May 1, 2014

L-Ewropa - l-akbar progett


Illum pajjizna jiccelebra 10 snin mis-shubija fl-Unjoni Ewropea.  Dak ma kienx ikun possibli kieku ma rebahx il-vot IVA sena qabel fir-Referendum, minkejja l-bizat mizrugha mill-Partit Laburista f’kampanja mill-aktar aggressiva.  Illum 74% tal-poplu jemmen li Malta marret tajjeb fl-Unjoni Ewropea.  Ovvjament ferm aktar mill-52% li kienu vvutaw favur dik is-shubija fl-2003.  Dan il-fatt wahdu huwa definiitivament l-akbar sodisfazzjon li ghandhom nies bhal Eddie Fenech Adami, Joe Borg, Lawrence Gonzi, Simon Busuttil u tant politici ohra li bhali kienu mpenjati favur is-shubija.  Kburin li tajna sehemna.

Illum niehdu gost niccelebraw ir-rebha tal-fiducja fil-poplu Malti kontra l-biza li nimbelaw mill-balena ! Min dakinhar ma vvutax favur sfortunatament gie uzat minn mexxejja politici ohra li kienu kontra dan il-progett politiku ghall-pajjizna.  Ma kellhomx il-vizjoni ta’ pajjiz modern miftuh, imma pajjiz izolat “protett” mill-barranin.   Mhux biss ma kienux is-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea imma qatt ma kienu favur l-Unjoni Ewropea nnifisha bhala l-akbar progett politiku mit-tieni gwerra dinjija ‘l hawn.

Is-shubija fl-UE gabet qabza ta’ kwalita’ lis-socjeta’ taghna.  Gabet investiment akbar lejn pajjizna, gabet swieq miftuha ghall-intraprizi Maltin, gabet eluf ta’ miljuni investiti fl-edukazzjoni, fis-sahha, fl-ambjent ta’ pajjizna.  Gabet titjib sinifikanti fl-istandards taghna. Gabet fuq kollox bidla fil-mentalita’.  Fadlilna x’naqdfu izda biex nahsbu b’mohh ewropew.  Rari nitkellmu fuq il-progett politiku jismu Unjoni Ewropea.  Bilkemm naghmlu dan anke fil-kampanja ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ! Dan ma jghoddx ghalina biss.  Sfortunatament ghadna nharsu wisq lejn l-UE biss bhala fond ta’ flus u kwazi xejn aktar.  Ftit li xejn qatt niddedikaw hin biex nahsbu x’ghandhom ikunu l-passi li godda li rridu naghmlu biex insahhu dan il-progett politiku. 

Hafna jirrikonoxxu li din l-Ewropa mxiet hafna ‘l quddiem imma jonqosha hafna aktar x’taqdef ‘l quddiem. Il-progett Ewropa sfortunatament qiesu stagna.  Forsi anke ghax kien komdu ghal certi politici biex iwahhlu l-krizi ekonomika taghhom f’haddiehor, fl-Unjoni Ewropea.  Hafna qed ihossu li din l-Ewropa saret tidher wisq bhala istituzzjoni finanzjarja, u ma ghadhiex bizzejjed mutur politiku b’kuxjenza socjali.  Xi kultant qed nonqsu wkoll ahna li ftit li xejn nuzaw lingwagg posittiv u ftit li xejn nitkellmu fuq il-kisbiet ta’ din l-Unjoni Ewropea. Xi kultant anke f’pajjizna il-progetti ffinanzjati mill-UE niehduhom for granted.  Progetti li kienu jibqghu biss fuq il-karta kieku ma kellniex l-ghajnuna finanzjarja qawwija tal-UE, li ghadha temmen fil-politika ta’ solidarjeta’ fejn il-pajjizi li zviluppaw l-aktar jghinu lil dawk li fadlilhom jizviluppaw. 

Ta' Hagrat - Kont nistenna ahjar


Lanqas temmen kif nies li certi nies iparlaw minghajr lanqas biss jiccekjaw il-fatti, jinghataw il-fatti imma jkomplu jirrepetu l-gidba.  L-esponenti tal-AD, Arnold Cassola u Karmenu Cacopardo, kienu fattwalment zbaljati meta l-gimgha l-ohra qalu li fiz-zmien li jien kont responsabbli ghal MEPA l-linja tal-izvilupp nbidlet vicin iz-zona ta' mportanza arkeologika msejjha Ta’ Hagrat fl-Imgarr Malta.  Kif urejt b’zewg site plans li ppublikajt, il-linja tal-izvilupp applikabbli llum ghada l-istess bhal dik li l-Parlament kien approva fl-1989 permezz tat-Iskemi Temporanji tal-Izvilupp (TPS – Temporary Provision Schemes).

Il-linja tal-izvilupp li l-Parlament approva fl-2006 baqghet preciz kif kienet giet approvata 17-il sena qabel.  Ma nbidel xejn.  Din l-informazzjoni hija accessibli ghal kulhadd.  Kull ma trid taghmel hu li tidhol fil-website tal-MEPA u din l-informazzjoni ssibha kollha.  Ghalhekk hadd minn dawn iz-zewg esponenti ma jista jghid li ma setghux igibu l-informazzjoni.  Kont nistenna ahjar minn zewg persuni li jipretenduha tal-pampaluni tal-korrettezza.

Cacopardo sahansitra fuq programm fuq it-tv wasal biex qal li jien imissni nerfa r-responsabilita’ politika ghall-permess li hareg issa mill-MEPA taht amministazzjoni tal-Labour ghax skond hu “d-decizzjoni politika biex l-art ssir ghall-bini ttiehdet 8 snin ilu”!  Gidba sfaccata.  Jien ma biddilt xejn.  Il-linja tal-izvilupp baqghet kif kienet fl-1989.

Cacopardo sahansitra qal li l-permess hareg ghax “Pullicino ghamel policy hazina”.  Lanqas ma kellu d-dicenza jghid li fuq is-sit li llum hemm l-applikazzjoni PA 00357/13 kien hemm applikazzjoni ohra fl-2006 bin-numru PA 00306/06 u li din l-applikazzjoni kienet giet rifjutata fit-22 ta’ Lulju 2008.  Ir-rapport tal-Case Officer li rrakkomanda r-rifjut kien thejja fi Frar 2008.  Dawn il-fatti ma sabhomx Cacopardo ? 

Dan kollu jikkonferma kemm kienet zbaljata u qarrieqa l-istqarrija tal-kelliema tal-AD li jakkuzaw lili b’responsabilita’ politika ghad-decizzjoni tal-MEPA ta’ llum li taprova zvilupp fuq dan l-istess sit.  Dan juri li l-kelliema tal-AD jew tkellmu minghajr lanqas biss ma ccekkjaw l-informazzjoni li hi accessibli minn kulhadd inkella kienu jafu l-informazzjoni u riedu xorta jitfghu t-tort fuqi biex jiehdu gwadann politiku.  Aghar minn hekk imma din il-gimgha esponent iehor tal-AD, Ralph Cassar, fuq programm iehor tat-tv jirrepeti din il-gidba.   Politika mibnija fuq il-gideb normalment kont natribwiha lill-esponenti ta’ partit iehor izda sfortunatament jidher li l-AD qed tiddakkar minn haddiehor.  Kont nistenna ahjar !

