Jan 26, 2013

Nirbħu kull sfida b’entużjażmu u kreattività



Laqatni ħafna l-Prim Ministru meta il-bieraħ filgħaxija tkellem dwar il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista u l-125 proposta li hemm fih. Qal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem ħares lejn il-futur ta’ pajjiżna u poġġa prioritajiet skont iċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien partikolari.   Kien għalhekk li dan il-Partit dejjem kien kapaċi jiġġedded u kien ukoll għalhekk li baqa’ jingħata l-fiduċja mill-poplu.

Qed ngħixu f’dinja ta’ bidla kontinwa minħabba l-evoluzzjoni fit-teknoloġija kemm fuq il-bank tax-xogħol kif ukoll fi djarna.  Għalhekk, waħda mill-isfidi l-kbar li ffaċċjajna b’kuraġġ flimkien bħala poplu kienet l-aġġornament meħtieġ biex niżguraw li l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ b’saħħitha u toffri opportunitajiet ta’ xogħol għal kulħadd.  Illum qed ingawdu minn dan l-investiment għaqli.  Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa li għandha ekonomija b’saħħitha minkejja l-kriżi ekonomika li laqtet lid-dinja.  Dan l-investiment fil-ġejjieni hu mibni fuq il-fiduċja sħiħa li l-PN dejjem kellu fil-kapaċitajiet tal-poplu Malti li jirbaħ kull sfida b’entużjażmu u kreattività.

Fiduċja li qed tissarraf f’numru ta’ proposti maħsuba biex ikompli jiġġeneraw l-impjiegi, jinċentivaw aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, ikompli jwessqgħu l-għodod tat-tagħlim, finanzi dejjem aktar sod, anqas piż ta’ taxxi, inċentivi favur in-negozji żgħar u medji.  Proposti li fil-jiem li ġejjin ser inkunu qed nisimgħu ferm aktar dwarhom u li fuqhom il-PN qed jerġa jitlob il-fiduċja tal-poplu.

Jien fiduċjuż fis-sens ta’ responsabbiltà tal-poplu Malti u għalhekk inkompli nħares lejn il-futur t’artna b’entużjażmu kbir.  Nemmen li lkoll għandna dak l-istint ta’ kreattività u innovazzjoni biex nibqgħu niżguraw futur fis-sod fejn ix-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni jibqgħu s-sisien li fuqhom niggarantixxu serħan il-moħħ u għixien xieraq għalik u għall-familja tiegħek.  Mal-PN taf fejn int.

Jan 25, 2013

L-akbar park fin-naħa t'isfel ta' Malta


Għada s-Sibt se nakkumpanja grupp kbir ta’ persuni ghall-pre-opening visit gewwa l-Park tal-Familja Sant’Antnin f’Wied il-Għajn f’żona li fis-snin 70 u 80 kienet tintuża bħala miżbla.  Dan il-park, li x-xoghol fuqu kwazi issa huwa lest, sar b’investiment ta’ €6 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Mix-xahar id-diehel il-familji se jkunu jistgħu jibdew igawdu minn park uniku għax-xorta tiegħu f’pajjiżna b’bosta attrazzjonijiet li jinkludu: landscaped mazes (waħda għat-tfal u oħra għall-kbar) u rock climbing wall, amfi-teatru b’seating capacity ta’ 450 ruħ, cycling routes, out door gym, picninc areas, dog park, funtani  u anke Water Park.   Sahansitra bnejna 18 l-istalla taz-zwiemel biex wiehed ikun jista jmur horse-tracking madwar il-park.  Fiż-żjara wieħed seta’ jara wkoll il-Kappella ta’ Sant’Antnin li rrestawrajniha wkoll bħala parti mill-proġett.
 
Dan il-park se jkun qed jgħin ukoll lill-għaqdiet ta’ Marsaskala. Se jingħata post minn fejn ikunu jistgħu joperaw il-Girl Guides tal-lokal kif ukoll il-park se jkun attrezzat b’numru ta’ facilitajiet rikrejattivi li fih ikunu jistgħu jiġu pprattikati bosta dixxiplini sportivi fosthom il-football. Fil-fatt f’dan il-park se jkun hemm five-a-side football pitch. Attrazzjoni oħra f’dan il-park se jkun razzett li qed ikun restawrat, biex it-tfal ikollhom kuntatt dirett mal-annimali, kif ukoll minnu jinbiegħu prodotti tal-ikel tipici ta’ pajjizna. F’dan il-park se jitħawwlu ‘l fuq minn 17,000 siġra u arbuxell li se jissaqqew minn gibjun kbir li nbena fuq is-sit. 
 
