhom kull 18 il-xahar, bir-riżultat li ħafna nies jakkumaluw mobiles mhux użati jew inkella jarmu dawn il-mobiles mingħajr ma dawn jiġu irriċiklati. Fil-fatt huwa ikkalkulat li bejn l-10 u l-15% biss tal-mobiles li jintremew qed jiġu irriċiklati.

Bħala Ministeru ilna għal dawn l-aħħar snin għaddejjin b’kampanja edukattiva biex nbiddlu l-mentalita’ ta’ kif u fejn jintrema l-iskart f’pajjiżna. Għalhekk kien ta’ sodisfazzjon ghalija nattendi ghat-tnehdija ta’ din il-kampanja, fejn l-mobile phone jekk ghadu tajjeb jerga jintuza minn persuni fl-Afrika li m’ghandhomx mezzi biex jixtru mobile, inkella kemm-il darba ma jahdimx jizzarma u jinbieghu l-minerali prezjuzi li wiehed isib go fih.

Il-flus li jdahhlu se jmorru b’risq il-bini ta’ orfanotrofju ġewwa il-Kenja għat-tfal li tilfu il-ġenituri tagħhom minħabba l-marda ta’ l-AIDS u b’risq proġett fiċ-Chad fejn ħa jitqassmu stoves li jaħdmu permezz ta’ l-enerġija solari biex ikun evitat li n-nisa iqattgħu siegħat twal ifittxu l-injam u jibilgħu d-duħħan. Id-dħaħen minn dawn stufi tradizzjonali jwasslu għall-mewt ta’ madwar 1.9 persuna fis-sena f’eta’ zghira. In-nisa u t-tfal huma l-aktar milquta.

Dan jorbot ukoll mal-inizzjattiva li hadna fi tmiem is-sena li ghaddiet fejn Malta tat €125,000 biex jinxtraw stoves godda halli jitnaqqsu l-emissjonijiet u n-nisa u t-tfal ma jkunux esposti għad-duħħan. Nappella lil qarrejja li għandhom mobile jew tnejn li mhux qed juzaw biex jiddepożitaw dan it-telefon f’fergħa tal-GO u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal din l-inizjattiva ambjentali b’għan nobbli favur ħajja li tixraq lil dawn ħutna.

May 27, 2011

Ghajnuna ghall-bidla

Ghogobni l-kumment ta’ l-Prim Ministru Ingliz David Cameron fil-konferenza tal-ahbarijiet li ta flimkien mal-President Obama waqt iz-zjara ufficjali ta’ dan ta’ l-ahhar fl-Ingilterra. Meta kien qed jitkellem dwar dak li qed jigri fl-Afrika ta’ Fuq sahaq li l-Ewropa flimkien ma’ l-Istati Uniti u ohrajn iridu jbiddlu dan il-mument “from a moment in history to a turning point in history”. Naqbel perfettament li dan huwa c-cans li l-Ewropa tagixxi bil-fatti biex taghti c-cans li jisthoqq lil dawn il-pajjizi tant qrib taghna li ghal tant snin m’ghenniex bis-serjeta’. Ghal hafna snin, il-politika Ewropeja lejn il-pajjizi tal-Mediterran kienet mmexxija mill-interessi Ewropej dojoq li rari fehmu kemm dan ir-regjun li huwa l-gar naturali tal-Ewropa jista’ jkun ta’ gid jekk ikun demokratiku u zviluppat ekonomikament. Issa iz-zghazagh Tunezini, Egizzjani, Libjani, iz-zghazagh Sirjani u mill-Yemen hadu jew qed jiehdu l-futur tagghom f’idejhom u l-Ewropa irid ikollha l-guts li dak li tghid bil-kliem issarfu bil-fatti.


