Dec 28, 2013

Kawlata msahhna


Verament ħasra li lejlet il-Milied, flok nikkoncentraw fuq dak il-Jum tant sabih, spiccajna nitkellmu fuq il-politika !  Sempliciment ghax il-prim ministru Joseph Muscat refa' dan il-jum biex jtemm apposta t-taħditiet dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza. Timing mill-aghar fuq skema mill-aghar !   Gie fil-Parlament bi skema ta’ bejgh ta’ cittadinanza u se jhalliha kif kienet skema ta’ bejgħ.  Fit-tahdidiet, Joseph Muscat u shabu wrew li kienux interessati li jfittxu l-kunsens għaliex baqghu ma ndirizzawx l-oġġezzjoni fundamentali tal-Oppożizzjoni għal din l-iskema, jiġifieri li ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna m’għandhiex tkun għall-bejgħ.
 
Imbasta l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta tkellem quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew, meta ffaċċja l-kritika tal-ewroparlamentari u kien iddikjara li l-iskema kienet żball, kien wieghed li din se tinbidel.  Dakinhar Scicluna kien qal li din l-iskema kienet se tintrabat marbuta ma' investiment veru f'intrapriża li toħloq l-impjiegi; li dawk li joħduha kellhom joqogħdu Malta għal ċertu żmien;  u li din se tkun limitata biss għal 50 persuna fis-sena. Imma jidher li Muscat lanqas dak li qal il-ministru tal-finanzi tiegħu fi Brussell ma ta kas, webbes rasu, u reġa' ppreżentalna kawlata msahhna. 
 
Konna ttamajna li forsi raw id-dawl ! Imma konna mqarqa. Ipprova biss jirbah il-hin, ghamlilha ftit irtokki u ipprova jahbiha fl-isfond tar-rambagg tal-Milied.  Tipikament Muscat.  Ma jimpurtahx il-kontenut, jinteressah biss it-timing u l-istrategija ! 
 
Din l-iskema diga hamritilna wiccna mad-dinja kollha.  Il-media internazzjonali tkazat b’din l-iskema u pajjizna spicca diga tilef ħafna mill-fama tajba li kien bena tul tant snin.  Qabel l-1987 konna hadna sirna famuzi li ahna tallaba, imma dik l-impressjoni konna nehhejniha wara tant snin ta’ hidma.  Issa jidher li se nergghu niehdu din il-fama.  Tal-misthija ! Din l-iskema qajmet oppożizzjoni kbira, anke fost ħafna li vvutaw Labour. Li jimmeraviljani hu, kif certi nies li suppost jafu ahjar, spiccaw jaghtu l-appogg taghhom lil skema moqzieza bhal din !  

Dec 27, 2013

Nistennew risposti


Tiftakar meta Joseph Muscat kien qalilna “Xommuh il-kafe’” meta kien tkellem fuq l-emigrazzjoni f’Ottubru li ghadda ghax skont hu “it-tisbit tas-saqajn jaħdem” ?  Hekk kien qalilna 3 xhur ilu ! Kien qalilna li hu ma kienx dispost jitlaq mis-summit tal-mexxejja Ewropej jekk ma jiġix bir-riżultati, jiġifieri li l-pajjiżi Ewropej jintrabtu li jieħdu tabilfors immigranti minn Malta. Imma wara li ma ġab xejn f'Ottubru, qal li jistenna r-riżultati fis-summit ta' Diċembru.   U gie Dicembru u baqa b’xejn !  Imma l-Prim Ministru Muscat mis-summit gie lura idu f’idu ! 
 
Mhux talli ma gab xejn talli is-suggett tal-imigrazzjoni bilkemm tqanqal ! Skond il-media internazzjonali (li mhux il-PBS jew ahjar Super Two) fis-Summit gew diskussi l-aktar l-għaqda bankarja u l-koperazzjoni fid-difiża.  Jidher li lanqas il-“habib personali” tal-Prim Ministru Martin Schulz ma ghogbu jitkellem fuq l-immigrazzjoni. Ir-riżultati ta' Muscat fl-immigrazzjoni ?  Mhux biss xejn; agħar minn xejn. Mhux avanzana, lanqas imqar żammna fejn konna, imma saħansitra tefana lura. 
 
L-uniku haga li smajna f’Dicembru fuq l-emigrazzjoni kien ir-rapport tal-wahx li deher fir-rivista Taljana L'Espresso fuq il-mewt ta' 55 mill-270 Sirjan mgħarrqin qrib Lampedusa fil-11 t'Ottubru. Traġedja ta' dieqa kbira għal min jemmen fil-valur tal-ħajja.  Izda din storja xokkanti ghax skond L’Espresso il-gvern Malti dam erba' siegħat sħaħ biex talab l-għajnuna tat-Taljani biex jghinu jhalli jkunu salvati dawn is-Sirjani .  
 
Skond L’Espresso l-awtoritajiet Maltin kienu jafu li d-dgħajsa qed tegħreq mis-siegħa ta' wara nofsinhar għax wieħed mir-refuġjati ċempel hawnhekk. Il-Maltin, jgħid L'Espresso setgħu mill-ewwel talbu l-għajnuna tat-Taljani għax id-dgħajsa kienet 140 mil bogħod minn Malta, imma 70 mil biss minn Lampedusa.  Skond ir-rivista Taljana  il-marina militare Taljana kellha l-bastiment jismu Libra 20 mil biss bogħod mid-dgħajsa.  Fil-5.00 id-dgħajsa għerqet, jgħid L'Espresso, u kien biss fil-5.07 li l-awtoritajiet Maltin talbu l-għajnuna ta' dawk Taljani !  Tal-misthija !  Tal-misthija akbar is-skiet tal-Forzi Armati Maltin u l-Gvern Malti meta ma wiegeb xejn ghall-mistoqsijiet li rcieva fuq din l-istorja.  
 
Possibli li l-Prim Ministru Muscat jew il-Ministru Manwel Mallia ma kienux jafu li d-dgħajsa qed tegħreq ? Min se jwieġeb għall-mewt ta’ 55 persuna ?  Il-mistoqsijiet se nkomplu naghmluhom u se nesigu li ninghataw risposti.  

Dec 25, 2013

Insara mhedda


Waqt li llum niccelebraw Jum il-Milied bhala nsara fl-ikbar liberta’ tal-espressjoni, jkun tajjeb li nahsbu f’dawk l-insara li huma ppersegwitati f’diversi pajjizi, specjalment fil-Lvant Nofsani, l-Pakistan u numru ta’ pajjizi tal-Afrika.  F’certi pajjizi anke biex tmur sal-knisja tkun qed tirriskja hajtek. Minn kull 10 attentati ta’ vjolenza religjuza li jsehhu madwar id-dinja, 8 minnhom isiru fuq insara.

X’ironija. Il-hsieb nisrani twieled fil-Lvant Nofsani, izda hu proprju hemm li l-aktar jisfghu taht il-mira dawk li jipruvaw jiprattikaw il-hsieb nisrani. L-insara fl-Iraq, fl-Egittu u bhalissa anke fis-Sirja qed ikunu esposti ghal diversi atti ta’ vjolenza religjuza, li zdiedet b’mod qawwi fl-instabbilita’ politika li dawn il-pajjzi ghaddejjin minnha. L-insara fl-Egittu u fis-Sirja jaghmlu 10% tal-popolazzjoni ta’ pajjizhom.