Dan il-Park jinsab maġenb l-impjant ta’ Sant’Antnin, li Joseph Muscat tant irsista li ma jsirx għax kien għamel ħiltu kollha biex iwaqqfilna l-fondi ewropej għalih. Bejn l-impjant u l-Park għamilna anke Ċentru ta’ Informazzjoni għall-Viżitaturi kif ukoll iservi ta’ entrata għall-istess impjant. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u kif minn din ir-riżorsa tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Is-sħana ġenerata mill-impjant ukoll se tintuża biex isaħħan il-pool tal-Inspire.  Dan il-park se jitmexxa flimkien ma’ din l-organizazzjoni ghax mill-bidu nett ridna li l-facilitajiet tal-Park tal-Familja jikkumplimentaw il-facilitajiet li ghandhom huma fis-sit li kien jissejjah ir-Razzett tal-Hbiberija. Definittivament dan ghandu jkun wiehed mill-isbah progetti fin-naha t’isfel ta’ pajjizna.

 

Jan 24, 2013

Ghalliema Francizi vs Ghalliema Maltin


Jerome Lambert mill-Union Nazjonali li tirraprezenta l-ghalliema tal-iskejjel Primarji u Sekondarji fi Franza (SNUipp-FSU) qal li l-ghalliema, li hafna minnhom sena ilu taw l-appogg taghhom lill-kandidat Presidenzjali Socjalista, Francois Hollande, huma dizappuntati kif il-gvern Socjalista qed jitratthom. U kien ghalhekk li nhar it-Tlieta strakjaw madwar Franza kollha u hadu sehem fi protesta kbira f’  Parigi. Ghalliem li ha sehem fil-protesta qal : Dak li l-Gvern Socjalista qed joffri issa m’ghandu xejn x’jaqsam mal-hafna weghdiet kbar li kienu saru lilna qabel l-ahhar elezzjoni 

L-ghalliema Francizi qed jghidu li Hollande “qed jahrab mill-problemi veri u reali” tas-sistema edukattiva taghhom. Iz-zewg problemi veri huma 1. Wisq tfal fil-klassijiet u 2. Ma hemmx bizzejjed ghalliema b’tahrig specjalizzat biex jassistu lit-tfal li ghandhom diffikultajiet.  
Il-maggoranza qawwija tal-ghalliema f’Mejju 2012 kienu vvutaw ghas-Socjalista Hollande peress li dan kien wieghed li jtejjeb is-sistema edukattiva anke billi jiprovdi aktar miljuni ghall-edukazzjoni. Hollande il-miljuni ma sabhomx u issa jrid izied is-sieghat lill-ghalliema fl-iskejjel minghajr ma jziedilhom il-hlas !   Din l-istorja rajniha tigri f’pajjizna fil-qasam edukattiv fl-1996, dakinhar kienu l-istudenti li ngidmu, li raw dak li kien imwieghed, l-istipendju, jinbidel f’dejn.  
L-ghalliema Maltin, b’kuntrast ghal dawk Francizi, fil-ftehim kollettiv rivedut sentejn ilu kellhom titjib fil-pakkett finanzjarju taghhom u nghataw aktar opportunitajiet ta’ tahrig. Barra hekk raw investimenti kbar fil-qasam edukattiv, inkluz b’zieda qawwija ta’ Learning Support Assistants ingaggati biex jghinuhom. Barra hekk l-ghalliema raw titjib fl-ghodda uzata fil-klassi, apparti raw il-ftuh ta’ skola gdida kull sena !  Il-hidma tal-ghalliema ssarfet f’aktar minn 83% tal-istudenti sekondarji jkomplu jistudjaw wara s-sittax. Ahna kuntrarjament ghas-Socjalisti Francizi wettaqna dak li weghdna lill-ghalliema. Ma jfissirx  li m’hemmx fejn inkomplu ntejjbu fl-edukazzjoni.  Fil-Programm Elettorali l-edukazzjoni nghatat mill-gdid priorita'.