Ghall-ewwel darba jidher li hemm xaqq ta’ dawl li dan jista’ jsir. Din il-gimgha l-Kummissjoni Ewropeja nediet politika aggoranata ghall-Mediterran u l-Lvant ta’ l-Ewropa ghalkemm din ghad trid tigi approvata mill-pajjizi membri. Qed titlob aktar flus ghar-regjun, zieda ta’ €1.2 biljun ewro u twieghed li tiftah il-bibien ghan-negozju mal-Afrika ta’ Fuq f’dak li qed issejjah “Deep and Comprehensive Free Trade Areas” biex dawn il-pajjizi jkunu jistghu jippartecipaw sew fiz-zona ta’ kummerc hieles li minnha taghmel parti l-UE. F’pajjizi fejn sa llum kont tibza’ tinvesti, tajjeb li l-UE qed titkellem biex tressaq lejn dawn il-pajjizi konferenzi ghall-investituri u tpoggi fuq saqajha skema li tiprotegi ‘l dawk li jinvestu u joholqu il-postijiet tax-xoghol tant mehtiega fihom bhal l-qasam agrikolu u l-izvilupp rurali. U tajjeb ukoll li l-Bank tal-Investiment Ewropew se jkun mitlub jghin b’self ta’ biljuni mhux l-inqas lill-azjendi z-zghar.



Izda forsi l-akbar novita hija dik li l-UE qed twieghed li tghin direttament lill-partiti politici, NGO’s, trade unions u msiehba socjali ohra li jkunu qed jahdmu biex tissahhah s-socjeta’ civili u allura t-triq lejn id-demokrazija u l-pluralizmu. Ghall-ewwel darba l-UE qed titkellem fuq fond apposta li jkun jista’ jaghti appogg lil dawn l-entitajiet li ghadhom fit-tfulija tagghom u li huma l-fus li fuqu tinbena socjeta’ demokratika.


Naturalment din il-politika aggornata lejn il-Mediterran m’hiex nieqsa mill-interessi u hekk ghandu jkun. L-Ewropa hija nkwetata mill-mewga ta’ immigranti li ga tfaccaw fuq ix-xtut taghna. M’hijiex nieqsa lanqas mit-thassib ghaliex tinsab fil-pozizjoni li trid tghin finanzjament it-tishih ta’ movement demokratiku fl-istess waqt li ghandha hi problemi ekonomici kbar. Imma kif qal tajjeb David Cameron, huwa b’dan il-mod biss li dan il-mument fl-istorja nistghu nibdluh fi zvolta fl-istorja ghal dawn il-pajjizi.

May 26, 2011

Is-Sibt il-poplu jaghti l-opinjoni tieghu.

Il-kampanja tar-referendum dwar id-divorzju tintemm illum u nhar is-Sibt il-poplu jrid jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-mistoqsija li għandu quddiemu. Smajna ċerta spjegazzjoni raġunata miż-żewġ movimenti, imma wkoll smajna ħafna estremiżmi. Naħseb li f’certi mumenti l-kampanja aktar ipproduċiet duħħan milli dawl lill-votanti. Gruppi differenti li tnehdew tul il-kampanja donnhom aktar inxteħtu fuq l-estrem u ntesiet l-etika. U smajna wisq attakki fuq il-Knisja. F’xi mumenti, bdejt niddubita l-mistoqsija tar-referendum hix dwar id-divorju, inkella hix dwar il-Knisja.

Dwar id-divorzju, jien għandi mhux biss fehma personali imma wkoll dmirijiet li joħorġu mill-fatt li jien qiegħed fil-Parlament. Naħseb li mil-lat soċjali u pubbliku, hemm xi tgħid favur u hemm xi tgħid kontra d-divorzju.

Nemmen li l-ewwel irridu naraw x’għandna quddiemna bħala fatti fit-tessut soċjali tal-pajjiż. Irridu nistaqsu: għandna daqstant diżordni fiż-żwiġijiet li jeħtiġilna ndaħħlu d-divorzju biex innaqqsu din id-diżordni? Jekk indaħħlu d-divorzju, inkunu qed noħolqu aktar diżordni fis-soċjeta’ li tkun akbar minn dik li nixtiequ nneħħu ?

