Oct 30, 2008

Triq it-Torri - ezempju ta' xoghol bil-ghaqal.

Meta dalgħodu żort ix-xogħolijiet li qegħdin isiru fi Triq it-Torri rajt kif meta ix-xogħol isir tajjeb, minkejja xi inkonvenjenti li jistgħu jinħolqu, flok ilmenti tirċievi komplimenti.

It-Taqsima tax-Xogħolijiet matul dawn l-aħħar tlett ġimgħat ħadmet bis-sħiħ sabiex inżommu mal-programm miftiehem u b’hekk ix-xogħolijiet jitlestew fil-ħin. L-ewwel fażi tal-proġett hija issa lesta wara li nqalghet it-triq u gew mghoddija s-servizzi kollha mill-gdid. It-triq reġghet infetħet għat-traffiku. Issa fadal l-aħħar fażi, ix-xogħol tal-pavimentar tal-bankini kemm ta' Triq it-Torri kif ukoll taż-żewġ sqaqien li jmissu magħha. Hadt gost nara l-pavimentar li tlesta s'issa. X'differenza mill-mod kif kienet qabel !Kont nisthi kwazi nghaddi minn hemm.

In-nies li waqfuni waqt li kont għaddej f’din it-triq kellhom kliem ta’ tifħir għal mod ta' kif imxew il-haddiema f’dan il-proġett. Kulħadd jifhem li ż-żona kummerċjali ta’ Tas-Sliema għandha tingħata attenzjoni u prijorita’ fuq l-aġenda tagħna mhux biss għal-benefiċċju tal-komunita’ Sliemiża iżda wkoll għal-kwantita’ ta Maltin u turisti li jiffrekwentaw din iż-żona.

Lejn il-Bidu tas-sena d-dieħla se nkunu qegħdin nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-pjazza Sant’Anna. Din il-pjazza li llum hija biex ngħid hekk ‘magħluqa’ se tara kambjament enormi. Fl-istess perjodu irid isir ix-xoghol ukoll fuq parti ohra ta' Triq it-Torri, il-parti li twasslek ghal Piazzetta. Eventwalment nirrangaw ix-Xatt ta' Tas-Sliema kollu. Fadal hafna xoghol, izda naslu.

Oct 29, 2008

Going to the People

Fi tmiem il-gimgha kelli l-opportunita’ nindirizza l-Workshop li organizzat l-ghaqda tal-istudenti tal-Fakulta tal-Ambjent Mibni, dik li kienet il-Fakulta tal-Arkitettura. Kienet it-tielet darba li kont mistieden naghmel dan. Biex inkun onest, veru li niehu gost naghmel dan ghax igibli nostalgija ghal meta kont jien student tal-Arkitettura ! Kull sena jaghzlu post fejn jghixu u jahdmu flimkien ghal tlett ijiem. Xi xahrejn ilu kienu kelmuni biex nghinhom isibu post fejn jorganizzaw il-workshop ta’ din is-sena. Issuggerejt l-Ospizio fil-Furjana fejn it-Taqsima tar-Restawr ghandha l-ufficcji taghha.

Dan il-workshop jaghtihom l-opportunita’ li jahdmu flimkien u jikrejaw disinji nnovattivi. Minn xi snin ilu bdew imbaghad jesponu dak li jkunu kkrejaw f’postijiet pubblici. Din is-sena hadu l-istallazzjonijiet taghhom fit-toroq tal-Belt Valletta. Hija idea tajba ghax b’hekk iqajjmu diskussjoni pubblika dwar l-ideat taghhom. Fid-diskors tieghi shaqt kemm hu mportanti li ma jinghalqux fil-campus ta’ Tal-Qroqq izda johorgu ‘l barra halli jifhmu aktar x’jahseb il-pubbliku u jaqsmu fl-istess hin l-ideat taghhom mal-pubbliku. B’hekk biss jirbhu l-fiducja tal-pubbliku. Fl-istess hin appellajtilhom biex ma jiddejqux ikunu avventuruzi u innovattivi.