Apr 25, 2014

U l-azjendi privati jittewbu !


Hi posittiva l-ahbar li l-Gvern prezenti se jalloka €25 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex ikunu mwettqa 14-il proġett li sejrin jippromwovu l-użu ta’ enerġija nadifa.   Jidher izda minn dak li ntqal s’issa, li dawn il-progetti se jibbenefikaw direttament minnhom biss entitajiet tal-Gvern u mhux il-familji Maltin jew azjendi privati.

Din id-decizzjoni tikkontrasta sew mal-fatt li l-amministrazzjoni precedenti kienet allokat, bid-diversi skemi li tnehdew bejn l-2009 u l-2013, mal-25 Miljun Euro lill-familji Maltin biex jinvestu f’energija nadifa.  Biss biss fi zmienna kwazi 6,800 familja kienu bbenefikaw minn għotja biex jixtru pannelli fotovoltajċi b’investiment ta’ 18‐il miljun ewro.   Dan apparti li l-Gvern Nazzjonalista kien fil-bidu tal-2013 ukoll alloka €21 Miljun ohra minn fondi Ewropej biex familji Maltin ikomplu jinvestu f’pannelli fotovoltaici.

Barra hekk b’investiment ta’ €16-il miljun ohra kienu gew sostnuti 270 sid ta’ negozju jew fabbrika biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija alternattiva. 

L-istqarrija tal-gvern ta’ din il-gimgha ghal darb’ohra tonqos milli ssemmi x’ghajnuna se jaghti l-Gvern prezenti lill-azjendi Maltin biex jinvestu f’energija nadifa. L-istqarrija ma tghid xejn fuq id-decizzjoni tal-Gvern prezenti li ma jallokax €5.5 miljun lill-industrija lokali sabiex sidien ta’ fabriki jinstallaw panelli fotovaltajiċi fl-istabbilimenti taghhom.   Dawn il-€5.5 Miljun huma parti minn fondi ewropej li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet gabet biex imorru ghall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici f’pajjizna.  Verament decizzjoni stramba aktar u aktar meta tiftakar li f’Awwissu tas-sena l-ohra habta w sabta il-Gvern prezenti waqqaf l-istess skema li kien nhieda hu stess ftit granet qabel u ta x’jifhem li din se terga tohrog fi zmien qasir.

Fuq kollox l-istqarrija tal-Gvern tonqos milli tghid meta l-Gvern prezenti se jippublika l-Pjan tieghu ghall-Energija Nadifa.  Tajjeb wiehed ifakkar li l-Ministru Konrad Mizzi kien qal li dan kellu jkun ippublikat f’Settembru tas-sena l-ohra, imbaghad aktar tard qal li lejn l-ahhar tas-sena l-ohra imma sa llum dan ghadu ma giex ippublikat.

Apr 17, 2014

Le ghall-kacca fil-Hdud


Il-kaċċa minn dejjem kellha importanza straordinarja f’Malta. Qabel ma dħalna fl-UE kienet wieħed mill-ostakoli li kkomplika n-negozjati. Dak iż-żmien il-Gvern nazzjonalista għamel kull ma seta biexjiżgura bilanċ bejn l-aspirazzjonijiet tal-kaċċaturi – fil-limiti tal-leġislazzjoni Ewropea – ħarsien ambjentali effettiv.

Minkejja l-isforzi kollha, l-kontroversji qatt ma naqsu u sena wara l-oħra, kellna nħabbtu wiċċna ma talbiet insistenti u protesti mill-kaċċaturi u, fl-istess ħin mill-ambjentalisti. Ir-riżultati spiss iddiżappuntaw kemm lill-BirdLife kif ukoll lill-kaċċaturi u l-olitika tagħna tellfitna ftit voti mhux ħażin miż-żewġ kampijiet iżda żammejna sod għalies ikkunsidrajniha bħala l-aħjar triq għall-pajjiż. L-iktar raġonevoli u ġusta.

Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma ssagrifikaw prinċipji biex jirbħu l-voti. Mhux hekk il-Partiti laburista li, b’mod ċiniku u sistematiku ipprova jitħabbeb kemm mal-kaċċaturi kif ukoll mal-ambjentalisti. Speċi ta’ jispara mal-kaċċaturi filwaqt li jtir mal-għasafar. Lill-kaċċaturi wegħduhom li Gvern Laburista jemendi r-regolamenti biex ikun hemm iktar ċans ta’ kaċċa. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali ammetta b’mod skjett li l-gvern qed ifittex loopholes fil-liġijiet sabiex jippermetti iktar kaċċa!

Minħabba l-wegħdiet elettorali li l-Partit Laburista għamel lill-kaċċaturi, l-Gvern issa qiegħed jifida l-opinjoni pubblika u, minflok ma jkun prudenti biex ma jkomplix iħarrax is-sitwazzjoni u jżid it-tensjoni, għadu kemm ippubblika regolamenti ġodda, mimlijin konċessjonijiet lill-kaċċaturi. Regolamenti li ma jistgħux ma jitqiesux bħal provokazzjoni lill-ambjentalisti.  Huwa mod kif il-Gvern qed juri li, meta niġu għall-fatti, l-Gvern qiegħed b’ruħu u ġismu fuq in-naħa tal-kaċċaturi.

Fost ir-“riformi” li ġew introdotti, hemm il-permess li ssir kaċċa fil-Ħdud. Ħafna niex li ma jifhmux fl-għasafar u fil-ħarsien ambjentali huma kontra l-kaċċa għaliex ittellifhom meta jkunu qed jirrilassaw u jfittxu ftit mistrież fil-kampanja. Familji li jagmlu passiġġati jew picnics f’xi waħda mill-lokalitajiet sbieħ tagħna, spiss isibu ruħhom assedjati mill-kaċaturi, bi sparar kull fejn tisma. madwarhom. Ġieli kien hemm anki każi fejn waqa’ ċ-ċomb fuq in-nies li kienu għaddejjin. B’xorti tajba rari jkun hemm min iweġġa’ imma l-esperjenza żgur mhux waħda pjaċevoli. Kien għalhekk, u mhux biex jogħġob lill-BirdLife jew lill-Unjoin Ewropea, li l-Gvern Nazzjonalista kien ipprojbixxa l-kaċċa fil-Ħdud, meta jkun hemm iktar nies fil-kampanja. Issa dan kollu inbidel u qed titħalla l-kaċċa anki fil-Ħdud u festi. Għal darb’oħra, dan jista jitqies bħala ġest ta’ sfida, provokazzjoni, din id-darba lejn il-pubbliku Malti in ġenerali.

ll-bidliet li saru saru bil-metodi li issa drajna minn dan il-Gvern.  Bidliet li jithabru f’daqqa wahda minghajr l-ebda konsultazzjoni jew informazzjoni.  Jekk il-Gvern jahseb li qed jaghmel xi pjacir lill-kaccaturi, allura huwa zbaljat. Provokazzjoni bhal din se tghin biss biex ssahhah l-opinjoni pubblika kontra l-kacca u meta jigi r-referendum din id-decizzjoni zbaljata se jkollha effett fl-ghazla li se jaghmel il-pubbliku.