Din l-intolleranza religjuza ta’ whud mill-Musulmani lejn l-insara hija frott ta’ ftit musulmani fanatici li qed jaghmlu minn kollox biex ikissru d-djalogu li beda jinbena fl-ahhar 20 sena bejn iz-zewg religjonijiet.  Djalogu li pprova jiehu post l-injoranza u l-pregudizzji bejn dawn iz-zewg religjonijiet.   Sfortunatament il-persekuzzjoni tal-insara bhalissa qed tispikka fuq id-djalogu.  L-emozzjoni qed tiprova tfarrak ir-razzjonalita’.

Il-kuragg ta’ dawn l-insara li minkejja t-theddid jibqghu jiprattikaw il-fidi taghhom ghandu jkun ta’ ispirazzjoni ghalina l-insara fid-dinja tal-punent li hafna drabi sirna wisq komdi nahsbu li nistghu naghmlu kollox minghajr ma nzommu lill-Mulej fic-centru tal-hajja taghna.

Dec 13, 2013

Il-glieda kontra d-dementia


Din il-gimgha il-WHO (World Health Organization) u r-Renju Unit, li prezentament ghandu l-Presidenza tal-G8, ghamlu appell ghall-impenn dinji aktar qawwi kontra l-marda tad-dementia. Appellaw ghal aktar investiment fir-ricerka ghal fejqan minn din il-marda, imma fuq kollox ghal aktar ko-ordinazzjoni fir-ricerka halli ma jkunx hemm duplikazzjoni u hela ta’ rizorsi.  II-Prim Ministru Ingliz David Cameron f’laqgha f’Londra din il-gimgha qal hekk "No one here is in any doubt about the scale of the dementia crisis. A new case every four seconds, a global cost of $600 billion (440 billion euros) and that is to say nothing of the human cost."

Hu stmat li madwat 44 miljun persuna ibatu mimm xi forma ta’ dementia, l-aktar bl- Alzheimer's. Ovvjament bil-populazzjoni dejjem aktar tixjieh, specjalment fid-dinja tal-punent, aktar miljuni ta’ persuna se jkunu qed isofru minn din il-marda.  Filwaqt li sa llum ghandna 5 persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena, sal-2050 se jkollna biss zewg persuni fl-eta’ tax-xoghol ghal kull persuna fuq il-65 sena ! L-Alzheimer's Disease International Federation wissiet li 135 miljun persuna se jkunu qed ibatu mid-dementia sas-sena 2050.

Il-fondi dedikati ghar-ricerka fuq din il-marda ghadhom ftit wisq. Hafna jsostnu li hemm bzonn impenn qawwi daqs dak li d-dinja ghamlet fl-2005 u s-snin ta’ wara fuq il-marda tal-AIDS.  Kien ghalhekk ukoll li gie maqbul li terga ssir laqgha simili ghal dik ta’ Londra fl-Istati Uniti fl-2015 halli jkun jista jigi evalwat il-progress.

F’pajjizna sa llum ghandna madwar 5000 persuna jbatu mid-dementia u hu kkalkulat li jkollna 14,000 sa 30 sena ohra !  Ghalhekk wiehed ma jistax jifhem kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-budget ghall-2014 naqqas il-vot dedikat ghall-glieda kontra d-dementia b’50% ! U dan meta fil-programm elettorali taghhom qalu li l-glieda kontra d-dementia se jaghmluha priorita’ !  

X’differenza mill-impenn tal-Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam.  Sar Activity Centre f’San Vincenz u memory clinic fl-Isptar Karen Grech. Flimkien mal-Malta Dimetia Society kien twaqqaf dimetia help line. Mhux biss hejjejna strategija nazzjonali fuq din il-marda u gibna esperti barranin biex jghallmu lil professjonisti taghna imma tajna l-pilloli b’xejn lill-pazjenti li jbatu minn din il-marda. Ghall-ewwel darba investejna u fuq kollox bnejna swali dementia-friendly. Tabilhaqq x’differenza.

Dec 12, 2013

Decizzjoni stramba


Skond Eicke Weber, direttur tal-Fraunhofer Institute for Solar Energy Systems tal-Germanja, t-teknologija wara l-crystalline silicon solar cells matul l-ahhar snin gawdiet mill-izviluppi estensivi li rat l-industrija tal-microelectronics. Sa 20 sena ilu, kilowatt ta’ energija mix-xemx fil-Germanja kien iqum 50 euro cents biex jkun prodott, filwaqt li llum fil-Germanja dan niezel ghal 10 euro cents biss.  F’pajjizi moghnija mix-xemx dan sahansitra llum niezel ghal bejn 5 u 8 euro cents.  F’hafna pajjizi dan ifisser li l-generazzjoni ta’ energija mix-xemx jiswa anqas mill-generazzjoni ta’ energija minn sorsi konvenzjonali bhaz-zejt u fuels ohra.

Skond Weber ukoll matul din is-sena se nkunu rajna zieda ta’ 20% ta’ installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici fuq is-sena l-ohra.  Fil-fatt hu mistenni li jkun hemm solar plants godda li jiproducu mal-37 gigawatts (GW) ta’ energija nadifa. Qed naraw l-akbar tkabbir gewwa c-Cina, fejn ghall-ewwel darba  s-suq ghall-pannelli voltaici qabez sahansitra dak tal-Germanja. Ic-Cina din is-sena se tkun installat impjanti godda biex tiproduci 9 GigaWatts ohra filwaqt li l-Germanja se zzid b’3.5 GigaWatt. 

Meta tara dawn l-avvanzi fis-settur tal-energija mix-xemx aktar thawdek id-decizzjoni tal-Gvern prezenti li ma jallokax €5.5 miljun lill-industrija lokali sabiex sidien ta’ fabriki jinstallaw panelli fotovaltajiċi fl-istabbilimenti taghhom.   Dawn il-€5.5 Miljun huma parti minn fondi ewropej li ahna konna gibna biex imorru ghall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici f’pajjizna.  Verament decizzjoni stramba aktar u aktar meta tiftakar li f’Awwissu ta’ din is-sena habta w sabta waqqaf l-istess skema li kien nhieda hu stess ftit granet qabel u ta x’jifhem li din se terga tohrog fi zmien qasir.
 
L-ahbar tad-decizzjoni giet midfuna f’bicca stqarrija li harget ftit granet ilu mis-Segretarju Parlamentari Dr.Ian Borg, liema stqarrija ma tat l-ebda spjega ghal din id-decizzjoni.  Stramba wkoll kif il-Ministru Konrad Mizzi sa llum ma lissen l-ebda kelma fuq din id-decizzjoni. 
 
B’din id-decizzjoni l-industrija mhux se tkompli mixja fit-triq li kienet qabdet fl-ahhar snin fejn investit bil-qawwa fl-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici biex tiggenera energija nadifa u tnaqqas l-ispiza taghha.  Tajjeb wiehed ifakkar li l-Gvern immexxi mill-PN kien offra għadd ta' inċentivi biex l-industrija privata u s-settur turistiku jinvestu f'sistemi effiċjenti u nodfa ta' enerġija.  Fil-fatt aktar minn 140 kumpanija ħadu aktar minn €8.5 miljun biex jinvestu f'teknoloġija nadifa u b'hekk saru aktar kompetittivi.

Dec 11, 2013

Nelson Mandela


Nelson Mandela kien wiehed mill-aktar personalitajiet maghrufa, u certament wiehed mill-aktar mexxejja “meqjuma” tas-seklu 20. L-istorja ta’ hajtu, bit-tlajja u l-inzul taghha, hija leggendarja mhux biss fl-Afrika t’Isfel imma fir-regjun tal-Afrika u lil hinn.

Hajjet Mandela qabel ma ntefa l-habs saret leggenda. L-attivita tieghu bhala mexxej tal-guerilleri; l-arrest kif ukoll id-diskorsi tieghu waqt il-gurijiet tal-1963 u l-1964 xeghlu lid-dinja.  Il-media internazzjonali kienet il-hin kollu titkellem fuqu u fuq l-insistenza tieghu li glieda armata kienet mehtiega biex tirbah kontra sistema ingusta bhal dik tal-Apartheid. Id-diskorsi tieghu kienu qishom saru l-vangelu politiku ta’ kull mexxej fir-regjun li kien qed jiggieled l-oppressjoni razzjali. Mandela u l-ANC ma kkreajawx il-moviment regjonali ta’ liberazzjoni imma kienu l-ispirazzjoni ta’ kull glieda. Kull mexxej ma kienx biss jistudja d-diskorsi tieghu ghall-kontenut taghhom imma kien jistudja wkoll il-qawwa ta’ kif kien jitkellem.

Wara 27 sena l-habs inheles u l-messagg qawwi tieghu ta’ rikonciljazzjoni spicca messagg ferm aktar qawwi mill-messagg tieghu tal-glieda armata tas-snin 60. Mhux biss il-messagg tieghu spicca jsahhar, imma l-azzjoni u l-attitudni tieghu.  Irnexxielu mhux biss jdahhal lill-Afrika t’Isfel fil-komunita’ internazzjonali wara snin twal ta’ isolazzjoni, imma rnexxielu jibni lill-Afrika t’Isfel bhala leader ewlieni fir-regjun.  Ghalkemm kien hemm rispett kbir lejh mill-mexxejja l-ohra tal-pajjizi Afrikani, Mandela kien jehtieglu jirbah il-fiducja taghhom, anke jekk mhux dejjem kien lest jaqbel mal-politika taghhom, specjalment ma’ dawk li kien ghadhom jemmnu fl-uzu tal-forza.

Umilment inhossni kburi li fis-snin 80 konna organizzajna permezz tal-MZPN kampanja ghall-helsien tieghu mill-habs, inkluz serata bit-tema “Two Men, One Fight”, fejn fiha tkellimna dwar Martin Luther King u Nelson Mandela.  Ghal dik is-serata konna anke gibna l-gurnalist Roger Omond li kien kiteb il-ktieb famuz “The Apartheid Handbook”.   Kelli x-xorti kbira niltaqa darba ma’ Mandela gewwa Johannesburg waqt l-Earth Summit fl-2002.  Iltqajna fil-lobby tal-lukanda li konna fiha u kien impressjonani s-sens straordinarju ta’ dinjita’ li bih tkellem maghna.  Tassew li n-nies il-kbar huma l-aktar nies umli. 

It-telfa tieghu mhijiex telfa biss ghall-Afrika t’Isfel, hija telfa ghad-dinja. Jalla l-ezempju tieghu jibqa jirrenja fuq l-mexxejja tad-dinja, fosthom fil-kontinent Afrikan li sfortunatament mhux dejjem kienu jew ghadhom l-aqwa ezempji ta’ tmexxija demokratika serja li tirrispetta d-diversita’ u l-gid komuni tal-popli taghhom.

Nov 29, 2013

Lezzjonijiet mill-Ukrajna


Dak li qed jigri fl-Ukrajna hemm hafna x’tomghod fuqu u ghalkemm l-Ukrajna m’hix membru tal-Unjoni Ewropeja ghandu jifthilna ghajnejna ghar-rabta li trid tigi rispettata f’demokrazija bejn dak li jrid il-poplu u dak li jista’ jaghmel gvern elett. 
 
L-Ukrajna din il-gimgha kienet se tiffirma ftehim mal-Unjoni Ewropeja li ghalih ilha tipprepara snin.   L-Unjoni Ewropeja offriet lil Ukrajna Ftehim ta’ Assocjazzjoni u Ftehim ghall-negozju hieles mill-aktar ambizzjuz.  Issa l-Gvern tal-Ukrajna, mmexxi mill-President  Yanukovich qal li ma jridx jiffirma dan il-ftehim ghalissa, aktarx minhabba pressjoni mir-Russja.  Il-poplu tal-Ukrajna madanakollu mhux qed jaqbel xejn ma’ din id-decizjoni u niezel fit-toroq jipprotesta bl-eluf kbar.  Il-poplu tal-Ukrajna jrid rabta aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropeja. 
 
Fit-toroq il-banners li kellhom  in-nies kienu jghidu kliem li fakkruni fil-mixja mhux facli li kellna ahna lejn l-Unjoni Ewropeja, kliem bhal “Irridu futur ghat-tfal taghna” u “L-Ukrajna hija parti mill-Ewropa”.  Il-protesti qed ikunu meqjusa bhala l-akbar mir-Revoluzzjoni Orangjo tal-2004 li kienet wasslet biex jinbidel rizultat ta’ elezzjoni presidenzjali li kien mbaghbas. 
 
Naghmel zewg riflessjonijiet dwar dak li qed jigri fi Kiev. 
 
L-ewwel:  Gvern elett anke f’demokrazija li ghadha qed tizviluppa, qed jintalab bis-sahha mill-poplu li eleggih, biex jaghti kaz ta’ dak li qed jghid.  Mhux qed jaqbel ma’ decizjoni tal-gvern u jrid bis-sahha li din id-decizjoni tinbidel.  F’Malta ghandha demokrazija li hija aktar mirquma, li fiha l-lehen tal-poplu suppost huwa aktar rispettat, mhux biss fil-mument tal-vot imma tul legislatura shiha. Minkejja dan, ghandna gvern li ma semghax mill-poplu u r-rapprezentanti tieghu meta gie fuq materja li tolqot lill-poplu mill-vicin, il-bejgh tac-cittadinanza....kellha tkun it-tragedja ta’ l-media dinjija titkellem b’mod dispregjattiv fuqna li geghlet lil gvern jieqaf u jisma’ u r-rizultat ghadna rridu naraw x’se jkun. 
 
It-tieni:  Il-poplu u z-zghazagh tal-Ukrajna jridu jaghmlu minn kollox biex ikollhom access ghal dak li toffri l-Ewropa, inkluz il-possibilta’ li jahdmu fil-pajjizi Ewropej.  Ikollhom jinzlu fit-toroq biex dan id-dritt li qed toffrilhom l-Ewropa jaffermawh.  Daqshekk huwa mportanti.  Ara ahna, ahna qed inbieghu dan id-dritt.....anke lil ftit nies minn dan il-pajjiz fl-Ewropa tal-Lvant li r-rabtiet tieghu mal-kriminalita’ organizzata huma maghrufa sew.  Il-gvern Malti ta’ llum qed jinsulenta l-hidma li ghamlu l-gvernijiet precedent biex jaghtu futur lill-uliedna, billi jbiegh bir-rabass dan id-dritt li haddiehor ikollu jiggieled ghalih.  Dawk li jistghu ihallsu 650,000 ewro fl-Ukrajna, gabuhom minn fejn gabuhom, m’ghandhomx ghalfejn jinzlu fit-toroq ghax ghalihom haseb il-Gvern Malti ta’ Joseph Muscat.  

Nov 28, 2013

COP 19


Il-laqgha ta’ kull sena dwar it-Tibdil fil-Klima giet u marret u bilkemm hadd induna ! Minn dak li qrajt u minn dak li smajt anke direttament minghand il-Kummissarju tal-UE Connie Hedegaard meta nhar it-Tnejn li ghadda kelli opportunita’ niltaqa’ maghha gewwa l-Lithuanja, fil-laqgha ta’ Varsavja, bhal laqghat ta’ dawn l-ahhar snin, ftit li xejn sar progress.  Din kienet l-ewwel laqgha li m’attendejtx ghaliha fl-ahhar  9 snin. 
 
L-uniku “progress” registrat kien dak li ghall-ewwel darba fid-dokument finali, jirreferu ghall-“partijiet kollha” li jridu jaghtu l-kontribut taghhom biex tintlahaq il-mira li l-klima ma tishonx b’aktar minn 2 deg. Celsius.  Sa qabel din il-laqgha kien hemm minn baqa’ jishaq li pajjizu m’ghandux inaqqas mill-emissjonijiet tieghu.  
 
It-tieni punt ta’ “progress” kien l-attegjament tal-Istati Uniti.  Ghall-ewwel darba l-amministrazzjoni ta’ Obama kienet ferm aktar miftuha u propensa li tahdem mal-UE milli qatt kienet sa qabel din il-laqgha.   Dan i-bdil fl-attegjament forsi huwa rizultat tal-fatt li issa li Obama rega gie elett ghat-tieni darba hu jista’ jkun aktar hieles li jkun ambizjuz biex anke pajjizu b’mod konkrett jintrabat li jnaqqas l-emissjonijiet tieghu.  Interessanti l-fatt li fl-istqarrija tieghu fil-Parlament il-bierah filghaxija il-Ministru Leo Brincat qal hafna affarijiet imma naqas li jsemmi dawn l-unici zewg fatti notevoli.  
 
Qrajt bir-reqqa artiklu li kiteb l-ex Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti, Kofi Annan fl-International New York Times nhar it-Tnejn li ghadda intitolat “Climate crisis: Who will act ?”.  F’dan l-artiklu Kofi Annan jistqarr li fid-dawl tal-inertia u n-nuqqas ta’ hegga li qed juru l-Gvernijiet ghal ftehim komprensiv li jiehu post il-Protokoll ta’ Kyoto tal-1997, hemm bzonn li l-popli jitkellmu huma stess u jiehdu inizjattivi konkreti huma stess favur bidliet fil-mod kif jikkunsmaw energija u prodotti ohra li ghandhom effett fuq il-klima halli bit-talbiet taghhom jaghmlu pressjoni fuq is-suq.  Isemmi xi ezempji posittivi ta’ bottom to top initiatives imma ghid li hemm bzonn “a global grass-roots movement that tackles climate change and its fallout.”  

Nov 27, 2013

Cans perikoluz ?


Mad-daqqa t’ghajn il-ftehim mal-Iran jidher bhala pass posittiv mhux biss ghar-regjun tal-Lvant Nofsani imma ghad-dinja kollha. M’huwiex minghajr riskji. Meta tidhol fil-fond u tixtarr ir-reazzjonijiet tad-dinja Gharbija ghall-ftehim, tinduna li dan il-ftehim jaf ikun ta’ theddida ghall-istatus quo li kulhadd kien dara bih fir-regjun.
 
L-Iran ghandu 85 Miljun ruh.  L-Gharabja Saudita ghanda 20 Miljun.  L-Gharabja Saudita ghandha l-akbar riservi ta’ zejt u gas fil-Lvant Nofsani.  L-Iran ghandu ftit anqas.  Jekk  jitnehhew is-sanzjonijiet fuq l-Iran, l-Iran jirnexxielu jiehu market share anke tas-Saudi ?  Il-Golf Gharbi huwa primarjament Sunni, filwaqt li l-Iran huwa Shiita.  L-Iran qed jizviluppa it-teknologija nukleari.  L-Gharabja Saudita xejn.  Dawn huma ftit fatti li wiehed irid izomm quddiem ghajnejh biex jifhem ir-reazzjoni ta’ whud mill-pajjizi Gharab ghal ftehim ta’ 6 pajjizi tal-punent mal-Iran biex inaqsu parti mis-sanzjonijiet sakemm l-Iran jitfa fil-genb il-kapacita’ tieghu li jizviluppa l-bomba nukleari.
 
Jekk jintlahaq ftehim ahhari mal-Iran, ghax dak li ghandna sa llum hu ftehim preliminari, allura nistghu nghidu li jkun sehh l-akbar terremot minn meta sar il-ftehim ta’ Camp David u r-Rivoluzzjoni Islamika tal-istess Iran. Il-hsieb biss li l-Iran ikun integrat mill-gdid fix-xena internazzjonali, b’kuntatti diretti mal-Istati Uniti, qed ihasseb lill-alleati Sunni tal-Amerikani  fir-regjun, bhal Gharabja Saudita, l-Egittu, il-pajjizi tal-Golf u l-Gordan.   Anke ghax l-Iran qed jintervjeni diga fil-politika nterna ta’ numru ta’ pajjizi fosthom is-Sirja, l-Libanu u l-Bahrain.  L-Israel, aktar minn kulhadd huwa vuci fil-miftuh kontra dan il-ftehim li Netanyahu sejjahlu ‘zball storiku’.
 
Il-bazi ta’ dawn l-argumenti kontra l-ftehim huwa wiehed – l-Iran se jerga’ jkun b’sahhtu wisq ?  Se jerga’ jsir, bhal ma kien qabel gie izolat, il-protagonist fir-regjun, bir-riperkussjonijiet li dan jista’ jgib mieghu ghal pajjizi l-ohra li semmejna.  L-amministrazzjoni ta’ Obama minn naha l-ohra temmen li dan il-ftuh lejn l-istat Iranjan ghandu jwassal ghall-bdil fit-tmexxija Iranjana, ghal evoluzzjoni shiha fl-Iran.  Obama jemmen li jaghmel sens li jiehu dan ic-cans, li r-regjun jista’ jkun aktar stabbli b’Iran li jirrispetta l-ligijiet internazzjonali.  

Nov 26, 2013

Kelli ragun !


Ic-caqlieq li thabbar nhar is-Sibt fil-Korporazzjoni Enemalta u fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (WSC) huma kollha rizultat tal-htiega tal-Gvern li jsalva l-interessi tan-nies tal-qalba tieghu aktar milli jfittex l-interess tal-Korporazzjonijiet statali. 
 
Il-musical chairs li thabbru jafu l-genisi taghhom fil-WSC. F'din il-Korporazzjoni kien inbena fi ftit xhur antagonismu qawwi bejn ic-Chairman Tony Meilaq u c-CEO Frederick Azzopardi (ara ritratt), li kien inhatar minghajr sejha pubblika.  (Frederick Azzopardi huwa Kunsillier tal-PL fuq l-Imdina.) Dan il-fatt kont semmejtu waqt id-dibattitu tal-Estimi tal-Ministeru tal-Ministru Konrad Mizzi. Dakinhar kont staqsejt kemm-il darba kien iltaqa l-Bord tal-WSC ghax kien hemm ghajdut li l-Bord mhux jitlaqqa ghax kien hemm problemi kbar bejn ic-Chairman u c-CEO tal-istess Korporazzjoni.  Dakinhar il-Ministru Konrad Mizzi pprova jirredikola l-mistoqsija tieghi. 
 
Gara li ftit granet biss wara gurnal lokali rraporta li c-Chairman tal-WSC Tony Meilaq,  li kien ukoll ic-Chairman tal-ARMS kien irrizenja, liema rizenji gew ikkonfermati nhar is-Sibt li ghadda.  Jinghad li saru sforzi biex jikkonvincu lil Meilaq biex ma jimbarazzax lil dan il-Gvern li diga f'temp ta' 8 xhur hatar zewg Chairmen u zewg CEOs tal-ARMS wara li rrizenjaw l-istess nies li hatar dan l-istess Gvern !  
 
Il-mossi tas-Sibt jikkonfermaw li ghal dan il-Gvern il-meritokrazija ma tfissirx li tilhaq ghax ikun haqqek izda tilhaq ghax tkun tal-qalba.  Jidher car issa saret prassi ta' dan il-Gvern li jahtar CEOs, minghajr sejha pubblika, u minflok ipoggi nies tal-qalba li jkunu servew lill-PL diga.  Mhux ta’ b’xejn li anke l-Editur tal-MaltaToday, Saviour Balzan, spicca kiteb hekk : "Under Muscat's watch, there has not been a single call for a bloody chief executive and really, all this talk of "Malta Tagħna Llkoll" is turning out to be downright offensive: a sick joke that won't go away. It is sad that Muscat believes he can get away with murder."

Nov 16, 2013

Hadlek aktar milli tak

Ftit tal-granet ilu l-Gvern ta’ Muscat ippreżenta budget li mal-ewwel daqqa t’għajn jidher pożittiv.  Qalilna li se jrahhas il-kontijiet tad-dawl b’25% u l-Ministru Konrad Mizzi sahansitra qalilna li eluf ta’ familji se jifrankaw anke 35%.  Jien hdimt ftit somom fuq persuna wahda li tghix wahedha, fuq familja ta’ 2 minn nies ecc skond l-annual average consumption ta’ pajjizna.  U f’kull kaz meta tara l-kont kemm kien jigik u kemm se jibda jkun f’sena, ssib li t-tnaqqis se jkun ta’ 20%.  Dan anke meta tghodd l-EcoReduction fis-somma.
 
Meta tiehu l-konsum ta’ persuna li tghix wahedha skond l-average annual consumption se tispicca tifranka €80 f’sena, preciz daqs kemm taqla f’siegha l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi mill-kuntratt ta’ konsulenza li hadet mill-Gvern tar-ragel taghha u qed idaħħal €13,000 fix-xahar !  Familja ta’ tnejn minn nies se tifranka madwar €101 f’sena. Jekk persuna mit-tnejn tpejjep imqar pakkett sigaretti kuljum, dan il-Gvern se jkun hadlu aktar f’taxxa biz-zidiet tas-sisa.  Ziedu t-taxxa fuq sigaretti b’30c fuq kull pakkett.  Mela dik il-persuna se tkun tat aktar lill-Gvern f’taxxi €109 f’sena, €8 aktar mit-tnaqqis fil-kont tad-dawl !  
 
Imbaghad qalu li l-familji se jifrankaw bejniethom €25 Miljun.  Ma qalulhomx imma li ziedulhom €72 Miljun f’taxxi godda f’sena. Meta wieħed jifli d-dettall tal-budget nifhmu li l-Prim Ministru minn id qed jagħtik miżuri pożittivi bħat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u minn oħra qed jeħodlok aktar flus f’taxxi. U dan meta qabel l-elezzjoni tghidx kemm wieghed li mhux se jżid il-piż tat-taxxi. 
 
Fid-diskorsi taghna qed nuru bil-fatti li l-budget li pprezentawlna hu budget ta’ illużjoni u mhux budgat ta’ vizjoni kif konna nistennew li jkun fl-ewwel budget ta’ Gvern li tela’ b’maggoranza kbira ghax qal li ghandu roadmap cara.  Fil-budget rajna car li ma hemmx roadmap imma bdew biss il-process ghal ghexieren ta’ white papers u anke green papers ghax m’hemmx ideat. L-uniku idea gdida hija biss li tbiegh ic-cittadinanza bl-irhis lil nies li jibqghu mistura. 
 
Id-deċiżjoni tal-Gvern li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hija pożittiva fis-sens li se tkun ta’ appoġġ lill-familji. Fl-istess waqt, id-deċiżjoni tal-Gvern li jżid it-taxxa fuq il-fuel wara biss gimghat li gie fil-Parlament jghid li rahhsu ghall-familji u l-industrija.  Imbaghad jigi ftit granet wara jghidilna li se jghollih ghal fejn kien ghax se jdied it-taxxa fuqu !  Allura minn mar tajjeb ? Zgur mhux il-konsumatur ghax se jibqa jhallas il-prezz li kien ihallas.  Mar tajjeb il-Gvern ghax se jkun gabar aktar taxxa inkluz minn fuq l-Enemalta, dik il-Korporazzjoni li jghidilna li hi falluta.  
 
Huwa ċar li minkejja l-attakki kollha li għamel, il-Prim Ministru Muscat sab is-sodda mifruxa fil-qasam tal-enerġija: l-estensjoni tal-power station poġġiet lill-Enemalta f’sitwazzjoni li se jsir it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qed jifrankaw €1 Miljun kull gimgha ghax l-impjant tal-BWSC hija ferm aktar efficjenti.  Sa Marzu se jkunu ffrankaw €64 Miljun. Imma sadanittant qed jghidu li lill-familji se jifrankawlhom biss €25.  Il-budget jonqos ukoll milli jinċentiva l-użu tal-enerġija alternattiva u effiċjenti. L-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi għall-industrija ngħalqet u ma jidhirx li se terġa tinfetaħ.  X’se jsir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal din l-iskema  ?

 

Nov 15, 2013

Sandy


It-Tabib Sandy – bdejt naqra l-bijografija ta’ Dr Alexander Cachia Zammit li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet.  Ma stajtx nitilqu minn idi l-ktieb hekk kif bdejtu u kwazi spiccajtu. Sandy - il-politiku li kif jgħid il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, fid-daħla tal-ktieb “daq minn kollox”.  It-Tabib Sandy kien l-uniku politiku f’pajjiżna li għadda ġuri.  Ġie mressaq il-qorti wara l-elezzjoni tal-1971, li kien għadu kif rebaħ il-Partit Laburista u ġie akkużat b’serq ta’ dokumenti tal-Gvern.  Għadda minn trawma kbira, imma meta taqra l-ktieb tinduna kemm ir-raġel kien trankwil, paċi mal-kuxjenza tiegħu u konvint minnu nnifsu.  U minkejja li rieduh jitlob maħfra biex ma jitressaqx il-qorti, għazel  li jgħaddi mill-proċess ta’ ġuri għaliex emmen li kien qiegħed fuq in-naħa tas-sewwa.

Din il-bijografija mhux biss ġġibek wiċċ imb’wiċċ mal-valuri u ma’ dak li hu sewwa, imma ġġibek ukoll wiċċ imb’wiċċ ma’ dak li hu ħażin fil-politika – l-abbuż tal-poter, l-istituzzjonijiet bħala strumenti ta’ politika partiġġjana li flok jipproteġu liċ-ċittadin ikunu kompliċi mal-gvern.  Il-pulizija abbużat mill-poter tagħha dakinhar. 

F’dawn it-tmien xhur, u preċiżament ftit siegħat wara li rebaħ l-elezzjoni, il-Gvern Laburista neħħa lill-Kummissarju tal-Pulizija, reġa daħħal fil-korp wieħed minn tal-qalba u għamlu kummissarju.  F’dawn it-tmien xhur mill-Ministeru tal-Intern u mill-Pulizija smajna u rajna stejjer li jqabbduk il-bard.

Fl-eta’ ta’ 89 sena, Sandy hu biedem li tieħu ġost tiltaqa’ miegħu – politiku ta’ veru, ta’ prinċipji, ta’ fibra morali qawwija.  Hemm valuri li għalih m’għandhomx eta’:  il-lealta’, l-għaqda u l-onesta’.  Aħna li qegħdin fil-politika hemm bżonn li nżommu quddiem għajnejna dawn il-valuri l-ħin kollu, li joħorġu s-serjeta’ tagħna, li nkunu ta’ eżempju, għaliex sewwa sew kif jghid Sandy f’din il-bijografija miktuba minn Sergio Grech li tikber kemm tikber, ikollok kemm ikollok eta’, hemm valuri li ż-żmien ma jxejjaħhom qatt.

Nov 14, 2013

Vendikazzjoni ohra


Jekk kien hemm inizzjattiva li kellha success u kienet implimentata minghajr l-ebda kontroversja certament kienet l-inizzjattiva Midd Idejk fil-Biedja. Hekk konna semmejniha l-iskema li bdejna sentejn ilu.   Lil ftit aktar minn 60 persuna ġejjin minn oqsma varji tas-soċjeta, fosthom tabib, perit, ghalliem, inġinier, technician, library assistant u oħrajn konna tajnihom l-opportunita'  jmiddu jdejhom fit-tkabbir ta’ ħxejjex u fjuri f'bicca art gewwa c-Centru tal-Gvern tal-Ghammieri. Għal ħafna minnhom kienet l-ewwel esperjenza u daħlu għaliha b’entużjażmu kbir.   konna tajnihom allotment ta’ 10 mtr b’5 mtr  kull wieħed kif ukoll il-provista ta’ ilma u għamlu festa ta’ prodotti tal-ortikultura bħall-frott, ħxejjex u anke fjuri għall-konsum personali. Permezz ta’ din l-inizjattiva sabu mezz ġdid kif jikreaw ruħhom filwaqt li qed jitgħallmu japrezzaw aktar il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. 

Imma il-Gvern il-gdid tal-Labour lanqas inizzjattiva bhal din ma hamel.  B'vendikazzjoni u b'pika qed jekridha. Beda f'Mejju meta baghtu ittra lil dawk li ghandhom allotment jghidulhom li meta jiskadi t-terminu taghhom se jkollhom jitilqu mill-Ghammieri u jmorru f'bicca art gewwa Bulebell vicin iz-Zejtun. Min kiteb l-ittra qallhom li "minn dejjem kien il-hsieb li l-progett imur barra l-Ghammieri". Mhux veru. Din l-art f'Bulebell konna sibniha biex nakkomodaw aktar nies li kienu applikaw ghal din l-inizzjattiva li sa dak iz-zmien konna ma stajniex nakkomodaw. Imma ras kbira jidher li sabbat saqajh u ghaddiet tieghu. Ma ridhomx hemm allavolja s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes kien qal li ridhom jibqghu.  Imma tar-ras kbira ghaddiet. Roderick Galdes baxxa rasu !

Ftit tal-gimghat ilu mbaghad ghamlu pass iehor biex jeqirdu ghal kollox din l-inizzjattiva. Temmew il-kuntratt ta' servizz tal-koordinatur tal-inizzjattiva.  Bghatulu ittra jghidulu li se jwaqfulu l-kuntratt tieghu b'effett immedjatament mill-ghada ! Lanqas kieku seraq ma taghmillu hekk persuna. Dakinhar li rcieva l-ittra kien diga ntemmlu l-kuntratt. Lanqas sens ta' dicenza !  U mbaghad tal-Labour qabel l-elezzjoni kienu qalulna li se jkunu posittivi u jibnu fuq dak li sar tajjeb. U halluna ! Anke inizzjattiva posittiva bhal din qed jeqirdu. Fost dawk li hadmu l-art hemm anke nies li vvutaw Labour ghax ahna ma konniex naghzlu kif jaghmlu huma. U anke dawn huma ddisgustati. Bosta kkuntatjawni biex jesprimu l-ghadab taghhom.

Nov 1, 2013

Bidliet fid-direzzjoni ekonomika


Mela dan l-ahhar poggejt fuq il-pagna tieghi fuq Facebook, ic-cifra tal-qghad li hareg l-NSO ghax-xahar ta’ Settembru ta’ din i-sena kif imqabbel ma’ Settembru tas-sena l-ohra.  Cifra li turi zieda ta’ 851 persuna bla xoghol fuq is-sena l-ohra. U ktibt hekk : “Mhux sinjali sbieh dawn !”.  Wiehed iltaqa mieghi u qalli:  Kont se nwiegbek fuq dak li ktibt illum fuq Facebook.  Ghaliex qed tghid hekk ? Dan kollu frott tal-politika taghkom.  Dan il-gvern ma biddel xejn mill-politika ekonomika li kont mexjin biha intkom. 
 
Ghidtlu nahseb li ghandek zball.  Da zgur li dan il-Gvern diga ta sinjali ta’ bidla.  L-ewwel.  Din is-sena naqqas l-ispiza b’€21 Miljun.  Ma qalilniex fhiex, imma hija ovvja fejn naqqashom.  Naqqashom mill-ispiza fuq progetti kapitali.  Ovvjament anqas infiq fil-progetti kapitali, anqas haddiema jahdmu. 
 
It-tieni l-incertezza li qed johloq dan il-Gvern stess.  Ezempju politika fuq privatizazzjoni.  Wieghed li mhux se jiprivatizza l-Enemalta u fil-fatt se jbiegh parti lic-Ciniza.  Tahseb li l-haddiema tal-Enemalta mhux inkwetati fuq il-futur taghhom u allura joqghodu lura milli jonfqu ? U bhalhom mhux l-istess il-haddiema tal-Airmalta ? Ezempju iehor tal-incertezza mizrugha mill-Gvern ghalxejn: gej il-budget u qafel is-sigarretti u l-alkahol.  Kulhadd jghidlek li mhux jirrilaxxaw sigaretti u xorb mill-bonded stores.  Kulhadd bezghan minn fejn se jigbor il-50 Miljun Euro f’taxxi ndiretti dan il-Gvern.  Dak ukoll ikollu effett fuq il-konsum.
 
It-tielet:  Il-Gvern irid ikun pro-attiv specjalment fuq industriji kbar u mhux sempliciment reattiv.  Meta ahna kellna industriji bi problemi tajnihom ghajnuna mfassla ghal kull wahda minnhom.  Morna ahna.  Konna pro-attivi.  Meta dan l-ahhar kien hemm il-kaz ta’ mijiet ta’ haddiema tal-ST b’sieghat imnaqqsa, Joe Muscat qalilna li wara li ra rapport fil-media cemplilhom.  Hi x’opra dik !  U sadanittant il-haddiema ghadhom qed jahdmu b’sieghat imnaqqsa !  Dawn industriji li jrid jiggarantilhom mhux biss il-prezent imma l-futur taghhom.

Ir-raba: Zied in-nefqa rikorrenti bl-akbar Kabinett fl-istorja ta’ Malta.  Se jkun nefaq €130 Miljun aktar fuq perjodu ta’ 5 snin aktar mill-Gvern ta’ qablu sempliciment f’pagi ta’ Ministri u l-staff taghhom.  Issa ghandna Ministri part-time.  U bil-haqq mal-€130 Miljun mhux nghodd il-perks tal-familji tal-Ministri bhal mara tal-Ministru Konrad Mizzi.  U mhux ovvja li dawn il-€130 Miljun spiza rikorrenti se jnaqqashom minn progetti kapitali.  Qabel l-elezzjoni qalilna li se jnaqqas l-ispiza rikorrenti biex ikollu nefqa kapitali akbar u issa qed inaqqas l-ispiza fuq progetti fejn jahdmu n-nies u jzied in-nefqa rikorrenti.   Ghidtlu “Xi trid prova aghar minn din li dan il-Gvern bil-mod il-mod qed ibiddel id-direzzjoni ekonomika ?!”  

 

Il-Ministru Scicluna pprova jghidilna li l-istatistika tal-Eurostat ma turix li l-qghad qed jizdied. Li ma qalx il-Profs Scicluna (haga li hu jafha zgur) hu li l-istatistika tal-Eurostat hi bbazata fuq il-Labour Force Survey li juri li hawn 12,800 ifittxu x-xoghol, kwazi elf aktar mill-11,900 li kien hemm sena ilu ! 

 

Li ma qalx ukoll Scicluna hu li l-istatistika tal-Eurostat hija bbazata fuq sample u mhux fuq headcount tan-nies bla xoghol.  Sample bilfors ikollu margin of error, filwaqt li headcount ma jkollux. L-aktar li hu nkwetanti hu l-fatt li qghad zdied fis-sajf meta normalment ikun lanqas minhabba li t-turizmu jassorbi aktar haddiema.  U l-qghad qed jizdied f’pajjizna meta l-ekonomiji tal-Ewropa u l-Amerika qed jitjiebu !


 

Oct 31, 2013

Skema tal-misthija !


Ix-xiri taċ-ċittadinanza Ewropea tagħna l-Maltin mill-baranin, li l-gvern ta' Joseph Muscat qed jipproponi, hu xempju tal-faqar tal-ideat ta’ dan il-gvern. Gvern li jara kollox flus. Oġġetti u servizzi li jinxtraw bil-flus hawn ħafna, imma hawn valuri li ma jinxtrawx bil-flus għax huma imprezzabbli u allura ma taghtihomx prezz. Ix-xiri tac-cittadinanza hu mera ta’ kif jahsbuha Joe Muscat & Co.  Jahsbu li kollox u kulħadd jixtri u jinxtara.  
 
X’assurdita’ jsejhu l-programm Investors Programme meta kull ma hu huwa Buyers Programme !  Anke fl-isem jipruvaw iqarrqu.  X’se jkunu nvestew ?  Se jhallsu €650,000 biex jixtru c-cittadinanza Maltija, cittadinanza Ewropea.  X’ironija dak li tant kien kontra li pajjizna jidhol fl-Unjoni Ewropea issa qed ibiegh ic-cittadinanza Maltija bir-ribass ghax issa din sar fiha valur galadarba ahna parti mill-Unjoni Ewropea u qeghdin fis-Shengen area.   Ara veru nies li ma jafux jisthu ! 
 
U mbaghad minn se jinghata c-cittadinanza ghax jiflah ihallas €650,000 se jibqa mistur.  Ismu mhu se jkun jafu hadd ! U jigu jbelluhilna li jemmnu fit-trasparenza.  Kollox iridu jahbu kif ppruvaw jahbu li qabdu bhala konsulent lil Shiv Nair, frodist u korrott, blacklisted darbtejn mill-World Bank.  U jekk harbilhom dan, x’assikurazzjoni ghandna li ma jaharbulhomx skoss frodisti ohra li ghandhom minn fejn jixtru c-cittadinanza Maltija biex kif qalilna l-Ministru Mallia fil-Parlament jifrankaw it-taxxi li jhallsu f’pajjizhom illum !  U issa lanqas biss se nkunu nafu min huma, ahseb u ara kemm se nkunu nistghu niccekjaw ahna fuqhom. 
 
Din hija skema li taghmel hsara lir-reputazzjoni ta’ pajjizna.  Biex jidhru sbieh jghidulna li pajjizi ohra Ewropej ghandhom Investors Programme marbut ma’ residenza.  Imma qed iqarrqu ghax din li ghamlu huma hija biss Buyers Programme !  Isemmu l-Awstrija, imma hemmhekk trid tkun ghamilt investiment ta’ mhux anqas minn €10 Miljun.  
 
L-iskemi li ghamlu 3 pajjizi tal-Karibew, Antigua, St.Kitts u Dominican Republic huma ahjar minn din l-iskema.  Dawn ghallanqas ghalkemm ibieghu c-cittadinanza ma tawx l-process tal-ghazla lill-kumpanijia privata u fuq kollox ma tawx l-esklussivita’ lill-kumpanija wahda, Henley & Partners. Din il-kumpanija ha tiehu commissions ta' ghexieren ta' eluf ta' euro u qabel mal-Oppozizzjoni nghatat kopja tal-Abbozz kienu diga hargu l-inviti minn din il-kumpanija ghal seminar li sar illum f'Londra fejn mar Muscat. Anke qabel ma l-Parlament beda jidduskutiha kienu bdew ibieghuha fir-Russja.  
 
Reputazzjoni tajba ddum tibniha s-snin, imma twaqqagħha f'ġurnata waħda.  Qalilna li jridna l-aqwa fl-Ewropa.  Imbaghad qed igibna aghar mill-pajjizi tal-Karibew !  U dan kollu biex idahhal €30 Miljun ta’ malajr.  Fi zmien Mintoff konna nittalbu lill-pajjizi barranin, issa spiccajna nbieghu c-cittadinanza ta’ pajjizna fuq il-monti ta’ Miami.  Mhux kapaci jikrea l-gid mit-tkabbir ekonomiku, allura spicca jumilja lill-pajjizna bi skema fejn ibiegh ic-cittadinanza ta’ pajjizna.  Tal-misthija !

Oct 30, 2013

Juza lill-gradwati bhala pedini


Hekk kif tela fil-Gvern il-Labour, l-Ministru Joe Mizzi kien talab ir-rizenja tal-membri kollha tal-Bord tal-Warrant tal-Periti. Mhux biss ta’ dawk li skond il-Ligi kienu appuntati minni bhala l-Ministru li kont responsabli minn dan, izda anke dawk li kienu appuntati mill-Kamra tal-Periti kif wkoll ta’ dawk li kienu eletti b’ elezjoni minn fost il-Warrant holders. Tant saret pressjoni minn naha tal-gvern, li hlief l-Onor Toni Bezzina (li kien elett b’elezzjoni minn fost il-periti bhala raprezentant fuq il-Warranting Board), il-membri kollha tal-Board tal-Warrant tal-Periti spiccaw accettaw li jirrizenjaw.  Dawk maghzula mill-Kamra tal-Periti u dawk eletti zgur li ma kellhom l-ebda obbligu jirrizenjaw.
 