Nemmen li fl-Universita’ hemm minjiera ta’ ideat li xi kultant mhijiex sfruttata bizzejjed. Kien ghalhekk li xi xahrejn ilu ssuggerejt lil Kap tal-Fakulta, Dr.Alex Torpiano, numru ta’ progetti li nixtieq nara l-ideat u l-kreattivita’ tal-istudenti tal-Arkitettura fuqhom halli mbaghad eventwalment ikunu trasformati fi progetti pubblici mit-Taqsima tax-Xoghlijiet. Hadt gost li mhux biss accetta imma gie b’ideat hu stess. Ferhan li l-Perit Alex Torpiano qieghed bil-mod il-mod ibiddel il-Fakulta’, mhux biss fl-isem izda fil-mod kif tidjaloga u tahdem mal-istudenti. Fakulta’ li anke jien kont kritiku hafna taghha ghax fl-opinjoni tieghi kienet qed issir irrelevanti ghax ma kenitx pro-attiva bizzejjed.

Oct 25, 2008

Clean-up bil-fjuri

Matul l-ahhar tlett ijiem kellna Clean-Up madwar Malta u Ghawdex. B'kollox ippartecipaw madwar 2,400 persuna f'dawn it-tlett ijiem. L-idea kienet li ngeghlu lill-pubbliku jiprotesta kontra it-tfiegh ta' skart billi jaghmel azzjoni posittiva. Hadu sehem diversi gruppi, minn girl guides u scouts sa abseilers, minn haddiema klerikali tal-MEPA sa haddiema tal-id tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, minn sewwieqa tal-go-karts ghal divers. Kollha taw semhom.

L-attivita' tat-tindif li l-aktar impressjonatni kienet dik tal-bierah fejn haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet naddfu area kbira bejn Zonqor Point, M'scala u x-Xaghra. Kien hemm minn kollox ! TVs, washing machines, injam, pipes, madum tal-kmamar tal-banju u sahansitra sinks u toilets ! Tal-misthija kif nies irrendew din il-parti tant sabiha tal-kosta tan-naha t'isfel ta' Malta. Ma nistax nifhem xi htiega hemm li persuna tarmi oggetti hawn meta ghandna s-servizz tal-bulky refuse collection jew tal-facilitajiet tal-iskart goff (CAS).

Wiehed mill-attivitajiet l-aktar interessanti kienet dik ta' madwar 16-il girl guide li dalghodu marru fi Triq ir-Republika u lil kull min qabdu jitfa xi haga fl-art tawh fjura b'messagg "Ghandna bzonnok...titfax affarijiet fl-art". Messagg posittiv minflok citazzjoni. Ghal llum biss. Minn ghada min ma jismax bis-sewwa ikollu jisma bid-dnewwa !

Oct 22, 2008

Lejn energija nadifa

Fi tmiem il-ġimgħa kemm il-Prim Ministru kif ukoll jien, tajna hjiel dwar l-inizjattivi li behsiebu jiehu l-Gvern biex jintlahqu l-miri ambizzjuzi li għandu quddiemu pajjizna specjalment fil-generazzjoni ta' energija minn sorsi nodfa, bhar-rih.

Spjegajna kif fl-aħħar xhur konna qed naħdmu bis-sħiħ biex inkunu f’pozizzjoni li nibnu proposta konkreta halli f'pajjizna jkollna l-ewwel windfarm off-shore, speċifikament fuq is-Sikka l-Bajda. Dan hu proġett li l-investiment għalih mistenni jlaħħaq il-€130 miljun, liema investiment isir primarjament mill-privat. L-energija minn dan il-windfarm ghanda taghti lil pajjiz mal-4% tal-energija li nikkunsmaw kull sena. Il-Gvern ser jipproponi wkoll xi siti fuq l-art fejn fihom ikunu jistgħu jitpoġġew ukoll xi windmasts.

Biex nilhqu l-mira taghna hemm inizjattivi li jrid jiehu l-Gvern izda hemm ukoll hidma li trid issir minn mill-familji sabiex jutilizzaw sorsi ohra ta' energija jew jaghmlu uzu minn apparat li jnaqqas il-konsum tal-energija. Kif ġa ħabbarna, se nkunu qed ngħaddu mat-€33 miljun lill-familji u kumpaniji biex fil-ħames snin li ġejjin jixtru sistemi li jiġġeneraw enerġija nadifa bħalma huma l-photovoltaic panels.