Apr 15, 2014

Ghaliex astjenejna


L-abbozz tal-Unjonijiet Civili kellu jkun fuq Unjonijiet Civili.  Imma dan mar lil hemm minn dak li l-Gvern stess kien iddikjara li kellu jkun.  Morna ghal zwieg bejn persuni tal-istess sess.  Konna dejjem cari.  Nemmnu li zwieg ghandu jkun bejn mara u ragel.  Dan ma jfissirx li ma nemmnux li ghandu jkun hemm relazzjoni legali (unjoni civili) bejn persuni tal-istess sess li jiddikjaraw li jinhabbu, speċjalment biex ikunu mħarsin l-obbligi lejn xulxin anke jekk din ir-relazzjoni tispiċċa.   Imma dak m’ghandux jissejjah zwieg. 

Il-Gvern hu evidenti li spicca jiproduci hallata ballata.  Halla elementi fil-ligi taz-zwieg bejn ragel u mara anke ghal zwieg bejn zewg persuni tal-istess sess. Kien ghalhekk li l-Oppożizzjoni talbet li titneħħa r-referenza ghal ċertu kundizzjonijiet li fiż-żwieġ jafu jwasslu għall-annullament, bħal impotenza jew in-nuqqas ta' atti sesswali, ma jkunux jgħoddu għall-unjoni ċivili.  Ghidnilu li b’hekk se jispicca anke jinsulenta lill-persuni tal-istess sess li jridu jinghaqdu f’Unjoni Civili. Imma l-Gvern ta’ Joseph Muscat kompla jwebbes rasu.

Iktar minn hekk, l-Oppożizzjoni pproponiet li fil-liġi dwar l-unjoni ċivili ma jkunx hemm riferenza għall-adozzjoni tat-tfal mill-koppji tal-istess sess, iżda din għandha titpoġġa fil-Liġi tal-Adozzjoni. Biex dan isir sew, l-Oppożizzjoni pproponiet li l-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali jniedi studju serju dwar l-adozzjoni f'pajjiżna, li jekk hemm bżonn iwassal għal tibdil fil-Liġi tal-Adozzjoni.  Anke ghax sa llum il-maggoranza temmen li t-trobbija tat-tfal idealment issehh bis-sehem ta' koppja ta' ragel u mara. Nemmen li qed naghgglu zzejjed fuq kwistjoni verament sensittiva ghat-tfal li jigu addottata.  Huwa evidenti li ma hemmx provi cari li tfal addottati minn kopja tal-istess sess ikollha trobbija hazina, imma daqstant iehor ma hemmx provi definittivi li tfal addottati minn koppja tal-istess sess ikollhom trobbija li ma thalliex effetti negattivi fuq it-tfal.  Jezistu bosta studji, hafna drabi konfliggenti.  Hu ghalhekk li fuq issue sensittiva bhal din hemm htiega li wiehed ghalissa jadotta l-Precautionary Principle, igifieri fejn ma hemmx certezza tkun aktar kawt. 

Qed immorru anke lil hemm minn fejn partiti socjal demokratici ewropej sa llum jaccettaw.  Ftit tal-gimghat ilu l-mexxej tac-centru xellug fl-Italja, Matteo Renzi qal hekk: “Ahna nispiraw ruhna mill-mudell Germaniz ta’ Civil Partnership fejn mhux accettabli adozzjoni ta’ tfal minn zewg persuni tal-istess sess”.  Sadanittant hawn Malta Joseph Muscat ridna mmorru anke oltre.

Dan il-Gvern ried jghaggel u anke njora l-emendi li resqet l-Opposizzjoni.  Kellu opportunita’ jaccetta dawn l-emendi sabiex din il-ligi jkollha kunsens miz-zewg nahat tal-Kamra izda l-Gvern ried iwebbes rasu, biex ipoggi lill-Opposizzjoni f’sitwazzjoni mbarazzanti, li jew tghid Iva u allura tigi tivvota anke hi fuq dawn l-issues ta’ mportanza kbira, inkella tghid Le u tidher kontra l-Unjoni Civili.  Ghax ahna favur l-Unjoni Civili imma mhux aktar, iddecidejna wara diskussjoni twila, li nastjenu ghax hekk nemmnu li l-ahjar li naghmlu fic-cirkostanzi li gabna dan il-Gvern.  Imma ghax konsistenti vvutajna favur l-emenda fil-Kostituzzjoni li Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg ippreżentat biex b’hekk jiżdied il-ħarsien kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali.

Apr 13, 2014

Waterpolo – Teamsport li jixraqlu investiment akbar


Il-bierah it-team nazzjonali tal-waterpolo gab unur kbir ghall-pajjizna.  Rebah it-tieni post fil-Kampjonat tal-Commonwealth.  Irrid nghid grazzi lil dawk kollha li ffurmaw parti minn dan it-team li f’temp ta’ ftit gimghat gab rizultati verament posittivi.  L-ewwel fil-loghob fl-Irlanda u issa fil-Kampjonat tal-Commonwealth fl-Iskozja. Fuq kollox izda rrid nghid grazzi lil dawk kollha li matul is-sena kollha jaghtu hinhom u sahhithom biex dan l-isport flimkien mal-ghawm ikun ipprattikat f’pajjizna.  Mill-Presidenti tal-clubs ghal kit managers ! 
 
Dan huwa teamsport li matul is-snin b’mod konsistenti ghamel gieh lill-pajjizna.  Minhabba l-qaghda geografika taghna, ghandna vantaggi marbuta mal-fatt li pajjizna mdawwar bil-bahar u ghandu klima mill-aqwa, li jmissna nisfruttaw ferm aktar.  Wisq nibza li hafna drabi dan l-isport mhux dejjem sab l-aqwa sostenn.  Hafna drabi gew investiti flus f’dixxiplini sportivi minghajr ma fiehmna bizzejjed liema investiment jirrendi l-aktar.  Fis-snin li ghaddew pajjizna offra bosta skemi ta’ ghajnuna ghal diversi dixxiplini imma forsi ridna nuzaw diskriminazzjoni posittiva akbar favur teamsports li ghandna vantaggi fih.
 
Irridu nifhmu lid an l-isport ghamel il-qabza li ghamel ghax il-clubs investew bi kbir u ghadhom jinvestu bi kbir biex igibu players barranin ta’ kwalita’ biex il-players u l-istaff tekniku taghna jiddakru mit-talent u l-esperjenza ta’ dawn il-players.  Naf mill-esperjenza u l-kuntatt tieghi mal-clubs tal-waterpolo l-aktar fid-distretti li nikkontesta jien, is-sagrificcji anke finanzjarji li jaghmlu hafna drabi l-membri tal-kumitati stess biex isostnu dan l-izvilupp.  Zvilupp li ghandu bzonn gharfien u rikonoxximent akbar, anke mill-media lokali.
 
Il-waterpolo ha qabza ‘l quddiem meta saru l-pitches maghluqa lejn it-tmiem tas-snin sittin u l-bini tal-pixxina f’Wied il-Ghajn li izda xorta kienet tuza ilma Bahar.  Imbaghad saret qabza kbira ta’ kwalita’ meta saret il-pixxina nazzjonali moderna gewwa Tal-Qroqq lejn il-bidu tas-snin disghin, fejn ghall-ewwel darba l-players setghu jitrenjaw matul is-sena kollha u jilghabu f’ilma helu u b’hekk jidraw jilghabu fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjonijiet barranin.  Hadna hsieb ukoll nahdmu biex b’Bugia jkollhom pixxina gdida u vvutajna l-flus ghaliha.  Sfortunatament x-xoghol sal-ahhar elezzjoni ma kienx ghadu beda minhabba kumplikazzjonijiet legali fuq tender.
 
