Jul 18, 2008

Awguri Nelson !

Illum Nelson Mandela jaghlaq 90 sena. Bniedem li bidel id-destin ta’ pajjizu l-Afrika t’isfel izda li kien ispirazzjoni ghal hafna ohrajn. Niftakar fi zmien li kont student, l-MZPN konna organizzajna konferenza l-Universita’ bl-isem “Two Men, One fight”. Kien ghadu zmien l-apartheid, Mandela kien ghadu l-habs, it-tema kienet l-ingustizzja. 18-il sena ilu, Mandela gie liberat wara 27 sena habs u flimkien ma’ ohrajn, beda t-triq twila biex jibni pajjiz gdid msejjes fuq ir-rikonciljazzjoni wara tant mibgheda. M’hijiex minghajr problemi, l-Afrika t’isfel ta’ llum imma kemm irnexxielu jtiha Mandela!.

It-“Time” magazine ghandu feature din il-gimgha fuq il-kwalitajiet ta’ Mandela u kif dawn ghamluh mexxej uniku, wiehed minn dawk li jibqa ttimbrat f’mohh il-generazzjoni taghna u forsi ma’ dawk ta’ qabilna wkoll. Kitbu l-awtur tal-biografija tieghu, Long Walk to Freedom, hadt gost naqrah.

Illum Mandela huwa simbolu u ghalkemm xjah u bilkemm izomm fuq saqajh ghadu jikumbatti ghal gustizzja. L-akbar glieda tieghu illum hija kontra l-faqar. Mandela jinsisti li bhall-iskjavitu u l-apartheid, il-faqar mhux naturali, joholqu l-bniedem u ghalhekk jista ukoll jeqirdu l-bnidem. U din mhix karita imma gustizzja. Il-faqar johnoq il-liberta’. Ghalhekk jekk inhobbu l-liberta' hu dmir taghna li niggieldu l-faqar.

No comments: