Apr 28, 2009

Time for Action.

Kif ghidt ftit tal-granet huwa tajjeb li niccelebraw l-inizjattiva ta' pajjizna 20 sena ilu fuq l-issue tat-tibdil fil-klima izda hemm bzonn azzjoni konkreta biex pajjizna jaghmel il-parti tieghek f'din il-glieda kontra t-tibdil fil-klima. Parti mill-azzjoni hija dik ta' generazzjoni ta' energija nadifa, inkluz dik mir-rih. Huwa ghalhekk b'ghaqal u responsabilita' li llum il-PM u jien habbarna li se jigu studjati 3 siti biex fihom isiru windfarms. Il-proposti tal-postijiet fejn se jsiru aktar studji huma: Wied Rini u Ħal Far fuq l-art, u s-Sikka l-Bajda fil-baħar.

Id-deċiżjoni tal-Gvern hi deċiżjoni li mhux biss tikkonferma l-impenn tal-Gvern ghall-ambjent ahjar imma hija wkoll impenn ghal kompetittivita’ akbar ta’ pajjiżna u l-ħolqien tax-xogħol. L-applikazzjonijiet lill-MEPA għal dawn it-3 siti qed isiru wara studji preliminari li saru minn team tekniku. Dawn l-istudji li jridu jsiru jinkludu fost l-oħrajn il-qawwa tar-riħ, l-avjazzjoni u l-attivita’ marittima u l-ambjent.

It-tħabbira tal-lum hija biss il-bidu ta’ proċess sħiħ tal-ippjanar li jrid isir, liema proċess se jkun wieħed miftuħ u trasparenti u fejn kulħadd ser ikun mistieden jesprimi ruħu. Il-Gvern marbut b’miri ċari sal-2020 u għalhekk pajjiżna m’għandux il-lussu li jista’ joqgħod jistenna l-iżvilupp ta’ teknoloġiji mingħajr fl-istess waqt ma jarax kif jimmassimizza l-alternattivi li jeżistu llum. B'kuragg qed niffaccjaw l-isfidi halli għada pitgħada uliedna jħarsu lura u jirrikonoxxu li aħna wettaqna dak kollu possibli biex huma jgawdu minn enerġija nadifa u minn ambjent aħjar.
http://www.doi.gov.mt/EN/News/newsitems/audiorecording%20-28.04.09.asp

Apr 27, 2009

Lejn M'Xlokk ahjar

Bejn il-bieraħ u llum kelli x-xorti li nżur M'Xlokk darbtejn. Il-bieraħ filgħaxija attendejt għal quddiesa li mmarkat il-bidu tal-istaġun tat-tonn, filwaqt li dalgħodu mort inżur ix-xogħlijiet li bdejna fuq il-promenade ta’ Xatt is-Sajjieda. L-attivita prinċipali tul dan ix-xatt hija kkaraterizzata mill-ħidma tas-sajjieda nfushom u l-beigħ tal-ħut, u t-tama tieghi hija li b'dawn ix-xoghlijiet nsahhu dawn l-attivitajiet halli naghmlu minn M'Xlokk post li jattira aktar Maltin u turisti.

Dan il-proġett ikopri 9,200 metru kwadru t'art u se jiġi jiswa ‘l fuq minn €1,200,000. Sa qabel is-sajf se tkun lesta l-ewwel fażi ta’ dan il-proġġett kbir li tinkludi t-twessigħ, mogħdija ta’ servizzi ġodda u l-pavimentar gdid. Għall-pavimentar qed jintuża l-materjal magħruf bħala porfido kif ukoll granit li jikumplimentaw lil xulxin fid-disinn li bih qed jiġu ppavimentati l-bankini. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm il- Gvern irid li b’mod konkret jinvesti fit-tisbih taz-zoni kollha ta' pajjizna, specjalment iz-zoni l-aktar importanti marbuta mal-attivita' turistika ta' pajjizna.