Il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq izda llum saret limitata ghad-domanda kbira li hawn f’pajjizna kemm ghal waterpolo kif ukoll ghall-ghawm.  Hemm bzonn urgent ta’ pixxina ohra f’pajjizna llum qabel ghada.  Sfortunatament jidher li dan il-Gvern mhux talli mhux qed jipjana dan, talli l-pixxina ppjanata ghal gzira t’Ghawdex tpoggiet fuq l-ixkaffa għax “mhix finanzjarjament vijabbli”.  Facilitajiet bhal dawn ghandna bzonnhom daqs il-hobz jekk irridu nifirxu l-prattika ta’ din id-dixxiplina sportiva anke fl-iskejjel taghna halli nrawwmu sportivi godda li ghada jgibulna unuri aktar mill-llum.

Apr 5, 2014

Weghda Ohra = Gidba Ohra


Ftit tal-granet ilu l-haddiema tal-Generation tal-Enemalta gew imsejha ghall-laqgha li fiha kien hemm anke l-ex Ministru Laburista Charles Mangion, llum Chairman tal-Enemalta.  F’din il-gimgha dawn il-haddiema nghataw 4 ghazliet.  L-ewwel ghazla: Li jekk iridu jistghu japlikaw ma´ Shanghai Electric (li se tmexxi l-impjant tal-BWSC) u jekk jintghazlu jkollhom kuntratt ta´ 3 snin.  It-tieni ghazla: Jistghu japlikaw ma´ Shanghai Electric fl-Ewropa u jekk jintghazlu ukoll ikollhom kuntratt ghal perjodu definit.  It-tielet ghazla: Jistghu japlikaw biex imorru mal-ElectroGas li tmexxi l-impjant tal-LNG u anke hawn ikollhom kuntratt ghal perjodu definit.  Ir-raba ghazla: Jistghu jibqghu mal-Enemalta imma jmorru biss bid-day duties u ovvjament f´dak il-kaz jigu fuq basic pay biss, ghax jitilfu s-shift allowance.

Ara ftit kif qarqu bihom lill-haddiema.  Qabel l-elezzjoni f’laqgha li kien ghamel ghall-haddiema tal-Enemalta Joseph Muscat kien weghdhom solennement li t-Take Home Pay zgur li tibqa l-istess !   Issa dik il-weghda taret mar-rih !  L-istes il-weghda li l-Enemalta ma tkunx privatizzata !  Tipikament:  Jghid haga u jaghmel ohra.  U sadanittant il-GWU kuntenta u sodisfatta.  Ara ma taghmilx hoss u tqajjimha mir-raqda !  Mur gib l-istess Union x’kienet tghid u taghmel kieku azzjonijuiet bhal dawn saru qabel Marzu 2013 !  U mbaghad il_prim Ministru f’kumment li ta dan l-ahhar   lill-media, qal li hu mpressjonat b’kemm sr xoghol fil-qasam tal-energija fl-ahhar sena.  Da zgur jekk ghandek Union li saret it-tapit tal-Gvern u ghamlet lill-haddiem it-tapit taghha !

Gvern kollu sigrieti.  Din il-gimgha stess ghamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Konrad Mizzi li kienet tghid hekk:  Peress li fl-20 ta’ Frar it-Times of Malta ikkwotatek tgħid li “Consumers who used tampered smart meters are being given a six-week deadline to regularise their position or face the consequence”, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni resqu ‘l quddiem u dawn kif kienu maqsumin raħal b’raħal ?  Wegibni biex nirreferi ghat-twegiba 8213 li kienet taqra hekk: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet mill-Enemalta u mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, u fid-dawl ta’ dan ma jkunx prudenti li tingħata din l-informazzjoni.

Onestament ma nistax nifhem l-informazjoni li tlabt kif qatt tista tfixkel l-investigazzjonijiet !  U x’investigazzjonijiet mill-pulizija jekk kellna ammissjoni fil-Qorti li l-Gvern ta struzjonijiet biex il-Pulizija ma jiprocedux kontra dawk li xahhmu biex gabu meter imbaghbas ?!  Bhas-soltu l-Ministru Konrad Mizzi jaghtik risposta li ma tkunx risposta ghat-twegiba li tkun ghamilt inkella jaghmillek kif jaghmel lill-haddiema:  Jurik id-debba u jqabbzek il-hmara.

Apr 4, 2014

Abela u Coleiro Preca


It-tmiem ta’ era huwa dejjem ideali biex wiehed jaghmel analizi qasira ta’ dak li jkun ghadu kif sehh.  Il-presidenza ta’ George Abela tintemm illum.  Presidenza li kienet wahda storika peress li Abela kien, u ghadu, l-uniku president li kien nominat minn Prim Ministru, f’dan il-kaz Lawrence Gonzi, li mhux gej mill-istess kamp politiku tieghu.  Ezempju mill-aqwa li hija hasra li l-Prim Ministru Muscat ghazel li ma jsegwix.
 
Pero lura ghall-presidenza ta’ Abela, nahseb li nkun qed naqsam sentiment komuni meta nghid li George Abela rnexxielu jinvolvi lin-nies b’success.  Kienet presidenza popolari li permezz taghha Abela rnexxielu jilhaq miri ambizzjuzi fil-gbir ta’ fondi li jsiru b’mod regolari mill-Community chest Fund. 
 
Dan ma jfissirx li din ma kenitx ukoll presidenza li kellha wkoll il-waqtiet kontroversjali taghha.  Wiehed jista’ jsemmi l-issue tad-diskors tat-tron, jew it-twaqqif tac-centru ghall-persuni bi problemi relatati mal-ikel bl-involviment ta’ persuna mill-istaff tieghu, jew inkella l-issue ta’ meta iben il-president tkellem b’mod mill-aktar partigjan fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista qabel l-ahhar elezzjoni.  Imma dawn bl-ebda mod ma jtellfu mir-rizultat posittiv ta’ din il-Presidenza.  George Abela matul l-ahhar 5 snin ikkonferma dak li kont ktibt jien meta nhatar fl-2009.  Dakinhar kont ghidt : Tista ma taqbilx f'kollox mieghu, imma huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali.
 
George Abela bhala Kap ta’ Stat pprova, u rnexxielu sa’ certu punt, jkompli jghaqqad lill-poplu Malti.  Wera wkoll rgulija meta fl-ahhar jiem iddecieda li fuq punt ta’ kuxjenza ma jiffirmax l-Att dwar id-Drittijiet Civili, liema ligi tmur lil hemm minn dak li originarjament kienet intiza li ggib.  Insellem lil George Abela u lil martu tas-servizz li taw fl-ahhar hames snin u nirringrazzjah tas-sehem tieghu.
 