Jan 23, 2013

Nahdmu ghalihom kuljum

L-impjiegi naħdmu għalihom kuljum jgħid il-messaġġ fuq l-aħħar billboard li ħareġ il-Partit Nazzjonalista waqt din il-kampanja elettorali.  Kulħadd jaf li f’Malta partit wieħed biss jista’ jgħid li joħloq l-impjiegi.  Dak hu l-Partit Nazzjonalista.  Partit li taħt it-tmexxija tiegħu fl-aħħar snin f’pajjiżna nħolqu mal-20,000 post tax-xogħol filwaqt li b’intervent dirett tal-Gvern ġew salvati 5,000 post tax-xogħol ieħor.  
 
Ix-xogħol ma toħolqux bid-diskors.  Jew billi tiftaħar li se tkun Gvern safe jekk il-poplu jafdak bit-tmexxija tal-pajjiż.  Ix-xogħol huwa l-frott ta’ deċiżjonijiet u għażliet tajbin.  B’hekk pajjiżna llum huwa s-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-anqas nies qegħda.  Huwa frott il-politika tal-Gvern Nazzjonalista li f’Malta qatt daqs illum ma kien hawn nies jaħdmu.  
 
Ma ħloqniex biss xogħol, imma komplejna ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.  Fl-aħħar snin neħħejna 25 taxxa u llum il-ħaddiem jibqalu aktar flus f’butu.  Fost l-oħrajn naqqasna l-income tax għal kulħadd.  Naqqasna l-income tax għal min hu bin-negozju u għall-ġenituri li jaħdmu.  U dan kollu filwaqt li pajjizi ohra kienu qed jitkissru mill-maltemp ekonomiku li laqat lid-dinja. Proprju l-bierah deher artiklu fuq CTZEN gurnal ghaz-zghazagh fi Sqallija li jitkellem hekk : Kif juru ir-rapporti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan, il-krizi ekonomika li laqtet lid-dinja jidher li lil Malta ma messithiex ! 
 
Gvern Nazzjonalista huwa l-aqwa serħan il-moħħ li għall-impjiegi jistinka kuljum.  Bi Gvern immexxi minn Joseph Muscat it-theddida għall-impjiegi tkun ta’ kuljum ukoll.  Pajjiżna għandu bżonn a’ stabbilita’ u tmexxija għaqlija.  Mhux Kap tal-Oppożizzjoni li sentejn ilu tana parir biex nimitaw lill-Ċipru.

Jan 13, 2013

Se jdaħluk ġol-ħajt

Kif ħafna jafu ħadt sehem f’Xarabank li ddiskuta l-proposta tal-Labour biex “irahhas il-kontjiet tad-dawl u l-ilma”.  Reġgħu ħarġu l-konfużżjoni u d-dilettantiżmu ta’ partit li suppost ilu ħames snin jaħmi proposta, li issa rriżulta li la hi serja u wisq anqas fattibli. 
 
U dan qed ikun rifless mill-kelliema varji li qed jintbagħtu jitkellmu f’ismu.  Miegħi f’Xarabank reġa kelli lill-Onor Leo Brincat, li suppost huwa l-kelliemi tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent u li kont nistenna li jkollu sehem kbir f’dak li tħejja.  Evidenti li lanqas id-deputati tal-Oppożizzjoni li għandhom responsabbilta’ diretta dwar dan is-suġġett ma ġew ikkonsultati.  Imma aktar minn hekk għal darb’oħra ħareġ in-nuqqas ta’ preparazzjoni ta’ persuna li huwa veteran Socjalista.  Jiġi jitfa diskors mingħajr ma jkun iccekkja l-fatti.  Waħda minnhom tal-pannelli fotovoltaici fuq l-ispazju pubbliku.  Dan il-kelliem ewlieni lanqas biss jaf li ħareg tender !  
 
Imma fuq kollox ħareg car mill-programm Xarabank kif Joseph Muscat u sħabu bnew proġett fis-sħab b’numri manipulati u skorretti.  Terġa l-istess konsulenti mħallsa mill-Labour mill-estimi li ħadmu kkonfermaw li l-għazla tal-gvern li jibni pipeline hi l-irħas għażla.  Imma għal raġuni stramba tal-Labour għażlu option aktar għolja !  U allura mhux naturali li nsaqsu x’interessi jista jkun hemm !? 
 
Bl-għażla tagħhom se jdaħħlu lil dan il-pajjiż ġol-ħajt. Gas Down ġol-ħajt !  L-istess kif tal-Labour daħluh ġo ħajt meta neħħew il-VAT imma l-konsegwenzi spiccaw ħallsuhom il-Maltin u l-Għawdxin meta Leo Brincat bamblilna 33 taxxa f’budget wieħed fl-1997.   Issa għal darb’oħra jridu jgħaddu minn fuq kulħadd biex jibnu power station b’għaġla liema bħala, liema power station, dan il-pajjiż m’għandux bżonnha !  Għax kif qalu l-konsulenti tagħhom stess bl-għażla ta’ dan il-Gvern jaqbillek !

Jan 11, 2013

Assolutament xejn gdid !


Jumejn ilu Joseph Muscat “habbar 4 proposta godda” skond hu fuq l-energija nadifa.  Fil-fatt ma habbar assolutament xejn gdid.  Spicca jghid li se jaghmel affarijiet li l-Gvern diga agixxa fuqhom inkella jhabbar inizzjattivi lid an il-Gvern diga tkellem fuqhom fl-ahhar budget u l-istess Joseph Muscat ivvota kontrihom halli ma nibdewx nimplimentawhom !  Inkredibbli imma veru ! 
 
L-ewwel “proposta” – Solar Farms : Minkejja li nifhmu li pajjizna hu ristrett fl-ispazju fuq l-art u ma jistax ikollu s-solar farms kbar li ghamlu pajjizi ohra, dan ma jfissirx li ma jistax ikollna solar farms ta’ qies iżgħar anzi aħna favur tagħhom dejjem jekk ma jkunux f’żoni sensittivi ekoloġikament jew estetikament. Proprju fl-ahhar budget stabbilejna r-rati tal-Feed In Tariff ghal sistemi akbar minn 1MW.   Barra hekk bil-fatti mxejna biex ikollna madwar 100,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binijiet pubblici bil-pannelli fotovoltaici u ghenna lil bi 15 il-miljun euro ‘l fuq minn 6,000 familja biex jinstallaw l-panelli fuq il-bjut tagħhom.  Dan apparti li bi €16-il miljun sostnejna 270 sid ta’ negozju jew fabbrika b’ biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva.  Kif ghidt il-bierah fir-risposta tieghi hadna bosta inizzjattivi ohra. 
 
It-Tieni “Proposta” : Jaghti Opportunita’ nvestiment f’Solar Farm lill-familji li m’ghandhomx access biex jinstallaw sistema ta’ PVs.  Inkredibbli ara xi ktibna fl-ahhar budget f’pagna 42: “Il-Gvern qed jiffinalizza wkoll skema li permezz tagħha familji li ma jistgħux iwaħħlu pannelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tagħhom, jinvestu f’sistema akbar lil hinn mir-residenza tagħhom. Dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-enerġija nadifa ġenerata skont l-investiment li jagħmlu f’din is-sistema komuni.”  Joseph Muscat ivvota kontriha, issa jrid jaghmilha.  Qalilna wkoll li jaghmel skemi ohra ta’ ghajnuna.  L-istess jikkopja.  Diga habbart li se niddedikaw 19 il-Miljun Euro biex nghinu familji jinstallaw pannelli fotovoltaici u peress li l-prezz naqas allura se jkunu aktar il-familji li se jgawdu. 
 
It-tielet “proposta” : Jahdem biex isiru Energy Audits fid-djar.  Inkredibbli !  ma jafx li dawn diga bdejnihom f’Ghawdex u kommessi li nestenduhom f’Malta kollha !  Barra hekk diga diga ghamilna energy audits fuq bini pubbliku u kommessi li nonfqu 3 Miljun Euro biex naghmlu bidliet fil-binjiet tal-Gvern halli naghtu ezempju.Dan apparti li fl-ahhar budget habbarna li se naghmlu energy audits ghal ghaqdiet sportivi.  Ovvjament hu u shabu ivvotaw kontra.  Issa jridu jaghmluhom !  
 