Nista nifhem lil dawk għandhom problemi fil-ħajja personali tagħhom li jaqblu mad-divorzju għax itejbilhom ħajjithom. Min-naħa l-oħra, nibbilanċja dan bil-fehma tiegħi li bħala soċjeta’ għad m’hawnx daqstant diżordni fiż-żwiġijiet li jeħtiġilna ndaħħlu d-divorzju issa.

Fid-dawl tal-fatt li fadal numru sew ta’ mistoqsijiet u dubji u minhabba l-fatt li l-ligi ghad ma gietx diskussa sew, smajt bosta li aktarx jiddeciedu jimxu b’kawtela u aktarx jaddottaw il-precautionary principle u f’dan il-mument jivvotaw LE. Fl-aħħar mill-aħħar, imma, din hi kwisjtoni ta’ kuxjenza għal kull votant. Ladarba kulħadd għandu vot indaqs, nirrispetta l-vot ta’ kulħadd u nifhem ir-raġunijiet għala wieħed jista’ jivvota Iva u għala wieħed jista’ jivvota Le, kif se nagħmel jien.

May 19, 2011

Il-posittiv jidfen il-krudelta'

L-ahbar ta’ llum tal-kelb midfun haj li nstab f’B’Bugia minn ufficjali tal-Animal Welfare Department hija xokkanti. Dawn il-haddiema ntbaghtu fuq il-post wara li dahlet telefonata anonima. Meta marru fuq il-post semghu l-hoss ta’ kelb jinghi gej minn taht tavla tal-injam b’zokk kbir fuqha. Kif nehhewha raw bicca minn ras il-kelba midfuna fil-hamrija u meta kixfuha sabulha saqajha u jdejha marbuta. Att tal-wahx aktar u aktar ghax wara ufficjal veterinarju sab li l-kelba kienu sparaw fuqha qabel ma ndifnet. Att krudili tal-aghar forma fuq povru animal li issa gie operat gewwa c-Centru ta’ San Frangisk f’Ta’Qali. Nittama li min ghamel att bhal dan jinqabad u jittella l-Qorti. Fil-ligi ta' pajjizna persuna tista tehel sa sena habs fuq att ta' mohqrija fuq l-annimali.


Minn din l-istorja kerha xorta nista nislet zewg affarijiet posittivi. L-ewwel haga posittiva hija d-dedikazzjoni tal-istaff tal-Animal Welfare Department. Ghal darb’ohra storja bhal din tkompli tikkonvincini kemm kienet ghaqlija d-decizzjoni li hadna meta waqqafna dan id-dipartiment. Ir-rezistenzi li kont sibt ghat-twaqqif ta’ dan id-dipartiment ghal grazzja t’alla ma kienux qattghuli qalbi u llum inhossni kburi li bnejna dan id-dipartiment mix-xejn.



Id-dipartiment llum huwa kompost minn team ta’ 15-il persuna. Ko-ordinatur, zewg skrivana, 4 Animal Carers u 8 Animal Welfare Officers. Nista nghid li hafna minnhom jaghmlu xogholhom b’hegga u dedikazzjoni kbira. Jharsu lejn xogholhom bhala missjoni aktar milli xoghol li jqallahom paga. Matul l-ahhar xhur komplejna ninvestu f’apparat mehtieg marbut mas-servizz tal-ambulanza tal-annimali kuljum ghal 24 siegha. Infaqna flus biex inxtraw 2-way radio system, dart guns biex iraqdu l-annimal, stretchers, harnesses, gageg u carriers, kif ukoll digital cameras. Flus imbierka meta tqis s-servizz li qed jinghata.


It-tieni haga posittiva hija l-fatt li minn kif l-ahbar harget fuq il-media kienu bosta dawk li cemplu sabiex joffru li jaddottaw lil din il-kelba. Atti posittivi bhal dawn mill-pubbliku generali jghinu biex jidfnu atti krudili ta’ mohqrija fuq l-annimali u fl-istess hin jaghti sodisfazzjon mhux biss lill-haddiema ta’ dan id-dipartiment imma lil dawk il-mijiet ta’ volontarji li kuljum jaghtu semhom fl-ghaqdiet mhux governattivi li jahdmu b’risq l-annimali f’pajjizna.

Xoghol kbir fuq is-Saluting Battery

Wahda mill-partijiet l-aktar strategici fis-sistema estensiva tas-swar tal-belt Valletta, dan il- monument imponenti u importanti fejn tidhol l-arkitettura militari fil-gzejjer Maltin, hija z-zona tas-swar maghruf bhala is-Sur ta’ San Pietru u San Pawl, jew kif inhi maghrufa ahjar illum, il-Barrakka ta’ Fuq. Din tiddomina, tista tghid, il-firxa kollha tal-Port il-Kbir u tipprovdi xena unika u meralviljuza, kif jghidu bl-Ingliz ‘a breathtaking view’.


Il- Kavallieri gharfu kemm il-valur militari u difensiv ta’ din il-pozijoni gholja kif ukoll dak rikkrejattiv. Fil-fatt skond Dr.Stephen Spiteri, il-Kavalieri fl-1661 ikonvertew parti mil-bastjun fl-loggia (‘barracca’) u gnien privat ghal beneficju tal-kavallieri. Il-parti l-baxxa tal-bastjun, pero’, li kienet mibnija b’mod imtarrag, baqghet isservi bhala pjattaforma mghamra bil-kanuni ghad-difiza tal-port u hafna drabi, dawn l-istess kanuni kienu jintuzaw biex jaghtu s-salut lill-galeri u lill-vaxxelli importanti li kienu jzuru Malta fiz-zmien l-Ordni. Il-batterija tigi l-aktar f’taghha bhala ‘saluting battery’, pero, fis-seklu dsatax taht l-Ingliz. Hafna mir-ritratti mehuda mis-seklu dsatax il-quddiem juru ringila ta kanuni ta’ diversi tipi (skond il-perjodu) ippostjati fuq din il-pjattaforma.




Taħt dan il-post insibu l-Lascaris War Rooms li llum il-Gvern ghaddihom lill-Fundazzjoni Wirt Artna. Matul is-snin kien jidhol kwantita kbira ta’ ilma kull meta taghmel ix-xita ghax l-ilma kien jgħaddi minn taħt il-ħaxix u s-siġar li kien hawn. Il-Ministeru tieghi nvesta rizorsi sostanzjali biex din is-Saluting Battery tigi riabilitata b’mod shih. Inqala l-materjal kollu li kien hemm, sar water proofing taht l-area kollha inkluz gejn kien hemm il-haxix, giet installata sistema ta’ drains ghall-ilma inkluz culvert matul id-dawra kollha u finalment tqieghed pavimentar gdid b’cangatura tal-qawwi.




Ta’ min jghid li kien hemm biss parti zghira li kien ghadha bic-cangatura antika. Liema cangatura inqalghet wahda wahda, giet innumerata, tnaddfet u regghet tpogiet. Dan ma kienx xoghol facli ghax ic-cangatura hija wahda ta’ daqs konsiderevoli u hoxna hafna. Il-materjal użat ilaħħaq l-ispiża ta’ madwar €150,000, eskluz il-pagi tal-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet. Illum dan ix-xoghol wasal biex jitlesta u b’hekk ser jikkomplimenta ix-xoghlijiet estensivi li il-ministeru tieghi qieghed iwettaq fuq is-swar majestuzi tal-Belt Valletta.




Issa s-Saluting Battery se tkun armata mill-gdid bill-kanuni awtentici tal-perjodu mill-Fondazzjoni Wirt Artna halli isservi bhala wahda mill-attrazzjoni turistika principali fil-Belt kapitali taghna. Dan huwa ezempju iehor ta’ hidma bejn il-Gvern u l-volontarjat f’pajjizna biex jinghata gharfien akbar ghal wirt ta’ pajjizna.