Issa tibda l-era tal-President ML Coleiro Preca.  Ivvotajna favur minkejja li ma kienx hemm konsultazzjoni mal-Kap tal-Opposizzjoni u l-informazzjoni ngħatat lilna wara li kulħadd kien jaf bil-ħatra.  Ivvotajna favur minkejja li l-Prim Ministru qed imur anke lil hemm mill-Kostituzzjoni u qal li lest jaghti rwol ezekuttiv anke lill-President.  Kellu ragun l-Kap tal-Opposizjoni jghid li “kull tibdil li jsir għandu jkun rifless f'tibdil Kostituzzjonali.” Ahna lesti biex ikun hemm diskussjonijiet dwar dan it-tibdil, imma ma nipretendux li nigu pprezentati fait accompli.  L-Oppożizzjoni se tivvota favur biex din il-Presidenza tkun verament tagħna lkoll.  Nawgura lill-president il-gdid il-hidma t-tajba b’risq il-poplu kollu.

Apr 3, 2014

X'qed iwassal ghal dan ?


Dan l-ahhar kont qieghed Londra u laqatni poster li rajt fl-underground.  Il-poster tan-National Society for the Prevention of Cruelty to Children (NSPCC) kien jghid hekk: NSPCC’s Childline service has seen a 33% increase in young people contacting us about feeling suicidal.  Zieda ta’ 33% !  Verament tal-biza ! X’ qed iwassal ghal dan ? 
 
Wisq nibza li qed nghixu hajja mghaggla wisq fejn ftit li xejn qed infittxu li nqattghu hin mat-tfal taghna u meta jkunu hdejna xorta bilkemm inkellmuhom jew ikellmuna. Hafna drabi ftit li xejn infittxu li naghmlu affarijiet flimkien.  Taht l-istess saqaf imma izolati fil-kmamar separati taghna inkella fl-istess kamra imma fuq it-tablet jew l-smart phone taghna, kulhadd b’rasu mghaddsa. 
 
Ma rrid niggudika lil haddiehor.  Nibda bija nnifsi.  TV kwazi f’kull kamra, u allura lanqas htiega li wiehed imqar jara programm flimkien. Qed nispiccaw nizolaw ruhna.  Nispiccaw wahedna anke meta nkunu go folla nies.  Ftit li xejn nikkomunikaw, ftit li xejn nitkellmu ma’ dawk ta’ madwarna.  Hafna tfal u zghazagh qed jispiccaw izommu go fihom infushom dak li jkunu qed ihossu u ftit li xejn jesprimuh, inkella jekk jesprimuh jispiccaw jaghmlu dan b’mod unanimu ma’ xi hadd virtwali fuq l-internet.
 
Is-sens ta’ familja, familja estiza u wiehed f’komunita’ nibza li ntilef jew qed nitilfuh b’mod qawwi.  Ftit li xejn hemm kuntatt f’ghaqdiet volontarji li jfittxu li joffru servizz fil-komunita’ fejn permezz ta’ dan il-kuntatt tifhem li l-problemi tieghek huma relattivi.  Kull problema nhossuha piz kbir fuq dahrna u naqtghu qalbna.  Wisq nibza wkoll li s-sistema edukattiva ghadha wisq formali u ftit li xejn toffri appogg.  Imma fuq kollox nemmen li ahna l-genituri rridu nifhmu aktar ir-responsabilitajiet taghna u fejn ma nifhmux infittxu li nithargu f’parental skills. 

Apr 2, 2014

Investing in Water


Il-gimgha l-ohra attendejt ghall-Closing Event tal-inizzjattiva tal-Malta Business Chamber taht il-programm tal-EU LIFE+ bl-isem “Investing in Water”, inizzjattiva li konna ghinna biex tibda mas-sentejn u nofs ilu. Il-progett beda billi ezamina kif jikkunsmaw l-ilma numru ta’ lukandi u fabriki f’pajjizna u wara gew diskussi u mplimentati bidliet li naqsu l-konsum.  Impressjonanti l-fatt li hu kkalkulat li din l-inizjattiva waslet biex ikunu ffrankati mal-141 miljun litru ta’ ilma f’dawn l-istabbilimenti.   Hu kkalkulat li whud mill-azjendi sahansitra naqsu l-konsum taghhom bi 30%, anke ghax primarjament hadu inizzjattivi biex jigbru u jahznu l-ilma tax-xita.  
 
Dan il-progett huwa ezempju mill-ahjar ta’ kif il-privat jista jimpenja ruhu biex bil-fatti inaqqas il-konsum u fl-istess hin jifranka mill-ispiza tieghu.   Il-Malta Business Bureau verament tat ezempju tajjeb b’din l-inizzjattiva.  Ma qaghditx tgerger imma hadet inizzjattiva biex taghmel xi haga konkreta. 
 
F’din l-event kien hemm numru ta’ diskorsi formali, presentazzjoni tajba hafna mill-project leader u ghoti tac-certifikati lir-raprezentanti tal-azjendi li ppartecipaw f’dan il-progett. Kont dizappuntat izda li ma kienx hemm qsim tal-esperjenzi bejn il-partecipanti.  Nemmen li sharing of best practices huwa ezercizzju mportanti hafna fi progetti bhal dawn.  
 
Inizzjattivi bhal dawn huma krucjali jekk irridu li jintlahqu l-miri tal-Politika Nazzjonali dwar l-Ilma li konna varajna ahna fl-2011.  Sfortunatament ikolli nistqarr li minkejja d-diskors sabih ta’ dan il-Gvern l-ispinta li konna bdejna ahna fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma jidher li majnat sew.  Tlett ezempji:  Weghda tal-Budget tal-2012 fejn il-familji maltin kellhom jinghataw water saving kits baqghet fuq l-ixkaffa minkejja li anke l-Gvern tal-Labour inkludiha fil-Programm Elettorali tieghu ! It-tieni: Ir-ritmu tal-installazzjoni ta’ meters mal-boreholes tal-bdiewa tbatta. It-tielet: Il-Pjan ta’Azzjoni dwar in-Nitrati biex jitnaqqas il-livell ta’ nitrati  fl-ilma tal-pjan inghata l-genb minkejja li gibna flus mill-UE ghalih !  Programm li kellu jsir b’nefqa ta’ €1.4 Miljun, b’nofs l-ispiza tithallas mill-UE.  Paroli sabih nisimghu kemm trid imma fatti xejn.  U qiesu hadd ma jsaqsi xejn ! 

Mar 22, 2014

LNG - X'ma qalulniex !


Ufficjali tal-kumpanija li se topera l-impjant tal-LNG gew ikkwotati li qalu “ghaliex dan l-ghageb kollu.  Mill-port ta’ Tokyo jghaddu skoss vapuri b’hazna ta’ LNG.”  Taf x’ma qalux li l-hazna hemm mhijiex fuq vapur antik imma f’tankijiet fuq l-art.  Zgur li l-hazna mhijiex fuq vapur bhal LNG Gemini li ghandu diga 36 sena !  Ma qalux lanqas li l-port ta’ Tokyo hu ferm akbar minn dak ta’ Marsaxlokk u fil-fatt fil-port ta’ Tokyo jidhlu tlett gzejjer daqs Malta ! 
 