Ir-raba “proposta” : Jaghmel skema fuq household appliances efficjenti u jaghti Water Saving Kit.  Ma jafx li fil-fatt diga ghamilna skema bhal din u tajna 45,000  energy efficient appliances lill-familji Maltin !  Apparti li f’pagna 52 tal-ahhar budget ghidna li se naghtu water saving kits lil kull familja f’Malta kif diga ghamilna f’Ghawdex !  Nistennew li ghallanqas Joseph Muscat ikollu d-dicenza li mhux jghid li se jhabbar imma jghid li jaqbel ma’ dak li l-gvern diga wettaq inkella jghid li hu jimplimenta dak li diga qal il-gvern fil-budget, ghal liema budget hu u shabu vvutaw kontra !

Kunsill Generali 2013

Id-diskors tieghi - Kunsill Generali 2013

Prim ministru, shabi kunsilliera.  Jiena ili nimmilita f’dan il-partit mindu kont student imma jien u naqra dan il-manifest dalghodu, nistqarr li hassejt l-istess entuzjazmu, l-istess grinta,   li naghti kull minuta tal-gurnata ghal dan il-partit, li kont inhoss meta ta’ 16-il sena flimkien ma’ studenti ohra,  kont norganizza l-protesti kontra l-politika tal-gvern laburista ta’ dak iz-zmien. 
Ghax dawk il-principji ghalihom dakinhar ghadu dak li jiddistingwina llum.  Ghadu l-boxla li tmexxina....
Tghiduli nbidlu tant affarijiet !  Imma ghiduli intom... inbidel il-twemmin tal-partit li jpoggi l-individwu fic-centru tal-politika tieghu, fil-liberta’, fis-solidarjeta’, fid-djalogu ? Inbidel il-twemmin tal-partit nazzjonalista ta’ responsabilita’ fit-tmexxija, fl-impenn taghna li naghtu biss direzzjoni lil dan il-pajjiz imma mhux nipretendu li nikmandaw kollox ahna ?
Naghtu direzzjoni biss, imma ma nemmnux li ghandna nindahlu fil-hajja tal-individwu...l-individwu rridu nhalluh jaghmel l-ghazliet tieghu, fl-oqsma kollha kif l-ahjar jifhem hu jew hi.  Il-partit nazzjonalista jemmen imma li jrid inibbet l-ghazliet, johloq l-opportunitajiet u jaghti l-possibiltajiet biex dak li kull wiehed u wahda minnkom, kull Malti u Maltija jaspira li jaghmel, ikun jista’ jaghmlu.
PN fil-gvern ma jaghmilx l-ghazliet tieghek.  Partit Nazzjonalista fil-gvern jaghmel decizjoniet tajbin li mbaghad jaghtuk ic-cans li taghzel.
Per ezempju jaghtik ic-cans taghzel minn firxa ta’ possibiltajiet ta’ xi trid tistudja.  Meta kont l-Universita’ jien, kien hemm 700 mitt student, illum fl-Universita’ hemm 700 kors ghal uliedna ! Meta kont student jien, gvern labursita kien cahhad generazzjoni shiha ta’ zghazagh milli jkomplu jistudjaw.....gvern laburista mmexxi minn Joseph Muscat jirrepetti dawn l-izbalji ghaliex minghajr ghaqal fit-tmexxija, minghajr finanzi fis-sod ma jkunx jista’ jkompli jtejjeb l-opportunitajiet fl-edukazzjoni kif ghamilna u nkomplu naghmlu ahna. 
Kelli opportunita’ dan l-ahhar niltaqa’ ma’ numru ta’ ghalliema.  Illum jitkellmu dwar kif nistghu naghmlu l-iskola aktar tal-komunita’ u ghall-komunita’. Kellmuni fuq il-htiega li jkun hemm assistenti jghinu lill-ghalliema.  Kellmuni wkoll fuq il-bzonn li jkun hemm aktar tahrig....Dawn kollha affarijiet li jiswew il-flus ! Joseph Muscat ma jkunx jista jaghmilhom ghaliex l-ghazliet tieghu sa llum urewna li kienu zbaljati. Qalilna biex naghmlu bhal Cipru, Cipru mar jittallab illum.....Joseph Muscat ma jkunx jista’ jaghti lit-tfal taghna dak li ghandhom llum ahseb u ara jaghmel dawn l-affarijiet godda li ahna ghandna ghatx kbir biex naghtuhom lill-uliedna u lill-ghalliema.
Il-Partit Nazzjonalista ma jaghmilx l-ghazliet tieghek l-anqas fejn tmur tahdem, jew jivvinta l-impjiegi mal-gvern kif ghamel qabel l-elezzjoni tal-1987.  Partit Nazzjonalista fil-gvern imma holoq u jkompli johloq l-ambjent ekonomiku biex jattira aktar investiment halli int jkollok  xoghol ahjar.  20,000 impjieg gdid – f’oqsma li kienu inezistenti u li llum huma diga pilastri.  L-istorja fil-qasam tal-ICT.  Fil-qasam tad-digital gaming biss biss hemm jahdmu 6500 persuna, nofshom veru barranin.  U ghax barranin jahdmu maghhom ukoll Maltin ohrajn, il-wejter fir-ristorant, l-estate agent, dak li jikri l-karozzi, dak li jnaddaflu l-appartament li jikri.   
Tghiduli hemm oqsma ohra fejn nistghu nimirhu ? Nistghu insibu nicec ohra?  Da zgur li hemm......nitkellmu fuqhom dalwaqt dawk fil-programm elettorali....imma nkunu nistghu naghmluhom biss ma’ gvern immexxi minn partit nazzjonalista.  Fil-qasam tax-xoghol, il-partit laburista fisser dejjem qghad u taxxi u hekk jerga’ jfisser Joseph Muscat.
U xi nghidu ghall-qasam tas-solidarjeta’ ?  Altru ghadniex nemmu fiha.  Staqsu lil dik l-omm li ghanda t-tifel taghha l-iskola mghejjun minn Learning Support Assistant.  Staqsu lil dak l-anzjan li jmur jorqod f’wiehed minn night centres li ftahna.  Staqsu lill-istudenti li jigu minn familji li ghandhom dhul baxx u allura jiehdu stipendju hafna oghla millli jiehdu studenti ohrajn.  Ghaliex stajna naghmlu din il-politika ?......Ghax kellna ekonomija b’sahhitha li katret il-gid.  X’jigrilhom dawn l-inizjattivi taht Joseph Muscat ?....ha nkun qalbi tajba u nghid ma nafx.
Sinjuri, ahna tal-partit nazzjonalista ghandna piz fuqna....l-istandards taghna huma gholjin....il-Maltin u l-Ghawdxin jipretendu l-ahjar minna.....u hekk ibqghu ghamlu !  Dan il-manifest huwa konferma ta’ dan.  Ahna ma nweghdukomx l-ilma jizfen (anke jekk dan tajnih ukoll fi Pza San Gorg !) imma nweghdukom is-serhan il-mohh li jippermettilkom taghmlu l-ahjar ghazliet ghalikom u ghat-tfal taghkom.  Dawn jibqghu ghalina l-akbar tezor !
Grazzi.