Dan kollu qed isir bl-anqas inkonvenjent possibbli tant li sabiex waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet ma ntelfux mir-rutina lil tal-ħwienet u ristoranti gew installati ukoll footbridges li għamlu aktar facli l-access ghad-djar tar-residenti u ghall-hwienet sakemm ikun ghaddej ix-xoghol kif ukoll jigi evitaw kull tip ta’ periklu. Mhux facli tahdem f'zoni bhal dawn ghax filwaqt li xoghol bhal dan jaqla hafna skomdu, ghamilna mill-ahjar li stajna biex inhallu l-attivita' kummercjali ghaddejja bl-anqas tfixkil possibli.

Apr 26, 2009

7,500 kilo ta' frawli

Eluf ta' nies honqu z-zuntier u l-piazza tal-Imgarr illum ghal Festa tal-Frawli, bizzejjed biex inxtraw f'nofs ta' nhar mal-7,500 kilo ta' frawli. Kien hemm minn kollox, frawli friska, ross bil-frawli, ravjul bl-irkotta u l-frawli, milkshakes bil-frawli, smoothies, inbid tal-frawli u frawli miksi cikkulata. Biex inkun onest ma flahtx ma nduqx wahda ! Allavolja kelli lill-Prim Ministru ghassa ghalija. Ma kelliex lil Lourdes u llum kelli lilu bhala gwardjan tieghi.

Kien hemm gost tassew. Din hija festa li dahlet sew fil-kalendarju kulturali ta' pajjizna u minn din is-sena dahhalniha fil-kalendarju tal-festi tal-prodott lokali, Naturalment Malti. Kienet it-tielet wahda din is-sena wara dik tal-qaqocc f'Haz-Zabbar u dik tat-tigieg u l-bajd gewwa Had-Dingli. In-nies qed twiegeb bi hgarha ghal attivitajiet bhal dawn specjalment fejn taf li se ssib prodott frisk u genwin,

Il-Kunsill Lokali tal-Imgarr, il-Kummissjoni Lejla Mġarrija u t-team mid-Dipartiment tal-Agrikoltura haqqhom verament prosit tal-hidma kbira taghhom. Izda l-aqwa prosit u grazzi jmur lil bdiewa Mgarrin li sa minn kmieni dalghodu kienu fl-ghelieqi u s-serer taghhom jaqtghu l-frawli halli n-nies ikollha x'tixtri. U n-nies rrispondew sew tant li ghalkemm l-attivita' suppost li kienet ippjanata li tibda fil-11.15am fid-9.30am diga kien hemm folla tistenna.

Apr 24, 2009

Animal welfare should be no stray matter

Silta mill-Editorjal ta' Times of Malta ta' llum :

The news that Freddie Fenech, who founded the Association for Abandoned Animals in 1979, is being investigated in connection with allegations of misappropriating the sanctuary's funds, rocked the foundation of trust that hundreds heaped on this man as the saviour of strays.

The story has also exposed the importance that sanctuaries are run professionally. For years, animal lovers were left to fend on their own, picking up injured animals off the street and relying on the public's generosity to feed and keep them. Taking in strays off the road may look like it is solving the problem because they are not seen, but dumping dogs, of all shapes and sizes, together does more harm than good. That is when the dogs gang up in packs and the slaughter begins.

In recent years, a number of organisations have single-handedly worked to come up with a professional set-up, building pens, neutering and chipping the animals. However, these organisations can never take a breather if the dumping of animals continues. The sense of carelessness some people have towards animals is astounding and it is these organisations and individuals that have to clean up the mess and pick up the animals. Alas, these sanctuaries are chock-a-block and if they stop caring Malta would be in a right mess.

Luckily, in recent years, animal awareness has finally crept into the political agenda and it is safe to say that the commitment is firm. Rural Affairs Minister George Pullicino has come to the rescue and roped in the sanctuaries to kick start a nationwide neutering campaign. He also launched the animal welfare centre project in Ta' Qali, which should offer a safe haven for strays once completed. Everybody just hopes it opens sooner rather than later because this could be the answer to the prayers of animal organisations that are stretched to the limit.