Ma qalulniex lanqas li fir-rapport ta’ Papadakis hemm disclaimer daqs dinja li tghid li m’hemmx riskju sakemm ma jkunx hemm xi sors ta’ spark fl-inhawi !  Ma jafx Papadakis li hdejn il-hazna se jkun hemm powerstation ?!    Kellu ragun jghid Profs.Hans Pasman li r-rapporti li saru huma anqas minn nofs lehja !
 
Ma qalulniex li jekk il-vapur tal-hazna f’maltempata jidhol go fih vapur iehor jew jinqala minn postu (kif qalu s-sajjieda ta’M’Xlokk) u tizviluppalu ticrita ta’ anqas minn metru kwadru tohrof shaba ta’ gass li tghatti M’Xlokk kollu u din tiehu sempliciment b’sigarett !  Dan kellu jghidulna l-Profs.Hans Pasman, espert f’Risk Assessment li jghix f’Malta u jaf il-limitazzjonijiet tal-bajja ta’ M’Xlokk. 
 
Jipruvaw ibellghuha li qed jaghmlu l-progett biex irahhsu d-dawl. Ma qalulniex li se jintrabtu li jixtru l-energija kollha li se jiprovdi l-operatur privat tal-impjant b’9c6 anke meta pajjizna permezz tal-interconnector se jkun jista jixtri l-elettriku b’terz ta’ dak il-prezz, aktar u aktar issa li fl-Ewropa beda jopera suq hieles permezz ta’ dak li jissejjah Market Coupling !  X’ma jiddefendix il-progett l-operatur privat ! 
 
Ma qalulniex lanqas fhix wasal il-feasibility study tal-pipeline bejn Sqallija u Malta li konna gibna l-flus ghalih mill-UE.  Ovvjament ma jridux jippublikawh qabel din id-decizzjoni tal-MEPA nhar it-Tnejn li gej (illum ghal min qed jaqra dan l-artiklu).  Ghax dan ir-rapport zgur jghid li ma jaghmilx sens li l-operatur privat li se jkun nefaq mal-180 Miljun f’re-gassification unit li se jitpogga fuq l-art jieqaf juza dan il-unit u jhallih wieqaf ghax jingieb il-pipeline !  B’dan il-progett qed joqtlu l-pipeline !  Dik hi l-verita ! 

Mar 21, 2014

Jibzghu mill-mistoqsijiet

Il-progett ta’ Joseph Muscat u Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern irrezista li jigi quddiem il-Kumitat Parlamentari ghall-Ambjent biex iwiegeb mistoqsijiet fuq l-EIA tal-Powerstation u l-hazna tal-LNG fil-Bajja ta' M'Xlokk ! Iridu monologi u mhux diskussjoni fejn nistghu naghmlu mistoqsijiet u jsir skrutinju serju !  Sinjal car li ghandhom x'jahbu !  
 
Progett simbolu tan-nuqqas ta’ trasparenza ta’ dan il-Gvern, u tal-Partit Laburista nnifsu, ghax dan il-progett tnissel fid-dlam meta kienu ghadhom fl-Opposizzjoni.  Naqbel perfettament ma’ dak li qalet l-Onor.Marlene Farrugia nhar l-Erbgha fil-Parlament meta qalet li “Hadd minna mhu espert, u ghalhekk jaghmel sens li ngibu lill-esperti biex iwiegbu ghall-mistoqsijiet taghna.” Kien proprju ghalhekk li ahna konna ghamilna t-talba biex il-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent jaghmel skrutinju serju tal-EIA tal-progett.  Hasra li Marlene Farrugia waqghet ghall-pressjoni li saritilha biex dan il-Kumitat ma jiddiskuthiex l-EIA. 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Progett mibni fuq il-habi.  Rapporti li hafna minnhom jiddikjaraw l-awturi stess li dawn huma rapport preliminari. Ir-rapport ta’ Papadakis hargu biss partijiet minnu.  Ir-rapport ta’ Papadakis fih anqas dettall mir-rapport ta’ Vaccari !  Hemm pagni shah ta’ input imma xejn dettalji fuq output !  Sempliciment ir-risk contours.  U lanqas dawk mhuma ndikati kollha !  Fuq dawn ridna nsaqsu fil-Kumitat.  Imma ovvjament ma jridux jisimhu mistoqsijiet bhal dawn.  Iridu jistahbew u jridu jahbu ! 
 
Anke r-rapport ta’ Ing.Umberto Maffezzoli li gie kkummissjonat mill-OHSA nzamm mohbi !  Ippublikawh nhar l-Erbgha fis-6.06pm ezatt qabel id-dibattitu fil-Parlament.  U ippublikawh biss wara li l-Erbgha filghodu jien u Therese Comodini Cachia pprezentajna ittra lic-Chairman tal-MEPA fejn ghidnilu li qed ninvokaw id-drittijiet taghna skond il-Freedom of Access to Information on the Environment Regulations tal-2005 biex dan ir-rapport ikun publikat.  Regolamenti marbuta mal-obbligi ta’ pajjizna skond l-Aarhus Convention. 
 
Issa li l-Ministru Konrad Mizzi qed jghid li wara ftit snin inehhi l-vapur u  jaghmel il-pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ?   Fejn hu l-Maritime Risk Assessment ?  Qalilna li ghamlu numru ta’ simulation exercises.  Iva u x’qal dan l-istudju ?  Aghmlu pubbliku !   Ghandha ragun Din l-Art Helwa tghid hekk : Din l-Art Helwa strongly feels that the MEPA board should not be convened to take the decision that will allow the massive floating gas storage in Marsaxlokk bay when some of the risk analysis studies have not yet been completed. The board should not grant a permit until all the necessary studies have been carried out and made available to the public.
 


 


Mar 20, 2014

Sant’Antnin se jkun ikkummercjalizzat issa !


Tipikament ta’ kif jahdem dan il-Gvern, il-gimgha li ghaddiet il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat f’diskors li kien qed jaghmel zerzaq sentenza fejn qal li l-Gvern ghandu pjan avvanzat biex ‘jikkumercjalizza’ l-family park ta’ Wied il-Ghajn. Hu gie rrappurtat jghid ukoll li l-Gvern se jizgura li ‘l-access ghall-post jibqa’ b’xejn’.  Sentenza li ghal hafna ghaddiet bla ma taw kasha zzejjed, pero sentenza jien innutajtha.

Leo Brincat ghandu hafna hafna aktar x’jispjega dwar dan il-park.  Dan hu l-istess Ministru li fost l-ewwel decizjonijiet li ha kif dahal fil-kariga kien li jaghlaq dan il-Park ghal xhur shah bl-iskuza li hareg l-livell ta’ kubrit fl-arja kien “perikoluz” ghan-nies jekk imorru hemm. Skuza banali l-aktar meta wiehed jikkunsidra li l-haddiema tal-impjant inniffsu thallew jahdmu normali.  Issa wara sena nduna li dan il-post ghandu valur u allura se jikkummercjalizzah. 

Il-verita’ hija li mhux kapaci jmexxih u allura jrid jghaddih lill-privat biex imexxih hu. Jekk tmur sa hemmhekk tinduna li qieghed f’telqa generali.  Tal-misthija ! U dan wara li f’konferenza stampa meta rega’ fethu ghall-pubbliku qal li waqqaf kumitat ta’ tmexxija ! Ma jaghmilx hazin il-Prim Ministru li fir-reshuffle jekk izommu lil Leo Brincat jahtru l-Ministru tal-Inkompetenza.