Fid-diskors li ghamilt fil-Kunsill Generali ghamilt appell sinċier sabiex ikollna diskussjoni matura li tmur lil hemm mill-partiġġjanizmu politiku halli naslu biex ikollna dawn il-facilitajiet. F'pajjiz zghir bhal taghna xi hadd bilfors se jghid li dawn il-facilitajiet se jkunu "vicin" tieghu. Izda minn naha l-ohra ma nistghux nibqghu ma naghmlu xejn. Biex nilhqu l-miri taghna hemm bzonn nuzaw is-sorsi nofda kollha, specjalment mix-xemx u mir-rih. Jekk naslu biex naghmlu dan allura ikollna ukoll anqas tniggiz.

Oct 20, 2008

Promozzjoni ta' prodotti lokali

Il-gimgha l-ohra ħadt sehem fl-ewwel laqgħa ta’ kumitat li waqqaft apposta biex jgħinha fil-promozzjoni tal-prodott lokali. Nemmen li aħna għandna prodott mill-aqwa, uniku, u fl-istess waqt nibza li kultant ma nieħduhx ħsiebu bizzejjed.

Fis-snin li għaddew, bħala Ministeru responsabbli, konna ġa bdejna xi inizjattivi fosthom logo ‘Naturalment Malti’ kif ukoll kampanja ta’ informazzjoni dwar diversi prodotti tipiċi Maltin u issa rrid li nkomplu nibnu fuq dawn l-inizjattivi. Kull meta nsiefer, u ċert li din hi esperjenza li jgħaddi minnha kulħadd, ninnota kemm pajjizi barranin jiddelettaw bil-prodott tipiku tagħhom. Jagħmlu sew pero għalfejn m’għandniex nagħmlu hekk aħna wkoll?

Il-Kumitat qed jitmexxa minn Matty Cremona (ara ritratt) li hija awtur ta' numru ta' kotba fuq il-prodotti u l-ikel Malti. Hassejt il-htiega li nwaqqaf dan il-kumitat, anke minhabba l-isfidi li qed jiffaċċja l-prodott tagħna prinċipalment minħabba l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Meta ndirizzajt lil kumitat ghidt li dan għandu jara, fost affarijiet oħrajn, kif jista’ jindirizza dawn l-isfidi billi juri kif tista tkun imtejba d-dehra tal-prodott lokali u jsib ukoll niċeċ ta’ fejn il-prodott lokali jista’ jkollu suċċess.

Il-Kumitat jiġbor fih rapprezentanza wiesa’ mis-settur agrikolu, kif ukoll minn nies mill-qasam tal-promozzjoni u marketing u nies li għandhom għal qalbhom il-prodott u l-kċina Maltija.

Ninnota b’sodisfazzjon l-għarfien dejjem jikber għall-prodott Malti. Infaħħar lid-diversi Kunsilli Lokali u għaqdiet lokali li donnhom daħlu f’taqtiegħa pozittiva bejniethom ta’ min ser jorganizza l-aqwa attivitajiet favur il-prodott lokali. Is-Sibt l-iehor zort l-attivita’ Casal Fornaro f’Ħal Qormi, attivita’ li ssellem it-tjubija tal-ħobza Maltija. Ċert li dan l-għarfien dejjem jikber għandu jkompli jtina l-kuraġġ biex inkomplu ngħollu l-livell, it-tjubija u l-imħabba lejn il-prodott lokali.

Oct 19, 2008

Politika u Umorizmu

Il-gimgha filghaxija ircivejt sms minghand habib tieghi li mar jara il-produzzjoni More Fourplay fit-Teatru Manoel. Mill-sms stajt nifhem li ddejjaq li ra ritratt tieghi on stage. Ippruvajt nfiehem li ma hemm xejn hazin u li tajjeb li nidhqu aktar anke bil-politici. Il-politika ta' pajjizna xi kultant tmur minn estrem ghall-iehor, jew serja zzejjed jew taqa' f'disprezz totali.

Ftit li xejn ikollna okkazzjonijiet f'pajjizna fejn l-umorizmu u l-politika jithalltu flimkien. Din il-gimgha gewwa New York kien hemm fundraising event u stiednu liz-zewg kandidati Presidenzjali, Obama u McCain. Ma ddejjqu xejn jghidu jokes fuqhom stess. Biddlu l-battuti iebsin lejn xulxin ghal self-deprecating jokes. Hadt gost narhom fuq bbc.online.