Jan 9, 2013

Spazji ta' kwalita'


Il-ħolqien ta’ spazji miftuħa ġodda, u t-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi eżistenti huma fost l-akbar provi tal-ħidma li wettaq dan il-Gvern biex tabilħaqq biddilna wiċċ Malta.  Proġetti fl-erba’ rkejjen ta’ pajjiżna li bihom qed igawdu l-familji u t-tfal tagħna.
 
Dan l-aħħar ħabib tieghi stedinna biex niltaqgħu ma’ tlett kopji maltin li ħadmu barra għal numru ta’ snin iżda issa ġew lura f’pajjiżna u qed jaħdmu hawn.  It-tlett kopji għandhom tfal ta’ eta’ żgħira u stqarrew miegħi kif baqgħu mpressjonati bin-numru ta’ facilitajiet li sabu issa f’pajjiżna biex jieħdu lill-uliedhom. Ferm aktar milli qatt kienu jsibu qabel f’pajjiżna. Wieħed minnhom li għex fir-Renju Unit, qalli “il-postijiet u l-ispazju li ħloqtu huma tal-ogħla livell.  Aħjar minn ta’ pajjiżi oħra. Forsi intkom diġa qed tieħduhom for granted” Oħra stqarret li laqatha s-sens ta’ dettall li sabet fil-proġetti sabiex ikunu akkomodati x-xewqat tad-diversi etajiet tat-tfal u anke tal-kbar.  
 
