Gvern responsabbli ikabbar il-gid, jincentiva lil dawk li jistghu joholqu x-xoghol, iharreg ghall-impjiegi tal-gejjieni u jwiezen lil dawk l-aktar dghajfa. Fl-opinjoni tieghi dan il-Budget jirnexxielu jaghmel dan kollu. Budget ta' llum li jiprepara ghal ghada. Kif dejjem ghamel il-PN fil-Gvern. Gvern responsabbli li għax ħadem bil-għaqal illum jinsab f’posizzjoni li jkompli jsaħħaħ dak li nkiseb s’issa u jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Budget li joffri viżjoni u programm konkret.
Budget li bilkemm temmen li
qed jitressaq f’mument daqstant partikolari fejn id-dinja għadha ssofri
l-konsegwenzi ta’ kriżi finanzjarja liema bħalha. U waqt li pajjiżi ġara tagħna qishom jinsabu
f’tellieqa ta’ awsterita’, f’pajjiżna nistgħu noffru pakkett li se jkompli
jtejjeb il-livell tal-għixien tagħna u ta’ wliedna. Ħaddieħor qed inaqqas il-pagi u s-servizzi
soċjali u jħabbat wiċċu ma’ qagħad rekord.
Aħna nħabbru żidiet fic-children’s
allowance, tnaqqis tal-income tax,
miżuri oħrajn ta’ inċentivi għan-nisa li jaħdmu u għan-negozji, firxa wiesa’
ta’ proposti ta’ Gvern li hu mimli idejat ta’ kif se jkompli jigwida dan
il-pajjiż ‘l quddiem anke fil-maltemp.
Fir-rigward
tar-responsabbiltajiet Ministerjali tiegħi, dan hu Budget li għal darb’oħra qed
jinvesti miljuni ta’ Ewro f’aktar proġetti ta’ tisbihta’ spazji pubbliċi. Miżuri li jinċentivaw l-użu ta’ prodotti li
jiġġeneraw enerġija minn sorsi nodfa, għajnuna u investiment fis-setturi tal-biedja
u sajd, investiment fl-immaniġġjar tal-iskart, l-konservazzjoni tal-ilma u
l-ħarsien tal-annimali.
Il-Budget huwa termometru
tas-saħħa tal-Gvern u tal-pajjiż. Dan
Budget li jkompli jikkonferma li dan pajjiż b’saħħtu mmexxi minn Gvern li
għandu l-aħjar politika għal pajjiżna.
Gvern li jagħmel għażliet responsabbli.
Fi ftit xhur oħra ser ikun il-poplu li jintalab jagħmel l-għażla
tiegħu. Fiduċjuż li anke dik tkun għażla
responsabbli għalina u għal uliedna.