Il-bierah filghaxija mort ma' Lourdes nara More Fourplay u l-veru ghoxejt. Kont ili ma nidhaq dahqa tajba daqshekk. L-erba atturi Alan Montanaro, Louiselle Vassallo, Alan Paris u Isabel Warrington kienu eccellenti. Fil-break smajt bosta jghidu "Imqar li jkollna ferm aktar produzzjonijiet bhal dawn". Hekk hu. Ghandna More & More. Dakinhar nerga nkun hemm !

Oct 14, 2008

Il-fkieren jinhelsu

Kieku jafu jitkellmu zgur li llum id-disa’ fkieren li ħlisna wara li ddewwew kienu jgħidulna ‘grazzi u għall-erwieħ’!

Din is-sena wkoll ħadt gost li ningħaqad ma’ numru ta’ tfal li jipparteċipaw fil-programm EkoSkola biex flimkien naraw il-ħelsien ta’ dawn il-fkieren li fiha nnifisha hija wkoll esperjenza ta’ tagħlim mill-aqwa ta’ kemm għandna nirrispettaw lill-annimali. Hija wkoll lezzjoni utli biex nirrispettaw l-ambjent għaliex ħafna drabi dawn l-annimali tant sbieħ jispiċċaw vittmi tal-ħmieġ li nwaddbu fil-baħar.

L-ezerċizzju li bih fkieren jiddewwew u jinħelsu huwa wieħed regolari u jinvolvi proċess twil ta’ kura lill-fkieren fiċ-ċentru ta’ l-Akwakultura ta’ San Luċjan. Il-fkieren jinġiebu minn persuni li jaraw speċi ta’ fkieren li jkunu midruba jew ikunu f’diffikulta’, imbagħad meta jkun iċċertifikat li dawn fiequ jerġgħu jinħelsu.

F’attivita’ bħal din jispikka mhux biss l-entuzjazmu tat-tfal prezenti izda anke d-dedikazzjoni tal-volontarji tan-Nature Trust li jghinu anke fil-kura tal-fkieren gewwa c-centru ta' San Luċjan. Ħadt gost dalgħodu nagħti sorpriza lil Vince Attard, President Nature Trust, u mat-tfal kantajnilu Happy Birthday. Zgur li kieku setgħu anke l-fkieren kienu jkantaw magħna!immexxija minn Vince Attard.

Oct 12, 2008

Ilma ghall-llum u ghal ghada

Din il-ġimgħa ħabbart it-tnehdija ta’ ezerċizzju ta’ notifikazzjoni għall-boreholes li għandna f’pajjizna. Irrid ngħid li huwa fatt magħruf li pajjizna huwa miksi b’dawn il-boreholes u l-Gvern iħoss li wasal iz-zmien li nerġgħu nagħmlu dan l-ezerċizzju.

Skond kalkoli tal-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi, biex ir-rata ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma tkun waħda sostenibbli għandu jiġi estratt mhux aktar minn 23 Miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena. Biss huwa stmat li qed jitella mill-pjan madwar 34 Miljun metru kubu fis-sena, jiġifieri madwar 11-il miljun metru kubu aktar fis-sena.

Il-Gvern ħareġ żewġ Avviżi Legali ħalli l-awtoritajiet ikollhom stampa ċara ta’ kif qed tintuża ir-riżorsa ta’ l-ilma ta’ taħt l-art. Dan għaliex huwa fatt stabbilit li l-kundizzjoni ta’ dan ir-riżors, li huwa l-uniku sors ta’ ilma naturali għall-pajjiż, jinsab taħt pressjoni kbira u għalhekk hemm bżonn li pajjiżna jibda jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi garantita s-sostenibilita’ ta’ dan ir-riżors. Hemm ħtieġa li l-ilma ta’ taħt l-art jibqa’ sors ta’ ilma tajjeb u li jkun kapaċi jsostni d-domanda għall-ilma f’Malta u Għawdex mhux biss għal-lum iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Oct 10, 2008

Impressjonanti !

Hekk għidt bejni u bejn ruħi l-bieraħ meta kelli l-okkazjoni li flimkien mal-media ninzel nara l-progress li sar fix-xogħlijiet ta’ mmodernizzar ta’ l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn.