Probabilment irid “jikkummercjalizza” il-Park tal-Familja wkoll biex jifranka xi sold mill-ispiza tieghu. Dan Gvern galantom biex jivvinta mpjieg ghan-nies tal-qalba kollha, imma mbaghad jixxahhah mal-familji Maltin.    Jekk il-Gvern huwa tant iddisprat ghall-flus, kull ma ghandu jaghmel hu li jasal wasla sal-impjant ta’ Sant’Antnin u jnaqqas ftit minn dawk tal-qalba li fl-ahhar gimghat ivvintawlhom impjieg, l-ahhar fosthom lill-kap tal-ahbarjiet Manuel Micallef li minghajr ebda sejha gie ingaggat mal-WasteServ.  U lil ex deputat tal-PN li servihom tajjeb meta kienu fl-Opposizzjoni li nhatar il-Perit tal-WasteServ.  Ovvjament ukoll minghajr l-ebda sejha pubblika !  Dan Gvern galantom ghal tal-qalba pero xhih mal-familji u mat-tfal Maltin u Ghawdxin. 

Mar 19, 2014

Yanukovych, Putin u Muscat


Il-bierah segwejt id-diskors li ghamel Putin fl-okkazzjoni tal-annessjoni tal-Krimea mar-Russja. Id-diskors tieghu kien iffukat kwazi kollu biex jiggustifika l-ksur tal-ligi internazzjonali. Mument minnu beda jitkellem fuq il-moviment Maidan fl-Ukraina u l-protesti ta’ dawn kontra l-Gvern korrott ta’ Yanukovych, imma ma lissinx kelma wahda fuq ghaliex tnisslu l-protesti !  Ma qalx li l-protesti twieldu ghax Yanukovych waqa ghat-theddid ta’ Putin u rrifjuta li jiffirma l-Association Agreement tal-Ukraina mal-UE.  

Imbaghad Putin tkellem dwar l-istorja tal-Krimea u r-rabtiet tradizzjonali taghha mar-Russja.  Imma ma lissinx imqar kelma wahda fuq l-intervent militari Russu fuq din l-art. Issa tajjeb wiehed jghid li l-kostituzzjoni Russa tiprojbixxi l-adessjoni ta’ artijiet mal-art li ghandha r-Russja llum sakemm il-Parlament tal-pajjiz li minnu tkun ghadha tifforma parti minnu dik l-art japprova li dik l-art tigi ceduta.  Imma anke fuq dan Putin ma qal xejn !

Lanqas ma tkellem fuq li r-Russi fil-Krimea huma oppressi, allavolja meta baghat it-truppi Russi fil-Krimea kien qal hekk biex jiggustifika l-azzjoni tieghu !  Jidher car li Putin kien personalment offiz li l-protesti ta’ Maidan fl-Ukraina rebhu fuq il-pagg tieghu Yanukovych. Putin ihoss li kien umiljat mill-Punent u allura uza l-okkupazzjoni tal-Krimea biex jibghat messagg lill-Punent. Intkom fil-Punent ma tiehduniex bis-serjeta’, issa ha nurikom min jien !  

U waqt li qed nitkellmu fuq l-Ukraina u Yanukovych ma nistax ma nirreferiex ghall-istorja li zvelat ftit tal-granet ilu t-Times of Malta, li l-Prim Ministru Joseph Muscat Muscat juza l-istess konsulent ta' Yanukovych tal-Ukrajna, juza lil Rob van de Water ! (ara ritratt tieghu hawn) Interessanti din. U tikxef ħafna.  Mela, Muscat m'għandux biss din l-ammirazzjoni kollha għal Viktor Yanukovych, imma għandu wkoll l-istess konsulent.  L-istess konsulent fuq l-affarijiet barranin, jekk jogħġbok.  U ma jistax jghid li ma kienx jaf ghax mill-informazzjoni li pogga van de Water stess fuq LinkedIn Yanukovych ghazel lil van de Water sena u 5 xhur ilu, filwaqt li Joseph Muscat ghazel lil Rob van de Water bhala konsulent tieghu 9 xhur ilu. Mela Joseph Muscat kien diga jaf li huwa konsulent ta' Yanukovych !  U ma ddejjaq xejn jaghzlu ! 

Mar 9, 2014

Gidba ohra ta' Konrad


Il-progett tal-Ministru Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Dan il-progett fih tlett komponenti. Il-progett jinkludi l-vapur b’hazna ta’ LNG fil-forma likwida, regasification unit li jaqleb l-LNG mill-forma likwida ghall-gass u power station ta’ 200MW. S’issa nfurmati li r-regasification unit ha ssir fuq l-art ghax il-vapur li nkera m’ghandux regasification unit fuqu. Kieku kellu, il-vapur seta’ jitpogga barra mill-port. Imma issa, peress li m’ghandux, it-tanker irid isir fil-bajja halli ma jkunx ‘l boghod mir-regasification unit li ha jkun hemm fuq l-art. Stimi preliminari jindikaw li dan ir-regasification unit wahdu jiswa madwar 180 miljun ewro. 
 
Nhar il-Hamis waqt laqgha tal-Gvern bit-titlu ’Vicin Tieghek’, il-Ministru Mizzi qali li l-vapur mhux ha jdum fil-bajja ta’ Marsaxlokk ghax il-Gvern qabad jahdem fuq il-pipeline tal-gass li, sahansitra, kien diga ikkontemplat mill-Gvern precedenti. Tajjeb ! 
 
Imma issa, meta jitlaq il-vapur, x’ha jsir mir-regasification unit li ha nibnu fuq l-art? Il-Ministru ma qal xejn dwar dan u allura l-kobba tkompli tithabbel. Possibbli l-operatur li se jaghtuh  kuntratt ghal 18-il sena ha jinvesti f’impjant li jdawwar l-LNG minn likwidu ghall-gass biex imbaghad nibdew naghtuh gass dirett mill-pipeline ? Dan x’tahwid hu ? Kemm ser iddum tidhaq bin-nies sur Ministru Mizzi? Ghax ma tghidilnix il-verita kollha ? 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Il-Gvern qed jikkommetti lilna u l-pajjizna ghal progett ta’ madwar 400 miljun ewro minghajr lanqas biss ma nafu x’ha jsir mir-regasification unit issa li l-Ministru qed jghid li wara ftit ha jaghmel pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ? Anki qabel tixtri karozza ddur u tara x’alternattivi jezistu fis-suq halli tixtri dak li l-aktar jaqbillek. Imma l-Gvern taghna, alla jbierek, ma jaghmel xejn minn dan !  
 
Huwa car, allura, li l-Gvern qed jinganna. Lanqas jaf x’irid u f’illi bdejna minn hazna fuq l-art b’tankijiet li jesghu 60,000 metru kubu ta’ gass. Imbaghad irdupjajna l-hazna ghax it-tankijet sirna nafu li ma jistghux jinbnew fil-hin u l-izghar vapur li tawna kien ta’ 140,000 metru kubu. Issa, galadarba, l-poplu kollu qed jghajjat ‘gennata’ il-Gvern qed taparsi jbellaha lill-poplu li l-pipeline se jkun installat fi ftit snin. Imma serhu raskom ghax il-Ministru ikkonfermalna li l-lejl qed jorqdu kollu !  X’ma jorqodx b’martu taqla €13,000 fix-xahar !  
 
