Iż-żebbuġ maqtugħ mis-siġar li hemm fil-lukanda fl-2011 ġie trasformat
f’300 flixkun ta’ żejt taż-żebbuġa li ntuża mill-istess lukanda. Mill-ħsad ta’
dan is-sena nġabbru 24 kannestru ta’ żebbuġ u hu maħsub li se jkun prodott
aktar żejt mis-sena l-oħra.
Fi żmien il-ħsad taż-żebbuġ tas-sena 2011 f’pajjiżna kien hawn reġistrati f’pajjiżna mal-108 ettaru ta’ art b’siġar taż-żebbuġ
kkultivati minn madwar 200 bidwi. Skont
id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura,
fl-2011 siġar taż-żebbuġ użati għal konsum kien hemm aktar minn 23,000
siġra li minnhom 70,146 kilo ta’ żebbuġ intuża għall-għasir biex isir iż-żejt
taż-żebbuġ. Dan kollu jfisser li s-sena l-oħra l-art ta’ pajjiżna bil-ħidma
tal-bdiewa tagħna pproduċiet mas-26 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa. Is-sena
l-oħra wkoll ġew ikkunsmati kważi 18,000
kilo ta’ żebbuġ li nħasad mis-siġar ta’ pajjiżna.
Fost
il-ħaddiema tal-lukanda ltqajt ma’ Leli, anzjan ta’ 74 sena. Impressjonawni l-passjoni u l-enerġija
tiegħu. Iltqajt ukoll ma’ Mathias, tifel
ta’ 11-il sena, li għadu kemm laħaq President tal-Kumitat tal-EkoSkola tal-iskola
ta’ San Andrea. B’għajnejħ jixgħelu
bl-entużjażmu Mathias spjegali x’jixtieq iwettaq fl-iskola, inkluż li jħawwel
aktar siġar madwar l-iskola. Anke hawn stajt nara l-entużjażmu ta’ dawn
il-ġenerazzjonijiet differenti biex jagħmlu xi haġa posittiva aktar milli jkunu
sempliciment armchair critics.