Apr 23, 2009

Azzjoni mhux paroli

Ban Ki-moon gie u telaq. Kellna jumejn celebrazzjoni ta’ dak li ghamel pajjizna 20 sena ilu meta l-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami ppropona s-suggett tat-tibdil fil-klima biex tidhol fl-agenda tan-Nazzjonijiet Uniti. F’wiehed mid-diskorsi tieghu s-Segretarju Generali tan-N.U. fahhar il-foresight ta’ pajjizna fuq din it-tema.

Fil-verita’ mhux kulhadd 20 sena ilu kien favur din il-proposta, tant li wiehed mid-deputati tal-Opposizzjoni, Dennis Sammut, fil-Parlament kien ipprova jirredikola dik il-proposta. Sammut kien qal fis-7 ta’ Novembru 1988 fil-Parlament “Dan hu Gvern li qed jiprova jinheba anke wara inizjattivi vagi u ‘l boghod mir-realta’ politika tal-mument. Wahda minn dawn kienet il-proposta li Malta ghamlet fil-Gnus Maghquda f’dawn l-ahhar granet dwar il-klima”.

20 sena wara l-Opposizzjoni qed tirrikonoxxi li dak kien pass tajjeb. Imma issa mhux bizzejjed inharsu lura, jehtieg inwettqu dak li ghandna nwettqu halli nilhqu mal-obbligi li ghandna bhala pajjiz halli nnaqqsu l-effett tat-Tibdil fil-Klima. Hija ironika kif il-Kap tal-Opposizzjoni fil-Parliament quddiem Ban Ki moon jghid li approvajniex mozzjoni tal-Opposizzjoni fuq it-Tibdil fil-Klima. Ovvjament Joe Muscat ma qalx li kienet bicca mozzjoni ta’ 153 kelma wara li damu gimghat shah jipruvaw jaghtu l-impressjoni li kienu se jressqu quddiemna abbozz ta’ ligi fuq it-Tibdil fil-Klima ! Ligi fuq xhiex ? L-ewwel hemm bzonn strategija serja. Mhux ahjar naqblu fuq l-azzjoni mehtiega l-ewwel ?

Hija aktar ironika li hekk kif inhabbru progett biex jghina nilhqu l-mira ta’ 10% energija minn sorsi nodfa, bhala dak tal-incineratur halli niehdu energija minn 20% tal-iskart taghna, mill-ewwel l-Opposizzjoni tarma tispara fuq il-proposta minghajr ma toffri alternattivi. Hemm bzonn livell ta’ maturita’ aktar gholja mill-Opposizzjoni halli tifhem li ma nistghux nibqghu nparlaw biss fuq it-Tibdil fil-Klima imma hemm bzonn li nagixxu bil-fatti u b’azzjoni konkreta. Ban Ki moon fid-diskors tieghu rreferi ukoll ghall-isforzi taghna biex niggeneraw energija nadifa mir-rih. Ghandu ragun is-Segretarju Generali tan-N.U. jghid “We need to take action now”. Tghid l-Opposizzjoni se tkompli topponi imbaghad taghtina ragun 20 sena ohra ?!

Apr 18, 2009

Laqgha ta' konfrontazzjoni

Iż-żmien jgħaddi imma ċertu atteġġjamenti u ċertu nies ma jinbidlu qatt. Il-bierah attendejt għal dik li suppost kellha tkun laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Marsaxlokk dwar il-proposti nklużi fl-abbozz tal-ewwel reviżjoni tal-iStrateġija Nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Wahda mill-proposti hija dik ta' inceneratur biswiet il-powerstation ta' Delimara, liema impjant jehtieg jiehu 20% tal-iskart generat f'pajjizna halli niproducu energija nadufa. Din il-laqgħa saret fuq talba tal-Ministeru stess, minkejja li l-proċess ta’ tmien ġimgħat konsultazzjoni għalaq fl-aħħar ta’ Marzu. Riedna li jkollna laqgha ta' informazzjoni, izda rrendewha f'laqgha ta' konfrontazzjoni.