May 15, 2011

Il-Festa ta' Pippa

“Jien immur nixtri mill-Farmers Market” qaltli Pippa Mattei meta ltqajt maghha dan l-ahhar. Pippa Mattei li llum ghanda 60 sena, hija wahda mill-promoturi feroci tal-kcina u l-prodotti lokali. Meta dan l-ahhar intervistawha fuq televizzjoni amerikan u staqsewha x’jaghmel il-kcina maltija specjali, hi rrispondiet “Il-hut u l-haxix jinqabad u jinqata fl-istess jum li fih jispicca fil-kcina taghna…ingawdu minn prodotti friskiu bnieni”.



Ix-xahar li ghadda Pippa marret Parigi fejn irceviet l-Ewwel Premju fl- Entertainment Category tal-Gourmand World Cookbook Awards ghat-tieni ktieb taghha “Pippa’s Festa” ippublikat mill-Miranda Books. Ghamlet gieh lilha nnifisha, imam anke gieh lill-kcina ta’ pajjizna. L-ewwel ktieb taghha hargitu xi 25 sena ilu. Din id-darba kien aktar facli ghax kitbitu dirett fuq il-computer, mentri l-ewwel wiehed kitbitu b’idejha u kien aktar difficli biex issawru inkluz bl-istampi u ritratti. Fl-ewwel ktieb kienet gabret flimkien ricetti minghand nisa mpenjati fir-Round Table.




Minn hemm qatt ma waqfet. Kompliet tfittex ricetti minghand zijiet, nanniet u hbieb. Fl-istess hin izda dawret il-kcina taghha f’laboratorju haj tal-kcina maltija tesperimenta u tiprova ricetti godda. Bdiet ukoll taghti lezzjonijiet tat-tisjir b’madwar 10 “studenti” madwarha fil-kcina.




Pippa Mattei, flimkien ma’ personaggi ohrajn bhal Matty Cremona, Gloria Mizzi, Anton B.Dougall u tant ohrajn, irnexxielhom jibnu apprezzament gdid lejn il-kcina maltija li sa ftit taz-zmien ilu bilkemm ma konniex nisthu nitkellmu fuqha. Ghamlu dan kemm b’publikazzjoni ta’ kotba kif ukoll fi programmi fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni. Minn hawn nixtieq insellem lilhom kif ukoll lil hafna zghazagh mill-ITS li anke huma qed jaghrfu l-valur tal-kcina lokali. Ikun xieraq li l-platti maltin isibu ruhhom aktar esposti fil-lukandi u r-ristoranti ta’ pajjizna. Ghax kif qalet Pippa dan l-ahhar, “mhux biss il-maltin imam anke l-barranin ihobbu jipruvaw il-platti tipici tal-gzejjer taghna”.

May 11, 2011

Tahrig ta' Health & Safety ghas-sajjieda

Matul l-aħħar xhur aktar minn 950 sajjied ingħataw taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Kors li sar gewwa l-International Safety Training Centre ta’ Hal-Far b’investiment ta’ madwar €230,000 b'kofinanzjament ta' 75% mill-Unjoni Ewropea u 25% minn fondi Nazzjonali. It-taħrig sar skont l-Standards of Training, Certification and Watchkeeping (STCW) kompilati mill-International Maritime Organization (IMO).


Kien interesanti l-fatt li s-sajjieda ma ngħatawx biss tagħlim teoretiku iżda wkoll prattiku bħal survival assimilation training f’kaz li jispiccaw fil-baħar. Dan it-taħriġ kopra wkoll first aid u tifi tan-nar. Uħud mill-għar mumenti fil-karriera politika tiegħi kemm ili responsabbli mis-settur tas-sajd kien meta kelli nattendi għal funerali tat-tlett persuni tilfu ħajjithom fil-kaz tas-Simshar.