Il-kwalita’ hija sinonima mal-proġetti kollha li wettaqna tul din il-leġislatura.  Ma kkuntettajniex biss ruħna bit-titjib.  Imma tajna kas li nagħtu lura lill-pubbliku spazji li jixirqulhom biex tabilħaqq inkomplu ntejbulhom il-kwalita’ tal-ħajja.  Irrid nirringrazzja lill-ħaddiema li wettqu dawn ix-xogħlijiet li f’ħafna każijiet kienu ħaddiema tal-Gvern li ftit jew xejn isibu min japprezza l-ħidma tagħhom.
 
Jien kburi li ġejt fdat b’din ir-responsabbilta’.  Ħarsa lejn dak li wettaqna timlini b’sodisfazzjon li nvestejna fondi pubbliċi għal għan siewi.  Fil-ġimgaħt li ġejjin sal-elezzjoni ser ninawguraw proġetti oħrajn li wkoll ikomplu jemfasizzaw fuq il-kwalita’ u l-valur miżjud.  Għax hekk jixraq lill-familji u lit-tfal tagħna.

Jan 7, 2013

Tlaqna biex tirbaħ int

It-tiġrija bdiet.  Il-Partit Laburista ma felaħx jistenna aktar minn minuta fuq nofsillejl u wriena bl-aktar mod ċar li għalih l-importanti jibqgħu l-gimmicks u t-teatrini.  Is-sustanza hija sekondarja, jew saħansitra totalment minsija.  Joseph Muscat għajjat lill-ġurnalisti f’nofsillejl u minuta biex jiġbduh jiffirma billboard u ma jħabbar xejn ġdid.  Qalilna li s-slogan elettorali huwa Malta Tagħna Lkoll
 
L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet aħna bil-fatti stmajna lil kulħadd ta’ Malti u fuq kollox lil Maltin u l-Għawdxin tajnihom id-dritt jgħidu L-Ewropa Taghna Lkoll !   Joseph Muscat dan id-dritt ried icaħħadna minnu. Aħna l-Partit li biddel wiċċ pajjiżna u lill-poplu tagħna tajnih pajjiż aħjar biex tabilħaqq igawdih u jgħix bi kwalita’ tal-ħajja li tixraqlu.  Il-Partit Laburista jiddeletta bl-islogans, iżda aħna għandna r-riżultati x’nuru.  Rizultati li qed igawduhom il-hafna, irrispettivament humiex Nazzjonalisti jew Laburisti. 
 
Il-Partit Nazzjonalista nhieda wkoll L-slogan tieghu Futur Fis-Sod : Xoghol, Sahha, Edukazzjoni. Mas-slogan nhieda wkoll logo. Il-logo huwa rappreżentazzjoni artistika ta' petali mrikkba fuq xulxin, b'kull waħda minnhom għandha lewn differenti. Minn kull żewġ petali joħroġ lewn ieħor li flimkien mal-bqija jiffurmaw l-ilwien kollha tal-qawsalla.  L-ilwien u l-petali magħqudin flimkien jissimbolizzaw id-diversità ta' fehmiet u l-għaqda li fuqhom hija mibnija l-politika u l-ħidma tal-PN.  Id-diversita’ fl-unita’.  
 
Għalija din ukoll hija kampanja impenjattiva ferm.  Mhix l-ewwel kampanja pero hija kampanja importanti li qed nidħol għaliha b’entużjażmu kbir.  Naprezza ħafna l-għajnuna li diġa qed insib minn bosta nies, minn kull qasam tas-socjeta’ li qed joffru ħinhom u l-enerġija tagħhom biex jgħinuni nwassal il-messaġġ. Determinati li nagħmlu ħilitna kollha biex infehmu li l-PN għadu l-aħjar għodda biex pajjiżna jkollu futur fis-sod biex int u l-familja tiegħek tgħixu aħjar. Inwegħdkom l-impenn u l-enerġija kollha tiegħi !