Sfortunatament il-laqgħa żvolġiet fi sfilata ta’ kandidati Laburisti ghall-Parlament Ewropew li kienu f’kompetizzjoni sfiqa bejniethom għal min se jieħu l-aqwa rikba jew l-ikbar ċapċipa. Smajna diskors wara ieħor għall-gallerija u ebda proposta jew suġġeriment konkret ta’ kif pajjiżna jista’ tabilħaqq ikompli jimmaniġġja l-iskart tiegħu u jieħu l-enerġija minnu. Tiskanta kif esponenti tal-Partit Laburista, uħud minnhom nies rispettati u b’karriera professjonali , jitħallew jinġarru mill-kurrent ta’ folla fi spirtu ta’ konfrontazzjoni. Meta gejt biex inwiegeb ghax hekk intlabt, beda gej tghajjir u ghajjat minn kull naha, lanqas biss kont ghadni lissint kelma !

Għaddew 4 snin minn xenata ta' Wied il-Ghajn u minkejja li l-Partit Laburista tilef elezzjoni oħra, u għandu mexxej ġdid li suppost wettaq terremot, sfortunatament ikolli nikkonkludi li kif ilni nissuspetta ma nbidel xejn fl-Oppożizzjoni. Politiku li tassew jirrispetta lill-poplu għandu jħares lil hinn minn ċapċipa llum, imma jahdem fl-interess nazzjonali biex ic-capcipa johodha ghada minn uliedna.

Apr 15, 2009

Energy Globe award

Bhala parti mill-programm tal-Laqgha Informali tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent il-bierah attendejt l-ENERGY GLOBE Gala 09 gewwa Praga. Din l-award twieldet ghaxar snin ilu bhala inizjattiva regjonali fl-Awstrija izda llum kibret bhala l-aktar l-environmental prize prominenti fid-dinja. Fl-edizzjoni ta' din is-sena ppartecipaw 'l fuq minn 110 progett ambjentali minn kull parti tad-dinja.

L-award giving ceremony hija maqsuma f'hames kategoriji: Earth, Fire, Water, Air and Youth. Fil-kategorija Earth, rebah il-progett mic-Cile' STEP li jikkonsisti f'riciklagg ta' electrical waste. Fil-kategorija Fire l-award mar ghal progett minn Myanmar ghal sptar zghir li hu pprovdut b'energija mix-xemx. Progett ta' masterplan ghall-ilma fit-Tanzania rebah il-kategorija Water filwaqt li l-progett ta' pedestrianization u trasport nadif gewwa l-Belt Sapnjola ta' Burgos rebah il-kategorija Air. Finalment fil-kategorija Youth rebah il-progett Solar Rock li jipromwovi l-uzu tal-energija mix-xemx fl-iskejjel fil-Portugal.

L-overall award intrebah minn Salinee Tavaranan bil-progett minn Myanmar. Hija nghatat il-premju minn Mirek Topolánek, il-Prim Ministru tar-Republika Ceka fil-presenza tal-Ministru Cekk ghall-Ambjent, Martin Bursík u l-Kummissarju tal-UE ghall-Ambjent, Stavros Dimas. Is-serata kienet ukoll ppakjata bi programm muzikali u artistiku izda fuq kollox kienet serata interessanti hafna ghax tat l-opportunita' lill-Ministri Ewropej jaraw sensiela ta' progetti ambjentali u best practice fid-dinja li mhux necessarjament spiccaw rebbieha fis-serata.http://www.energyglobe.com/en

Apr 10, 2009

Tragedja assurda.

F´dan il-jum li fih sar il-funeral tal-vittmi tat-terremot ta´Abruzzo hsibijieti jmorru ma´dawk kollha li tilfu xi wiehed jew aktar mill-gheziez taghhom. Il-kliem ftit jista jfisser ix-xeni ta' wara t-terremot u dawk ta' llum waqt il-funeral ghal 205 vittma. 50 kull ringila, 4 ringili, kull wahda twiela 300 metru. Dizastru nkredibbli.

"Il-Mulej irid li minn din l-istorja assurda ta' mewt bhal din titwieled storja ohra ta' hajja u tama." - Hekk qal l-Isqof t'Aquila, Giuseppe Molinari, anke hu bla saqaf fuq rasu wara t-terremot.

Fis-sieghat li ghaddew cempilt lill-Ambaxxatur Taljan f'pajjizna biex nesprimi s-solidarjeta' tieghi u ta' marti mal-poplu Taljan f'dan il-mument difficli. Hassejt id-dmir li naghmel dan allavolja ma se nbiddel xejn minn din it-tragedja assurda.

Apr 8, 2009

Trasparenza u akkontabilita’

Rapporti dwar allegati frodi huma dejjem destinati li jagħmlu ħoss. Meta l-istejjer ikunu dwar settur tant għal qalb il-poplu, kif inhu l-ħarsien tal-annimali, allura l-interess żgur li se jikber u l-attenzjoni tal-pubbliku tikber. Nifhem ukoll id-dilemma ta’ min iħossu tradut abbażi tal-allegazzjonijiet imxandra wara li ta donazzjonijiet u għajnuna oħra lill-għaqdiet tal-voluntiera.

L-interess fl-annimali u fil-ħarsien tagħhom kiber drastikament fl-aħħar snin. Dan hu dovut għal numru ta’ raġunijiet, ewlenin fosthom in-numru dejjem jikber ta’ voluntiera li jagħtu ħinhom u saħħithom, mingħajr ebda ħlas, biex jaraw li l-annimali, speċjlament dawk bla sidien ma jinħaqrux u jgħixu f’ambjent diċenti. Il-fatt li l-Gvern investa f’dan is-settur, kemm finanzjarjament kif ukoll f’tisħiħ ta’ riżorsi, ukoll għen biex kompliet titqajjem kuxjenza. Dan l-investiment jinkludi l-bini ta’ Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali f’Ta Qali, finanzi għal titjib fis-santwarji u finanzi għal kampanji ta’ neutering ta’ annimali li jgħixu fit-toroq.

Ir-rapporti dwar allegati frodi fuq wieħed mill-voluntiera l-aktar prominenti kien għalhekk sajjetta fil-bnazzi għal uħud. Kienu wkoll ix-xoqqa f’moxtha biex ifakkruna f’kemm hu importanti li niżguraw li l-flus li ghaqdiet bhal dawn jigbru minghand il-pubbliku jkunu vverifikati li qed imorru għal kawża l-ġusta.

Irrid nirringrazzja minn qalbi l-ħidma li qed titwettaq minn Dr Mario Spiteri u n-nies tiegħu fit-tmexxija tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali. Mario qed imur hu personalment biex jaġixxi fuq klieb u qtates u l-apprezzament tiegħi huwa xieraq. Għaddej ukoll xogħol biex fil-ġimgħat li ġejjin inkunu f’pożizzjoni li nħabbru aktar servizzi u faċilitajiet favur il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.

Apr 7, 2009

Viabilita'

Il-kritika hija aspett importanti fil-politika. Trid u ma tridx, il-kritika hija waħda mill-għodod l-aktar użati mill-politiċi. Ngħid għalija l-kritika ma ddejjaqnix sakemm tkun oġġettiva u realistika.

Fil-kuntest ta’ kritika, wieħed ma jistax ma jikkummentax fuq il-fatt li l-Alternattiva Demokratika spiss tkun minn ta’ quddiem nett biex tikkundanna proġetti ta’ fejda ambjentali u t’importanza nazzjonali meta l-anqas biss ikun nbeda l-proċess tal-MEPA. L-aħħar każ huwa l-proġett propost tal-windfarms fis-Sikka l-Bajda.

L-uffiċjali tal-AD għandhom jistennew ukoll li jsir il-proċess tal-Environment Impact Assessment (EIA) qabel ma jesprimu ruħhom fuq il-vjabilita’ ambjentali tal-proġett li kif suppost li taf tajjeb l-AD, huwa t'importanza fundamentali biex pajjiżna jasal biex jilħaq il-miri ta’ 10% tal-enerġija ta’ pajjiżna li tkun iġġenerata minn sorsi nodfa sal-2020.