L-organizzaturi ta’ dan il-kors spjegawli kif fil-bidu tal-kors beda numru ta’ sajieda kienu xettitċi fuq il-htiega tieghu. Speci “m’ghandniex bzonnu ghax nafu kollox”. Ħafna drabi din hi l-atitudni riflessa f’kulħadd ghax nahsbu li m’ghandniex bzonn tahrig bhal dan. Biss wara ftit hafna minn dawn is-sajjieda rrealizzaw l-utilita’ u spiccaw jippartecipaw b’mod haj fis-17-il sessjoni tal-kors. Wiehed mis-sajjieda li tkellimt mieghu l-bierah spjegali kemm sab utli b’mod specjali s-sessjoni ta’ tahrig li ghamlu go smoke chamber biex tigi assimilata sitwazzjoni ta’ hruq go engine room, fejn tant ikun hemm foga li lanqas tkun tista tara.




Ovvjament fuq il-bahar wiehed irid jaghti ferm aktar attenzjoni ghax hemm barra tkun maqtugh ghalik u l-ghajnuna mhux facli tasal f’qasir zmien. Sadanittant qed nipjanaw li fix-xhur li gejjin naghmlu kors ta’ tahrig aktar avvanzat ghas-sajjieda. Irrid nrodd hajr lir-raprezentanti tal-koperattivi tas-sajjieda li gharfu l-htiega u taw l-appogg taghhom ghal dan it-tahrig.

May 4, 2011

Uza x-xemx u ffranka

Ergajna hrigna skema sabiex familji Maltin jinstallaw Solar Water Heater. Sal-bidu ta’ din il-gimgha, l-Awtorita ta’ Malta ghar-Rizorsi (MRA) diga rċeviet mal-200 applikazzjoni. Din l-iskema hi finanzjata minn fondi tal-Gvern, u qed tagħti lura 40% tal-ispiża fuq ix-xiri u installazzjoni ta’ dan l-apparat sa massimu ta’ €400. Kull min għandu kont tal-elettriku residenzjali jew domestiku jista’ japplika biex jieħu l-għotja sakemm ma jkunx diġà bbenefika minn skema simili mill-2008 ’l hawn.



Minn kemm ilna li bdejna skemi bħal dawn f’pajjiżna llum insibu ‘l fuq minn 13,000 solar water heater installat fid-djar tagħna. It-tisħin tal-ilma hu wieħed mill-akbar konsumaturi tal-enerġija fid-dar. Studji ppublikati mill- Universita ta' Malta jirrapurtaw li solar water heater tipiku jiffranka 1650 units fis-sena biex issaħħan l-ilma li familja jkollha bżonn tuża.



Meta wieħed jikkunsidra li l-konsum tipiku tal-enerġija minn familja ta’ erba’ persuni hu ta’ madwar 5, 500 unit fis-sena dan ifisser li permezz ta’ solar water heater familja tiffranka unit minn kull erba’ li llum tuża. Hu kkalkulat li familja ta’ erba’ persuni tiffranka mal-€175 fis-sena mill-kont tal-elettriku. Jekk tixtri Solar Water Heater bi prezz ta’ madwar €1,500, fuq perjodu ta’ 4 snin (l-aktar 5 snin), b’din l-iskema tkun ggib flusek lura. U minn hemm ‘l quddiem tibqa ssahhan l-ilma minghajr spejjez.




Minbarra l-iskema finanzjata mill-Gvern, hemm ukoll skema ohra ffinanzjata mill-Unjoni Ewropew li tagħti għotja ta’ 40% tal-ispejjeż eliġibbli sa €560. Izda ghal din ma jistax japplika kulhadd. Biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema jrid jew ikun qed jirċievi l-voucher tal-enerġija jew tkun familja bi tfal u bi dħul inqas minn €23,932 jew li jkun sid ta’ proprjetà li tkun inxtrat wara l-1 ta’ Jannar 2010 b’valur inqas minn €120,000 jew tkun familja li tirċievi l-allowance supplimentari skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

May 3, 2011

Daqsxejn ahjar ghal kulhadd

“Id-dinja hija post ahjar minghajr Bin Laden”. Hekk tkellem il-President Amerikan Obama wara l-qtil drammatiku ta’ l-aktar terrorist mfittex ghal snin shah. Bin Laden kien l-uniku kmandant tal-Al Qaeda fit-22 sena tal-istorja taghha u huwa responsabbli ghall-mit li nholoq madwarha. Kien hu li kien jattira l-ghexieren ta’ zghazagh dizilluzi l-aktar mill-pajjizi tal-Golf Gharbi biex isiru l-gellieda vjolenti li kapaci jwettqu t-terrur fost in-nies komuni. Bil-kapacita’ tieghu li ma jinqabadx meta l-Amerikani kienu qed jonfqu tant flus u tant rizorsi jfittxuh, kien il-kalamita ghas-segwaci tieghu. Fuq kollox kien il-gwida spiritwali ghal ftit musulmani li ghazlu l-estremizmu vjolenti.


M’hemmx dubju li l-qtil tieghu igib ftit aktar serhan tar-ras. Dan il-qtil huwa rebha sinifikanti ghall-offensiva kontra t-terrorizmu. Ic-celebrazzjonijiet f’New York, spontanji u bil-lejl, forsi jaghtu indikazzjoni zghira ta’ kemm l-amerikani kienu mghobbija bil-piz ta’ dak li sehh fil-11 ta’ Settembru 2001 u ta’ dak li setgha ghad jigri. Mhux sorprendenti l-kummenti ta’ hafna mexxejja Izlamici – Bin Laden ta isem hazin lil Islam, fired in-nies fejn qabel ma kinetx tezisti firda u prova jpoggi fl-imhuh li hemm civilizazzjoni kontra ohra.


Izda zball jekk nahsbu li l-Al Qaeda bla Bin Laden se tisfuma malajr fix-xejn. L-Al Qaeda nbniet differenti minn organizazzjonijiet ohra – isimha stess li jfisser “il-Bazi” juri li l-Al-Qaeda hija u riedet tkun biss l-ispirazzjoni, tghin xi kultant f’tahrig ta’ gellieda izda tnibbet u nibtet units ohra, li lkoll kapaci jahdmu ghal rashom. It-terrorizmu ta’ llum huwa terrorizmu ta’ “units”, separati minn xulxin, li zgur ma jistennewx lil Bin Laden jghidilhom x’jaghmlu u kif jaghmluh. Illum jezistu units ta’ al-Qaeda fl-Afrika ta’ Fuq, l-Iraq, fil-pajjizi tal-Lvant tal-Afrika, fil-Yemen. Kollha “mbierka” minn Bin Laden izda kollha ghandhom l-istrategija taghhom, il-mod tagghom kif jattiraw fondi u segwaci.


Filwaqt li nghid hekk, nghid ukoll li l-al-Qaeda hadet daqqa ta’ harta ohra fl-ahhar xhur b’dak li sehh Afrika ta’ Fuq. Fir-rebbiegha Gharbija, id-dimostranti injoraw is-sejha ta’ Al-Qaeda ghall-vjolenza – bidlu, kif dejjem jipprova jaghmel ukoll it-terrorizmu, minghajr ma uzaw vjolenza u terror u wrew li l-ghatx tagghom huwa ghad-demokrazija u l-liberta’. It-terrorizmu jistghana biss meta jkollu minn fejn jigbed ir-rekruti – jekk dan jinxef, jitbiel hu ukoll. Li jkun hemm atti ta’ tpattija ghall-qtil ta’ Bin Laden ma jkunx sorprendenti xejn, li l-Al Qaeda tkompli bla Bin Laden huwa possibli hafna wkoll. Il-qtil ta’ Bin Laden flimkien ma’ dak li qed jigri fl-Afrika ta’ Fuq jista’ madanakollu jibda t-triq twila biex l-Al Qaeda ma tibqax daqshekk b’sahhitha. U d-dinja tkun daqsxejn ahjar ghal kulhadd, ghallanqas hekk nittama !

May 2, 2011

Karol - Simbolu ta' imhabba

Ikolli nammetta li c-cerimonja ta’ dalghodu fejn Karol Woytla, Papa Giovanni Pawlu II, gie dikjarat Beatu mpressjonatni. Kelli x-xorti nsegwi c-cerimonja direttament fil-Vatikan flimkien mad-delegazzjoni Maltija. Segwejniha flimkien ma’ madwar miljun u nofs ruh ohra gewwa Ruma. L-aktar haga li laqtitni fl-ahhar jumejn kien il-bahar ta’ zghazagh li gewwa Ruma biex isegwu c-cerimonja u jsellmu lil dan il-Papa li definittivament pogga liz-zghazagh bhala protagonisti fi hdan l-istess Knisja Kattolika.



Gew persuni mill-irkejjen kollha tad-dinja biex isellmulu. Mill-129 pajjiz li matul is-27 sena tieghu bhala Papa zar biex jibghat messagg ta’ tama, verita’ u liberta’. Fl-omelija tieghu waqt il-quddiesa Papa Benedittu XVI fil-fatt faqqarna fi kliem Woytla “Tibzghux mill-verita' ghax il-verita’ hija l-garanzija tal-liberta’. ” Matul hajtu ltaqa mhux biss kien ispirazzjoni ghall-insara imma gharaf jibni pont ta’ komunikazzjoni ma’ popli li jemmnu f’religjonijiet ohra. Min jista jinsa z-zjara tieghu fis-Sinagoga ta’ Ruma jew il-hajt ta’ Gerusalemm ? Jew inkella l-laqgha maz-zghazagh Musulmani fil-Marokk jew iz-zjara tieghu fil-moskea tas-Sirja ?



Definittivament ma kenitx kumbinazzjoni li ntaghzel illum bhala l-jum li fih isir beatu Karol Woytla. F’Jum San Guzepp Haddiem. Woytla, iben haddiem li kien baqa’ jaħdem go fabbrika, u fil-ħin liberu kien jistudja. Kien jinsisti dejjem li fiz-zjarat tieghu jiltaqa fl-laqghat diretti mal-haddiema. Kemm-il darba anke fl-enciklici tieghu nsista li”x-xoghol hu ghall-bniedem u mhux il-bniedem ghax-xoghol”. Tkellem dejjem b’qawwa kontra l-isfruttament tal-haddiem kemm minn sistemi mibnija fuq il-Marxismu kif ukoll dawk mibnija fuq kapitalizmu bla kuxjenza socjali. Ma nista ninsa qatt wiehed mid-diskorsi tieghu li kien ghamel f’wiehed mill-pajjizi tal-Amerika Latina meta kien qal “Vale la pena li kull wiehed minna jahdem u jistinka ghal socjeta gusta ....ghal dinjita’ akbar lil persuna umana”.




Bil-messaggi semplici imma approfonditi tieghu seraq il-qlub tal-hafna anke ghax gharaf juza l-kapacitajiet ta’ komunikazzjonijiet tieghu bl-aqwa mod. Tkellem bi tbissima izda tkellem ukoll b’vuci soda u qawwija fil-konfront ta’ mexxejja totalitarji. Il-messaggi tieghu kienu strumentali biex waqqghu r-regim totalitarji komunisti tal-Ewropa tal-Lvant, ibda minn dak ta’ pajjizu l-Polonja. Ma nistax naghti gieh lil dan il-bniedem kbir sempliciment b’dawn l-erbgha paragrafi. Irridu niddedikaw ferm aktar hin u pacenzja biex nifhmu l-wirt kbir li hallilna Karol Woytla.