May 29, 2009

Ergajna b'kampanja ta' gideb

Ninsabu mexjin b’ritmu pjuttost mgħaġġel lejn l-elezzjonijiet tas-6 ta’ Ġunju li se jservu kemm biex intellgħu l-Membri Parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll ir-rappreżentanti f’ċertu Kunsilli Lokali. Ma jistax jonqos ukoll li bħalissa tkun laħqet il-qofol tagħha l-kampanja elettorali.

Ma nistax ma nikkummentax kif għall-Partit Laburista l-arloġġ qisu waqaf għal qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2008. Elezzjoni li wasslet għat-tielet telfa elettorali konsekuttiva għall-Partit Laburista, tmexxija ġdida, elezzjoni ta’ mexxej ġdid li tela’ bl-għajta li se jwettaq terrimot, rapport tat-telfa li tefa’ ħtija sostanzjali għat-telfa fuq il-mezzi tax-xandir Laburista u llum aktar minn sena wara qed nerġgħu ngħixu l-istess episodji.

Jien ma nistax nifhem lill-Partit Laburista. Jagħmel snin jattakka personalment lill-Prim Ministru Gonzi, juża kull aġġettiv biex jipprova jirredikolah, jivvinta qlajjiet bħalma hi li se jintalab ħlas fuq servizzi tas-saħħa, tiġi elezzjoni, jitlifha – u jerġa jirrepeti l-istess strateġija. Sensiela ta’ billboards li sa’ issa għadhom ma qalu xejn dwar l-Ewropa, minkejja n-natura ta’ dawn l-elezzjonijiet, izda mohhom biss biex jivvintaw u minkejja ċ-ċaħdiet jibqgħu jiġu ripetuti.

Forsi din ukoll hija strateġija bbażata fuq public perception surveys, kif qalilna Leo Brincat. Żgur li hija kampanja elettorali li toħroġ l-aqwa element tal-Partit Laburista. Dak tal-opportuniżmu li jipprova jieħu vantaġġ minn kollox, l-aqwa li jirbaħ.

May 28, 2009

Kcina lokali

Kienet esperjenza nteressanti u utli dik tal-bierah filghaxija meta attendejt A Peasant Meal of the 1830s li organizza l-Slow Food Malta gewwa l-Istitut ghall-Istudji Turistici, ITS. L-Slow Food huwa moviment internazzjonali li jipromwovi l-ikel tradizzjonali u li jsir minn prodotti lokali friski. L-ikla giet organizzata flimkien mac-Centre of Cultural and Heritage Studies tal-istess Istitut, immexxi mic-Chairman, Reggie Abela.

Gie pprezentat ikel li l-bdiewa u l-komunitajiet tal-irhula kienet jieklu fil-bidu tas-seklu dsatax. Kien hemm ikel li sfortunatament llum tlifna. Fosthom il-hobz tal-mahlut, li kien hobz kannella maghmul minn varjeta' ta' qmuh u cereali li kien juza l-biedwi.

Ir-ricerka fuq l-ingredjenti u l-mod kif kien ikun ippreparat l-ikel saret mill-Prof. Carmel Cassar li ta spjega tajba hafna qabel kull platt li gie servut. Jassistuh kellu lil Noel Buttigieg, membri tal-Slow Food Malta u lecturers fl-ITS. L-ikel gie ppreparat u servut mill-istudenti stess tal-ITS, li uhud minnhom ghamlu sagrificcju ghax xtaqu li jaraw il-final tac-Champions League !

L-ikla tal-bierah geghlitna naprezzaw aktar mhux biss il-valur ta' dan l-Istitut u l-gid li qed jaghmel lill-industrija turistika f'pajjizna, izda apprezzajna aktar ukoll il-wirt tal-kcina ta' pajjizna. Liema kcina sfortunatament mhijiex esposta bizzejjed la ghalina u lanqas ghat-turisti fir-restaurants u l-lukandi ta' pajjizna. Din ukoll tifforma parti shiha mill-kultura taghna u jehtieg insahhuha.

May 24, 2009

Tribali - Kuncert tal-genn

Kuncert tal-genn ! Hekk niddeskrivi l-kuncert tal-bierah filghaxija ta' Tribali waqt l-EarthGarden-Echofest li gie organizzat fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. It-teatru Grieg kien ippakkjat bin-nies bilwieqfa.

Hafna mill-muzika tal-bierah filghaxija kienet mill-album il-gdid tal-grupp The Elephants of Lanka li hareg xahar ilu. Album li xejn ma jaghmel ghajb lil album Tribali tal-2006.

Tribali huwa grupp ta' muzicisti maltin li jaghmlu emfasi fuq ir-ritmi etnici u s-sbuhija tal-muzika tal-orient. Imma l-muzika taghhom ghanda influenzi mir-raggae, pop, rock, classical u anke jazz. Juzaw diversi strumenti fosthom percussion, flute, guitar u l-istrument tal-orient sitar.

L-EarthGarden u Echofest ikompli llum. Wiehed jista jara diversi wirjiet ta' environment friendly equipment, wirja ta' prodotti agrikoli lokali kif ukoll crafts market. Hemm ftit minn kollox ghal kulhadd. Din is-sena iddecidejna li nghaqdu l-Echofest mal-EarthGarden peress li Jum l-Ambjent se jahbat mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

May 19, 2009

Anglu, Ganni u Gakki

L-ahwa Anglu, Ganni u Gakki Farrugia stednienu ftit tal-granet ilu biex naghmel zjara lil fuq minn 100 ettaru ta’ raba li ghandhom fiz-zona ta’ San Blas limiti tas-Siggiewi. Dawn it-tlett ahwa bdiewa full time jahdmu jkabbru frott irqiq , bhal hawh u nuciprisk u frott iehor bhal bambinella. Spjegawli kif jaghmlu t-tilqim tal-frott irqiq u kif dawn is-sigar jikbru malajr, tant li f-sentejn is-sigra tkun kapaci taghti l-frott.

Ucuh ohra li jkabbru huma tadam, patata, pastard u basal. Ghandhom art ukoll dedikata ghad-dwieli, sabiex jipproducu ghenba ta’ kwalita’ ghall-produzzjoni tal-inbid bhal Merlot u Cabarnet Sauvignon.

Naturalment biex tikkoltiva jew tahdem dawn l-oqsma ta’ raba trid kwantita’ ta’ ilma u makkinarju. Dawn il-bdiewa investew f’makkinarju biex l-ilma jittella u jinhazen f’giebja mibnija apposta. L-investiment f’makkinarju ghall-uzu tal-biedja li hadu bis-sahha tal-Unjoni Ewropeja qieghed jghin biex dawn it-tlett bdiewa full-time jnaqqsu mit-tbatija tax-xoghol, u jipproducu prodott lokali ta’ kwalita. Fost dan il-makkinarju nsibu mutur tal-hart li l-versilita tar-romblu tghin biex jinhadem taht is-sigra waqt it-tractor jibqa fil-moghdija. Wiehed mill-ahwa sahansitra spjegali li t-tractor tieghu bil-kabina maghluqa u bl-air-conditioning.

Niehu gost nisma hekk u taghmel kuragg ghax huwa evidenti li l-fiducja f’dan is-settur qed tikber . Ghat tieni pjan tal-Izvilupp Rurali 2007/2013 se nkunu qed nghaddu madwar €100M f'ghajnuna lill-bdiewa u r-rahhala. Dan ukoll huwa nvestiment dirett ghal ambjent ahjar ghall-pajjizna.

May 16, 2009

F'Gunju nifthu Pjazza Sant'Anna

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq Pjazza Sant’Anna, f’Tas-Sliema biex fil-ġimgħat li ġejjin din tkun tlestiet u wara snin sħaħ tingħata lura lin-nies biex igawduha mill-ġdid bħala spazju miftuħ.

Fi żjara oħra li għamilt fis-sit mas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi, ħabbart kif immodifikajna l-pjanijiet biex issa fi Pjazza Sant’Anna se ssir funtana oħra bi 11-il jet tal-ilma u mhux aktar kiosk kif kien maħsub oriġinarjament. Dan qed isir fil-kuntest ta’ ħolqien ta’ spazju miftuħ u li jservi ta’ post ta’ rilassament għal kulħadd. L-idea hi li l-kiosk jkun inkorporata fil-pjanijiet li qed jitħejjew bħalissa għat-tisbiħ tax-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Dan it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna wara li ġiet żgumbrata huwa xhieda tar-rieda u l-impenn tal-Gvern li jagħti lura lill-poplu pjazza sabiħa li sservi ta’ pulmun f’żona kummercjali tant popolari bħalma hi Tas-Sliema. Irrid intenni r-ringrazzjament u l-apprezzament tiegħi lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għas-sehem tiegħu fil-proċess legali biex tintemm l-okkupazzjoni tal-pjazza mill-istrutturi li kien hemm sa ftit tal-ġimgħat ilu.

Irrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li qed iwettqu x-xogħol skont il-programm ta’ ħidma stabbilit biex f'Gunju nifthu l-pjazza. Ma' dan ix-xoghol jkun lest ukoll x-xoghol li qed isir fil-fetha ta' quddiem dak li kien il-Joinwell. Hemm ukoll se tigi nstallata funtana ohra. B'hekk inkunu tajna hajja gdida lil dawn l-ispazji.

May 15, 2009

Ritratt li se nghozz

Xi kultant tigini wahda tajba ! Nhar l-Erbgha filghaxija mort Ruma nara lill-Lazio jilghabu l-final tal-Coppa Italia kontra s-Sampdoria. Kienet loghba kkombattuta li baqghet ecitanti sal-ahhar ghax kienet deciza bil-penalties. Bil-bravuri tal-goaler Urugwajan Muslera l-Lazio rnexxielhom jirbhu l-ewwel unur minn meta l-club kien f'xifer ta' falliment. Kieku ma kienx ghall-intervent tal-President, Claudio Lotito, li b'determinazzjoni u b'politika t'amministrazzjoni sportiva serja u rigida salva l-club u beda jibni l-club mill-gdid pass pass. Kieku ma kienx ghalih, probabilment il-Lazio qeghdin fis-Serie C2.

Mhux ta' b'xejn li hafna kummentaturi sportivi ddedikaw dan l-unur lil President Lotito. L-ahhar 3 snin kienu snin iebsin hafna ghalih. Hafna drabi s-supporters kkontestaw publikament u ma riedux jafu bih. Izda hu flimkien mal-coach Delio Rossi baqghu determinati fil-programm taghhom u fl-ahhar urew li kapaci jaslu biex jirbhu l-maltemp. Hadt gost nara lill-players jghanquh izda hadt gost aktar narah jaqla c-capcip hekk kif beda jdur mal-Olimpico bit-tazza f'idu. Persuna li kienet hdejja qalli "Din ir-rebha tieghu".

Illum kelli sorpriza. Il-habib tieghi Edward Psaila, il-President tal-Lazio Supporters club f'Malta ghaddhili ritratt li se nibqa nghozz. Ritratt bil-players jiccelebraw bil-Coppa Italia u jien fl-isfond nzomm scarf tal-Lazio f'idejja. Mument sabih. Hekk hu hekk matul l-ahhar snin it-team Laziali ghadda minn bosta mumenti difficli. Nittama li dan l-unur ikun il-bidu gdid tal-Lazio. Skond il-coach Rossi "il-fatt li hafna mill-players huma zghazagh, augura li dan it-team jista jakwista aktar unuri". J'alla ghandu ragun !

May 13, 2009

Slielem aktar komdi

Fl-aħħar jiem tajt importanza kbira lix-xogħol fil-bajjiet anke ghax minn Marzu ta’ din is-sena l-Beach Cleaning Unit, li kien taht ir-responsabilita' tad-Dipartiment tat-Turizmu, gie parti mir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Dan jagħmel sens fid-dawl li l-Ministeru huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Public Cleansing u għalhekk għandu jkun hemm sinerġija akbar.

Ma’ din it-Taqsima hemm mas-60 haddiemli huma responsabbli mit-tindif ġenerali tal-bajjiet tagħna kemm dak bl-idejn kif ukoll dawk bil-makkinarju li jinkludi fost oħrajn tindif ta’ ammonti kbar ta’ alka li tkun akkumulat matul ix-xitwa. Matul l-ahhar gimghat ingabru madwar 6000 tunnellata ta’ alka mill-bajjiet.

Fost l-ewwel xogħol li sar kien hemm it-tibdil u l-installazzjoni ta' slielem godda tal-baħar. Il-slielem il-ġodda li bdew jitwaħħlu ġew modifikati biex ikunu iktar forma ta’ taraġ u mhux sellum wieqaf, kif ukoll bil-pedati tal-injam sabiex in-nies ma jweġġgħux u ma jiżolqux. Dawn huma ferm aktar komdi u żgur jiffaċilitaw it-tlugħ u l-inżul għal kulħadd b’mod partikolari għal min hu anzjan.

Fil-gimghat li gejjin se jinbidlu ukoll il-bins nofs tank li ghandna fil-bajjiet tar-ramel. Se jiehdu posthom mal-200 sett ta’ wheelie bins fejn wieħed ikun ukoll jista’ jarmi l-iskart anki b’mod separat. Il-bieraħ kelli l-opportunita’ nżur il-bajja tal-Exiles, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Mario De Marco, li hija waħda mis-siti fejn tbiddlu s-slielem. Irrid nispeċifika li wħud jaħsbu li dan hu xogħol għat-turist. Veru li minnu jgawdi t-turist li jżurna, pero qabel xejn it-titjib u t-tisbiħ fil-bajjiet qed isir għalina li nqattgħu tant ħin fihom fix-xhur sħan tas-sajf.

May 10, 2009

Aldo Moro - 31 sena wara

Il-bierah 31 sena ilu l-Ewropa, propju f'Jum l-Ewropa, assistit ghal qtil ta' wiehed mill-aqwa mexxejja Ewropej b'vizjoni: Aldo Moro li kien President tad-Democrazia Cristiana fl-Italja. Gewwa Via Fani f'Ruma l-bierah il-President Taljan, Napolitano flimkien ma' politici ohra poggew fjuri hdejn il-lapida li tfakkar il-htif ta' Aldo Moro.

Kwazi xahrejn qabel fis-16 ta' Marzu tal-istess sena Moro kien mahtuf minn grupp armat ta' terroristi tal-Brigate Rosse. Dakinhar kienu nqatlu 5 membri tal-iskorta tieghu. Wara 55 gurnata ta' htif il-katavru tieghu nstab mitluq go karozza Renault hamra gewwa Via Caetani.

Fis-sebghinijiet Aldo Moro kien il-protagonist principali tal-progett politiku li kien jissejjah il-Compromesso Storico, li permezz tieghu kellhom jidhlu fil-Gvern anke l-Komunisti Taljani mmexxija minn Enrico Berlinguer. Il-hsieb kien li jigi ffurmat Gvern wiesa ta' solidarjeta' nazzjonali f'perjodu ta' krizi ekonomika u socjali kbira fl-Italja.

Jidher car li dan il-ftehim xejn ma ghogob lil BR li riedu jzommu sitwazzjoni ta' konfront fil-pajjiz. Jinghad ukoll li dan il-ftehim setgha anke urta forzi ohra li ma xtaqux li tigi mdghajfa "l-istabilita' fl-Italja". Il-verita' wara dan il-qtil difficli li nsiru nafuha totalment. Fl-opinjoni tieghi aktar milli noqghodu nfittxu x'gara, aktar interessanti li nixtarru l-kitbiet u d-diskorsi tieghu. Sa llum meta taqra kitbitu tinduna kemm kien bniedem ta' vizjoni kbira b' ruh socjali qawwija. Insomma Demokristjan ta' veru.

May 8, 2009

Lejn Pjazza li tixraq.

Pjazza San Ġorg hija ġojjel f’nofs il-Belt Kapitali quddiem palazz majestuż. Hija l-aktar pjazza importanti ġewwa l-Belt Kapitali tagħna. Hija ħasra li din il-pjazza prinċipali ta' pajjizna sa llum ghanda cangatura mkissra u tkun mahnuqa bil-karozzi ghax rriducejniha f'carpark. Fil-passat kien hemm anke minn haseb li tahta jsir carpark ta' 4 sulari u anke aktar. Izda dan mhux fl-ispirtu tas-sistema tat-traffiku li ghanda bzonn il-Belt Valletta. Wiehed irid inaqqas il-vetturi li jidhlu fil-Belt u jzied l-uzu tat-trasport pubbliku.

Tlaqna bil-ħsieb li nneħħu l-parkeġġ minn fuq wiċċ din il-pjazza u noħolqu carpark ta' sular taħt l-art. Biss wara li nstabu tunnels taħt din il-pjazza l-Ministeru, eleminajna l-underground carpark u morna biex naghtu dehra gdida lil din il-piazza mhux biss b'pavimentar gdid, izda bl-installazzjoni ta' funtana kbira b'jets tal-ilma hergin mill-art. Morna ghal din l-idea biex inhallu l-flessibilita' li jkun hemm htiega li l-piazza tintuza ghal xi parata jew attivita' nazzjonali ma jkun hemm xejn li jtellef. Il-permess tal-MEPA għal dan il-proġett inħareġ propju l-ħamis li għadda.

Din il-pjazza hija iċ-ċentru tal-Belt u għalhekk hemm bżonn li tingħata l-ħajja u tintuża minn nies u mhux mill-karozzi. Il-fatt li ser tiġi żona kompletament pedestrianised, inkluż Triq it-Teatru l-Antik, li ser tiġi pavimentata bil-lava kif kienet oriġinarjament, ser jgħin għal dan il-għan. Dan il-proġett se jinbeda f’ Ġunju li ġej (wara l-festa Nazzjonali tas-7 ta’ Ġunju) u mistenni jitlesta sa mhux aktar tard mill-ahhar ta' Novembru.

May 3, 2009

What is worth knowing

Il-gurnalizmu huwa meqjus bhala wahda mill-kolonni ta' stat demokratiku. U ghalhekk kwalunkwe inizjattiva li ssahhah din il-kolonna hija ta' min ifahharha u jinkoraggiha. Il-bierah filghaxija attendejt ma' Lourdes id-19-il edizzjoni tal-MALTA JOURNALISM AWARDS organizzat mill-Istitut tal-Gurnalisti Maltin (IGM). Fis-serata tal-bierah thabbru r-rebbieha minn fost is-36 finalista li lahqu l-istadju finali minn fost l-57 participant. Din il-kompetizzjoni kibret u l-lum ghandha 13-il kategorija differenti.

Fic-cerimonja thabbar ukoll ir-rebbieh tal-Gold Award. Dan l-unur jinghata lil persuna nominata li skond il-Gurija tkun marret lil hinn minn rekwiziti ta’ prattika normali fil-gurnalizmu tul il-karriera gurnalistika taghha. Din is-sena l-Award inghata lil Lino Spiteri li kif qal hu stess il-bierah ilu 52 sena jikkontribwixxi fil-qasam gurnalistiku. Taqbel jew ma taqbilx mieghu, Lino jisthoqlu ghax ghandu pinna mirquma u sens profond t'analizi . Qal li l-ewwel darba li mar jaghti artiklu kellu saqajh jirtodu, u l-bierah ukoll kellu saqajh jirtodu. Nemmnu.

Waqt is-serata tal-bierah wiehed seta' japrezza l-input tal-gurnalisti kemm fil-kaz tal-printed media lokali kif ukoll tal-programmi audio-vizivi. Nemmen li l-gurnalizmu lokali ghamel pass qawwi 'l quddiem imma hemm bzonn dejjem aktar ta' gurnalizmu analitiku u bbazat fuq ricerka aktar milli percezzjoni. Oscar Wilde darba qal - “The public have an insatiable curiosity to know everything. Except what is worth knowing. Journalism, conscious of this, and having tradesman-like habits, supplies their demands.” Nittama li l-gurnalisti lokali jaghtu dejjem aktar what is worth knowing.