Sadanittant dawk li ggradwaw u jmisshom jiehdu l-warrant thallew jittewbu ! Uhud sahansitra tilfu opportunitajiet ta’ xoghol ghax ma kellhomx warrant x’juru !  Issa f’daqqa wahda jigi l-istess Ministru Joe Mizzi b’emendi ghall-Ligi dwar il-Periti.  U x’gab ?  Ma gabx l-emendi ghall-Ligi kollha kif kont qed nistenna li jgib, imma gab biss emenda biex tbiddel il-komposizzjoni tal-Bord li jaghti l-Warrants.  Tafu x’inhi l-emenda ?  Biex jibda jinnomina hu l-maggoranza tal-membri ta’ dan il-Bord ! Sa llum il-Gvern jinnomina 3 minn 7.  Issa jrid jibda jinnomina 5 minn 9.  Mossa biex jintrebah il-kontroll mill-Gvern.   
 
U c-Chairman li s’issa jinhatar minn persuni li jikkwalifikaw li jsiru Mhallfin u allura b’mill-anqas 12-il sena esperjenza, bl-emenda ta’ Mizzi jista jkun kwalunkwe persuna !  Ma hemmx kriterji.  Jista jkun Mhallef, Avukat, Perit, bennej jew sempliciment attivist tal-Labour !  Barra hekk ma jispecifikax li z-zewg membri l-ohra li jrid jinnomina hu x’esperjenza jrid ikollhom.  Jista jpoggi persuna li ghadu kemm ha l-warrant hu fuq il-Warranting Board.  Il-biza tieghi hi li l-Ministru jrid jaghzel hu l-maggoranza tal-Membri biex jimmanipula u jippoliticizza dan il-bord kif u meta jrid.  Nafu x’gara fl-imghoddi. Illum hemm kriterji cari biex tinghata warrant ta’ perit. B’Warranting Board dghajjef u kkontrolat mill-Gvern, m’ hemm l-ebda garanzija li persuni li ma jilhqghux il-kriterji stabbiliti xorta wahda jiehdu l-warrant. Jekk ghandek xi diploma minn universita li ma sema biha hadd, thabbel rasek xejn, kellem lil Ministru u jirrangalek ! 
 
Il-Kamra tal-Periti llum harget stqarrija fejn uriet it-thassib taghha ghal dawn l-emendi u tablet lill-Gvern jirrikonsidra l-posizzjoni tieghu. Uriet it-thassib taghha wkoll ghall-fatt li numru ta’ gradwati ilhom xhur jistennew biex jiehdu l-warrant taghhom. Dan l-ahhar wiehed perit meta kellimtu fuq dawn l-emendi, qalli “Toqghod taqla xejn.  Hallihom iwaqqfuh il-Warranting Board kif iridu, l-aqwa li l-gradwati jiehdu l-warrant”.  It-twegiba tieghi kienet “Imissek tisthi tghid hekk.  Int qed taccetta li l-gradwati jintuzaw pedini f’ loghba ta’ poter ?!  Ma tindunax li dan abbuz ta’ poter u attakk fuq principju mportanti ? Dan il-principju malajr jaf ikun estiz ghall-professjonijiet ohra minn dan il-Gvern. Hekk jibdew il-problemi – bidla zghira fil-ligi li tidher insinifikanti.”

Oct 19, 2013

LNG - Mistoqsijiet mhux imwiegba


Il-Hadd li ghadda l-Ministru Konrad Mizzi habbar liema kumpanija rebhet is-sejha ghall-LNG Power Station u Terminal tal-Gass.  Ghamel l-konferenza stampa l-Hadd biex bhal li kieku  jenfasizza l-importanza.  Mhux normali li jsiru konferenzi stampa nhar ta’ Hadd mill-Gvern. 

Bhas-soltu Masters tal-iSpin.  Il-Ministru Mizzi qalilna “ Ara il-volum tal-hazna mhux se jkun 180,000 metru kubu kif kien hemm fit-terms of referenceta l-EIA imma 126,000 metru kubu !”  Li ma qalx kien li qabel l-elezzjoni tghidx kemm hambaq biex jghid li l-hazna se tkun biss ta’ 60,000 metru kubu.  U ahna konna nghidulu li ma jaghmilx sens li l-hazna tkun daqshekk biss.  Imma hu baqa jghid li ma tkunx aktar minn 60,000.  U issa bhal speci qed jghidilna biex nifirhu li mhux 180,000.  Qed jilghab s-soltu loghba taghhom.  Spara c-cifra hu stess ghal 180,000 imma issa nizzilha ghal 126,000 xorta aktar mid-doppju ta’ dak li qalilna qabel l-elezzjoni.  Mela mhux 2 koppli tal-Mosta imma 4, biex nuza l-istess anologija li ntuzat qabel l-elezzjoni.

Qalilna li l-hazna se ssir fuq vapur li se jkun permanentament sorgut barra l-power station.  Vapur li jkollu tul ta’ madwar 280 metru, kwazi daqs 3 pitches tal-football ! U jkollu gholi ta’ 17-il sular ‘l fuq mill-bahar !  Mhux billi jipruvaw jimminimizzaw u jirredikolaw.  Din hija hazna li taf toffri perikli anke ghax hija vicin wisq il-power stations.  Kulhadd jaf xi gralu Cipru madwar sentejn ilu. Hija hazna li minhabba l-limitazzjonijiet imposti mid-Direttiva ta’ Seveso se tillimita wkoll l-izvilupp li jista jsir mis-sidien fil-propjeta’ taghhom f’Marsaxlokk. 

Fil-verita’ imma aktar milli gibed l-attenzjoni fuq dak li qal aktar gibed l-attenzjoni fuq dak li ma qalx !  Per ezempju ma qalx b’liema rata il-Gvern se jixtri l-energija.  Ma qalx l-aktar haga mportanti !  Qalilna li se jrahhas.  Fil-verita’ bl-impjant tal-BWSC diga pajjizna se jkun iffranka ‘l fuq minn 52 Miljun Ewro fis-sena minhabba l-efficjenza, u allura t-tnaqqis imissu tah diga u mhux se jistenna sas-sena d-diehla ! Fuq kollox ma qalx lanqas li jorbtu lili u lilek għal 18-il sena li nixtru tabilfors l-elettriku kollu li tipproduċi din il-power station privata waqt li l-power station privata se tintrabat bi prezz għal ħames snin biss.  Ma qalilniex kemm se jsir dredging u qtugh ta’ blat, kemm tiswa din l-ispiza u min se jhallas ghaliha.  Lanqas ma qalilna jekk hux se jcaqlaq id-dolphin li hemm f’nofs il-bajja ta’ M’Xlokk biex ikun jista jghaddi l-vapur li jigi jimla u jekk se jcaqlaqha kemm se tkun l-ispiza u minn se jhallas ghaliha !  Ma qalilniex ukoll li s’issa ghadu ma bediex biex jemenda l-Pjan Nazzjonali dwar l-Energija u l-process tal-SEA (Strategic Environmental Assessment) mitlub mid-direttivi tal-UE. 

Hemm hafna aktar mistoqsijiet u issues li l-Gvern imissu wiegeb jew solva qabel ma kkonkluda.  Hemm skoss mistoqsijiet li ghalihom irridu risposta, anke ghax hemm wisq ko-incidenzi. Bhal ko-incidenza li wiehed mill-ufficjali tal-consortium li rebah il-progett gie kkwotat anqas minn 24 siegha wara li l-vapur tal-hazna diga gie kkuntratjat ! Ahna se nkomplu ninsistu li jaghti risposti ta’ nies lin-nies.