Imbaghad irid ibellaha wkoll lill-poplu li se jrahhas id-dawl ghax se jaghmel dan l-impjant.  Il-verita hi li se jrahhsu ghax l-impjant tal-BWSC qed jifranka lill-Enemalta €1 Miljun fil-gimgha.  Minn meta beda jahdem l-impjant sl-ahhar ta’ Marzu ta’ din is-sena l-Enemalta se tkun iffrankat €64 Miljun.  Imma se jrahsilna l-kontijiet skond hu b’€25 Miljun fis-sena.  Marret tajjeb l-Enemalta bil-BWSC !

Mar 8, 2014

Jinbena fi 8 xhur, jghadduh lill-Kunsill wara sena !


Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.  Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess Centru.  Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.   Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000. 
 
Jien infurmat mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat li l-istess Kunsill kien kiteb diversi drabi lil diversi Ministri biex dan it-trasferiment isir, izda kien kollu ghal xejn.  Jidher li l-affarijiet iccaqalqu biss meta dan qajjem il-kaz quddiem il-Prim Ministru f’laqgha li l-Kabinett kellu mas-Sindkli tal-Kunsilli Lokali.  Is-Sindku qalli li dakinhar il-Prim Ministru dar fuq il-ministri u staqsa x’qed jigri.  Ghall-ewwel Jose’ Herrera li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali ta l-impressjoni li t-trasferiment sar, imbaghad intervjena Michael Farrugia, responsabli mill-artijiet tal-Gvern, li qal li se jidhol fil-kwistjoni.  X’efficjenza !  L-id ix-xellugija ma tafx x’inhi taghmel il-leminija ! 
 
Aghar minn hekk imma hu l-fatt li Michael Farrugia f’intervista li ta lil The Times ipprova jitfa t-tort ghal dan id-dewmien fuq l-amministrazzjoni ta’ qabel !  Verament ma jisthiex.  Fl-intervista qal li dan id-dewmien kien rizultat tal-fatt li c-Centru Civiku ma kienx lest.  Gidba sfaccata.  Ic-Centru Civiku kien lest kif setghu jaraw in-nies dakinhar tal-inawgurazzjoni ufficjali.  Pubblikament nisfidah jghid x’xoghlijiet saru wara 8 ta’ Marzu 2013 fuq din il-binja u x’kienu l-ispejjez marbuta ma’ dawn is-suppost xoghlijiet li qed jghid li saru.   
 
Hija tal-misthija kif dan il-Gvern gets away with murder !  Idum sena biex jaghmel trasferiment ta’ binja lesta minn kollox u jcahhad lill-Kunsill Lokali u lill-komunita’ tas-Swieqi milli juzaw dawn il-facilitajiet.  Sempliciment tkaxkir tas-saqajn minhabba pika politika ghax qatt ma emmnu li l-progett nilhqu nlestuh qabel l-ahhar elezzjoni.  Verament politika tat-tfal !  L-istess pika politika ntuzat fil-kaz tac-Centru Civiku ta’ San Gwann. Il-Gvern tal-Labour iddecieda li jpoġġi fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ Ġnien pubbliku akbar u Centru Civiku  ġdid fil-qalba ta’ din il-lokalita’, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali.   Biex nagħmlu l-proġett fil-qalba ta’ San Ġwann konna ħsiebna biex nirrillokaw l-pitch tal-bocci u fil-fatt sa qabel l-elezzjoni konna bnejna facilita’ oħra f’post alternattiv f’San Ġwann stess. Kollox kien lest biex jinbeda x-xogħol ġaladarba l-club tal-bocci jkun rilokat fil-post il-ġdid.  Il-permess tal-MEPA kien ilu li ngħata. Imma jidher li l-Gvern tal-Labour ma felaħx ikompli fuq il-progett għall-komunita’ li konna ħeħħejna aħna. 

Mar 7, 2014

Il-korrettezza politika


Il-korrettezza politika għal dan il-Gvern hi lussu.  Hu ċar li l-mod kif imexxi jaħseb li jista’ jgħaddi mingħajrha.  Id-diskors li sar meta Joseph Muscat kien Kap tal-Oppożizzjoni tar mar-riħ sa mill-ewwel jiem li sar Prim Ministru. Ma laħqux għaddew ftit siegħat li mill-ewwel ma bediex iġebbed il-Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri u s-Segretarji Parlamentari.  Dehrlu li għandu jħalli lil Segretarju Parlamentari jibqa’ għaddej jipprattika l-professjoni u jkollu dħul minna, tant li baqa’ jagħmel il-prattika fil-privat. U għax il-korrettezza politika ma tagħtihix valur, tispiċċa ma tara xejn ħażin f’dak li tagħmel.  Tant hu hekk, Muscat ma ra xejn ħażin li l-mara tal-Minstru Konrad Mizzi tingħata job bi €13,000 fix-xahar.

Għall-Prim Ministru Joseph Muscat kollox jgħaddi fejn tidħol il-korrettezza.   Kull Ministru u Segretarju Parlamentari hu obbligat li jagħmel dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu, u anki xi propjeta’ u djun għandu.  Diversi ministri laburisti inqabdu jigbdu fid-dikjarazzjonijiet li għamlu.  Dikjarazzjonijiet foloz.  U Muscat ħalla kollox għaddej.  Il-korrettezza għal Muscat qiesha biċċa lastiku.  Li ġġebbidha u ttiha l-forma li li trid.  Dik li għat-tfal hi plasticine!

Id-diskussjoni li kien hemm ilbierah fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra dwar il-mozzjoni ta’ tkeċċija tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco turi kif jimxi dan il-Gvern.  Il-korrettezza titlob li l-Gvern jieħu pożizzjoni biex ma ssirx ħsara lill-kredibbilita’ lill-ġudikatura.  Minflok spiċċa jaġixxi ta’ l-avukat difensur tal-Imħallef li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sabet kull raġuni biex il-Parlament jipproċedi għat-tkeċċija tiegħu.

Il-maħfra li qed jagħti lil min ikkorrompa fis-serq tal-elettriku għandha l-għeruq tagħha fi Gvern li anke fil-glieda kontra l-korruzzjoni, jaghmel kalkoli politici.  Qed ikompli juri kemm hu bla skrupli.  Dan hu kas fejn il-Gvern qiegħed jindaħal fix-xogħol tal-Pulizija u qed jaġevola lil min xaħħam biex jitbagħbaslu l-meter tad-dawl.  Skandlu ieħor fid-dawl tax-xemx !  Il-Gvern qed iwassal messaġġ li miegħu anki l-korruzzjoni tista’ tiġi negozjata.  U jaħfirlek.

Ir-riga tal-korrettezza u tal-valuri ghal min hu serju, hi riga riġida.  Mhix flessibbli.  Ma tharisx lejn ucuch. Ma taghmilx kalkoli politici. Mhix riga amorali, kif inhi tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat.  Kull ċittadin onest jistenna li gvern jimxi b’mod serju.  Iżda l-valur tas-sewwa, tas-serjeta’ u tal-onesta’ lanqas biss jeżistu fil-vokabolarju ta’ dan il-Gvern.