Jekk Alla jrid, f’Marzu li ġej l-impjant jitlesta minn kollox u jkun jista’ jibda jaħdem skond il-kapaċita’ kollha tiegħu. Ifisser ukoll li fi ftit xhur oħra minn dan l-impjant tibda tkun iġġenerata enerġija daqs kemm tintuza minn 1,400 dar 'sena. Dan l-impjant modern, li fih investejna mat-€23 miljun qed jippermettilna li nilqgħu fih materjal riċiklabbli. Irrid ngħid li r-rispons tal-pubbliku jimlina b’kuraġġ biex ninvestu aktar. Il-bieraħ għidt kif sa’ Settembru ta’ din is-sena ġbarna skart separat daqs kemm konna ġbarna fl-2007 kollha.

Mal-ġurnalisti dħalt taħt it-tinda magħluqa u magħhom stajt nara kif il-proċess kollu qed isir bl-anqas impatt possibli għar-residenti ta’ l-inħawi. Ftit metri biss bogħod mit-tinda fejn is-sir il-proċess ta’ riċiklar l-anqas biss tinduna bl-attivita’ kbira li tkun għaddejja. Fuq kollox, ma xxomm xejn. Urejna kif mhux veru dak li certi persuni kitbu fil-gurnali li gejja riha tintenn mill-impjant.

Kien b’kumbinazzjoni li z-zjara tiegħi tal-bieraħ seħħet jumejn biss wara li l-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew iddeċieda li ma jaċċettax petizzjoni li kienet saret mill-Front Kontra l-Impjant. Ghal darb'ohra dan il-Kumitat qal ċar u tond li fil-proċess kollu li wassal għall-immodernizzar ta’ l-impjant, l-awtoritajiet Maltin osservaw ir-regoli Ewropej.

Madwar tliet snin u nofs ilu kont inzilt ukoll hemmhekk u impressjonatni l-intolleranza ta’ udjenza ostili li dawret laqgħa suppost ta’ konsultazzjoni f’waħda ta’ konfrontazzjoni. Fost dawk li dakinhar rewħu l-konfrontazzjoni kien hemm il-mexxej attwali tal-MLP, li tgħidx kemm qala’ ċapċip meta ddikajra li kien se jagħmel ħiltu biex jiffrizalna l-fondi tal-Unjoni Ewropea !

Oct 8, 2008

Dinja f’taqlib

Dak li jkun għaddej f’pajjiż partikolari llum malajr jinħass fl-erbat irjieħ tad-dinja. M’għandniex xi ngħidu jekk dak il-pajjiż ikun l-Istati Uniti allura l-effetti globali jinħassu ferm iktar, u ferm aktar malajr. Dak li għaddej bħalissa fid-dinja finanzjarja kellu effett prattikament fuq iċ-ċentri finanzjarji ewlenin u heżżet il-pedamenti ta’ wħud mill-pilastri finanzjarji internazzjonali. Dan kollu jaf il-bidu tieghu fi prattiċi ta’ self fuq propjeta’ fl-Istati Uniti li ma kenux sostenibbli.

Biex wieħed jixtri propjeta’ ħafna drabi jmur jissellef minn bank jew istituzzjoni finanzjarja. Il-bank isellfek il-flus, imbagħad hu jissellef ma’ istituzzjonijiet ta’ investiment speċjalizzati. Sakemm il-prezz tal-propjeta’ kien dejjem tiela’, u sakemm ir-rati ta’ imgħax kienu neżlin jew baqgħu baxxi, ma nqala xejn. Pero l-għawġ beda hekk kif in-nies bdew iħossu l-effetti ta’ rati ta’ imgħax li bdew telgħin mill-ġdid, ekonomija li bdiet tbatti, u allura bdew isibuha diffiċli biex jagħmlu l-pagamenti dovuti, din il-‘magna perfetta’ bdiet tieqaf. Il-banek minn naħa tagħhom bdew iħossu l-problema ta’ likwidita’ u s-sistema finanzjarja daħlet f’ċirku vizzjuż.

Irrid ngħid li r-rispons tal-Gvernijiet, Banek Ċentrali u l-awtoritajiet kien wieħed deċiż u immedjat. Sa’ llum stess għadna kif smajna li l-Banek Ċentrali ewlenin naqqsu r-rati ta’ l-imgħax f’mossa konġunta u rari, pero li tindika kemm id-dinja qed tieħu din il-krizi b’serjeta’.

Jidher li s-sistema finanzjarja Maltija hija mħarsa minn din il-kriżi u l-istituzzjonijiet finanzjarji Maltin huma esposti b’mod limitat. Dan ma jfissirx li m’għandniex nibqgħu nużaw l-akbar kawtela. Kien dan il-messagg principali tal-Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech, illejla meta ta spjega dettaljata. Hadt gost nisimghu u tghallimt. Ma nistax nghid l-istess fuq l-Deputat Mexxej tal-MLP, Anglu Farrugia, li fid-diskors tieghu bazikament allega li l-istqarrija tal-Ministru Fenech hija paraventu ghall-falliment ekonomiku tal-Gvern !

Voices - Tell me why ?

Fi tmiem il-gimgha attendejna ghall-kuncert Voices li din is-sena wasal fl-10 edizzjoni tieghu. Bhas-soltu kien kuncert mill-aqwa. Minkejja li f’dawn l-ahhar snin drajna b’kuncerti ta’ uhud mill-aqwa esponenti tal-muzika internazzjonali, xorta dan il-kor ta’ 200 ruh, kollha kemm huma voluntiera, baqa’ jigbed folol kbar ta’ nies ghall-kuncerti li jorganizza darba kull sentejn. Din is-sena il-kuncerti kienu mqassma fuq 10 serati u kollha kienu mimlijin daqs bajda.

L-ghazla tar-repertorju bhas-soltu kienet wahda varjata u differenti mis-snin ta’ qabel. Kienet ghazla ta’ muzika li nahseb li kient tappella ghal gosti ta’ kulhadd. Muzika bhal Se Bastasse Una Canzone ta' Eros Ramazotti jew Rocket Man ta’ Elton John li aktar appellaw lili u lil Lourdes waqt li l-kanzunetti Grace Kelly u You can’t stop the beat izjed ghogbu lit-tifla Mattea.

Fil-break kelli cans nitkellem ftit ma’ l-organizzaturi. Qaluli li l-kor u l-banda ilhom mill-bidu tas-sajf ghaddejjin bir-rehearsals. Bhas-snin ta’ qabel dan l-impenn kollu minn grupp ta’ voluntiera qed isir biex jingabru fondi ghal bosta progetti socjali, fosthom centru ta’ taghlim imexxi mill-Caritas ghal madwar 50 resident f’San Blas.

Ghal din is-sena l-organizzaturi ghazlu t-tema ‘Tell me why? Domanda li z-zghazagh taghna ta’ spiss isaqsu lilhom infushom. Ghalfejn dan il-faqar? Ghalfejn din il-vjolenza? Ghalfejn id-droga ? Domandi li hafna drabi l-anqas ahna l-adulti ma’ nafu nwiegbu.
Ritratt: Darrin Zammit Lupi

Oct 5, 2008

Titjib fis-santwarji tal-annimali

Il-bierah kelli l-okkazjoni li niltaqa’ ma’ numru ta’ għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-annimali. L-attivita’ tal-bierah kienet konsegwenza wara li f’Mejju li għadda l-Gvern kien niehda skema li permezz taghha pogga ghad-disposizzjoni tal-NGOs li ghandhom santwarji tal-annimali €175,000 biex isir titjib fis-santwarji taghhom.

Il-proġetti li ġew sottomessi mill-għaqdiet volontarji, ghaddew minn proċess ta’ għazla li sar minn bord indipendenti maħtur minni u mmexxi minn Dr Austin Sammut. Bhala Gvern ghamilniha cara, u hemm qbil fuq dan anke mal-NGOs, li se naghtu sentejn sabiex is-santwarji tal-annimali f'pajjizna jigu up-to-standard. Izda mbaghad se jkollna nagixxu biex naghlqu s-santwarji li ma jkunux lahqu l-istandard.

Minn barra din il-mizura din is-sena nhedejna inizzjattiva ohra favur il-ħarsien u l-ġid tal-annimali. Bdejna flimkien mal-NGOs programm ta' neutering fuq klieb u qtates li jiggerrew barra. Ghal din l-inizjattiva bhala Gvern hrigna is-somma ta' madwar €175,000 li ntefqu biex jitħallsu l-veterinarji. B'hekk s'issa ġew neutered aktar minn 1,500 annimal.

Dawn huma uhud mill-inizjattivi li l-Gvern prezenti ha biex jghin lil bosta NGOs li jahdmu f'dan il-qasam tant importanti ta' pajjizna. L-ghajnuna tal-Istat hija wkoll rikonoxximent ghall-hidma kbira lil hafna volontiera jaghmlu sabiex ikunu mharrsa l-annimali.

Oct 4, 2008

Ghajnuna ghal kwalita' ghola

Il-bierah filghodu mort sal-impjanttal-Malta Dairy Products (MDP) fil-Ħamrun, impjant mill-aktar modern u li jien inqisu bħala wieħed minn ta’ quddiem nett, anzi vetrina, tat-titjib li sar fl-agro-industrija Maltija fl-aħħar snin. Fl-ahhar erba' snin l-MDP investiet xejn anqas minn €10M biex titrasforma dan l-impjant ghal wiehed li jilhaq l-istandards ewropej.

Mort l-MDP għax propju din il-kumpanija hija waħda mill-benefiċjarji ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea maħsuba għall-titjib fl-ipproċessar u promozzjoni ta’ prodotti. Bil-fondi li hadet l-MDP issa se jkollha makkinarju li se jghinha tintroduci sensiela ta' yogurts godda fuq is-suq lokali

Jien kelli okkazjoni ngħid kif dawn il-flus se jagħtu lis-settur agrikolu valur miżjud li jgawdi minnu l-proċessur, il-bidwi, r-raħħal u fuq kollox il-konsumatur li se jkollu prodott ta’ kwalità ogħla skond in-normi ta’ l-iġene u konformi ma’ standards Ewropej. Fost il-kumpaniji li gawdew il-bierah insibu kumpanija li tiproduci t-tadam, ohra li trabbi l-fniek, kumpanija li tiproduci l-inbid, ohra li tiproduci zejt taz-zebbuga u ohra li tiprocessa laham lokali.

Fl-istess attivita’ ħabbart ukoll li fit-tieni pjan għall-iżvilupp rurali li jkopri s-snin mill-2007 sal-2013 hemm allokati għalih madwar €100 miljun. ghall-perjodu 2004-2006 kellna €33M. Meta tqabbel l-ammont li kellna ghall-ewwel perjodu u l-perjodu ta' issa ssib li fil-fatt se jkollna zieda ta' 8%. Dan huwa settur li ghamel bidla kbira f'mument fejn ma kellux biss jikkompeti f'suq hieles imma qed ikollu jiffaccja ukoll l-isfida taz-zieda fil-prezzijiet tal-ghalf u z-zejt.

Dak kien zmien !

Il-bierah filghaxija kelli okkazzjoni li geghlitni nifhem kemm qed nixjieh ! :) Kelli re-union tal-membri tal-choir tal-Parrocca ta' San Girgor, Sliema. Gew hafna mill-membri ta' dak iz-zmien. Uhud sfortunatament m'ghadhomx maghna. Hadna gost niltaqghu wara hafna snin. Flimkien ma' huti kont membru fil-choir, apparti li kont ghal zmien twil abbati fl-istess parrocca. Dak iz-zmien konna skoss tfal fil-Parrocca ta' San Girgor, imma llum il-parrocca, u kwazi tas-Sliema kollha, saret kwazi centru tal-anzjani !

Ma waqafniex nirrakontaw il-hmerijiet li konna naghmlu ta' tfal li konna. Kulhadd ghadu jiftakar li waqt ir-rehearsals tal-choir bosta drabi Ms.Baldacchino li kienet d-direttrici tal-kor kienet tispicca tkeccini 'l barra ghax inkun qed inparla jew naghmel xi cajta goffa ! "George u Charles barra !" Charles Azzopardi li llum jahdem il-BOV, imma dak iz-zmien kien il-percimess mieghi.

Id-diskors waqa' fuq kif konna nghixu ahna u kif jghixu llum t-tfal taghna. Omm minnhom qaltli "Ma kellna xejn u konna niehdu gost b'kollox, illum t-tfal ghandhom kollox u ma jafu jiehdu gost b'xejn!" Hafna mill-membri kienu tfal tal-haddiema. Konna niehdu gost b'affarijiet semplici u nfittxu attivitajiet fi grupp bhal l-kor stess, hikes u ghum. Iz-zmien jinbidel u nbdilna ahna ukoll.