Huwa faċli li tikkritika, kif qed tagħmel l-AD, u fl-istess waqt donnhom jinsew il-kuntest tad-diffikultajiet li jeżistu f’Malta, ewlenin fosthom huwa l-limitazzjonijiet tat-territorju u l-fatt li tagħmel x’tagħmel se jkun ikkawżat impatt. Minflok tikkritika, l-AD imissha tkun proattiva u minn ta’ quddiem nett biex tipproponi hi wkoll soluzzjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Gvern u minn nies tekniċi tiegħu. Minflok ma jimxi waħdu, l-Gvern qabbad nies esperti u tekniċi, inkluż ambjentalisti ta’ esperjenza u flimkien magħhom ikkunsidra numru ta’ punti u wara fassal il-proposta tiegħu.

Jekk ma jintlaħqux dawn il-miri ma jkunx falla l-Gvern imma l-pajjiż kollu, inkluż l-uffiċjali tal-AD. Ikun tilef il-Gvern, ikun tilef il-pajjiz u fuq kollox ikun tilef l-ambjent.

Apr 4, 2009

Umilta'

"Ippermettuli nfisser ruħi hawn quddiemkom f’kelma waħda – umiltà. Umiltà sħiħa hi dik li nħoss f’dan il-jum. " Hekk beda d-diskors tieghu Dr.George Abela meta dalghodu ghamel l-indirizz tieghu hekk kif ha l-gurament tal-hatra. B'dawn il-kliem nahseb li l-President il-gdid naqqax il-Presidenza bil-personalita' tieghu.

Laqatni ukoll meta qal "Nazzjon żgħir, demokratiku u repubblikan, kif bnewh il-mexxejja tiegħu bħala pajjiż indipendenti u ħieles, fiduċjuż fih innifsu li jkun strument ta’ paċi u li jimxi b’rasu merfugħa fl-Unjoni Ewropea, illum f’għeluq il-ħames sena ta’ sħubija, u li jmexxi ’l quddiem politika rilevanti fl-Ewropa, fir-Reġjun tal-Mediterran u fil-bqija tad-dinja." Ma ddejjaqx ifakkar fl-ghazla storika ta' pajjizna hames snin ilu. Dakinhar huwa wera kuragg ghax ha posizzjoni li kienet kontra l-kurrent tal-kamp tieghu.

L-ghazla tal-President il-gdid turi ghal darb'ohra l-ghaqal tal-Prim Ministru Gonzi meta sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Dalghodu kelli l-opportunita' li niltaqa ma' Fr.Hilary Tagliaferro li rega' rrepeta mieghi dak li qal il-bierah fuq it-televizzjoni. Haseb li qatt mhu se jasal mument bhal dan fejn jigi nominat xi hadd mill-kamp politiku oppost, imma Gonzi ssorprendih b'mod posittiv u wera ghaqal.

George Abela jgawdi rispett ghax huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport. M'ghandix dubju li se jkompli jseddaq il-Presidenza kif ghamlu dawk ta' qablu. Temm id-diskors tieghu hekk "bil-valuri mnissla fija minn missieri u ommi jiggwidawni, nittama li jirnexxili nagħmel dan f’servizz sfiq li nixtieq nagħti lil artna u lill-poplu tagħna fis-snin li ġejjin. Hekk Alla jgħinni." Dikjarazzjoni ta' umilta'. Auguri George !

Patata f'Berlin

"Ghandna bzonn niddiversifikaw" - Niftakar li dan kien kliemi lill-esportaturi tal-patata ftit gimghat wara li kont sirt il-Ministru tal-Agrikoltura. Sa dakinhar konna s-settur kienu ghadu marbutin wisq ma' importatur wiehed mill-Olanda. Kien importatur tajjeb izda konna wisq dipendenti fuqu u jekk jinqghalalu ghawg dan kien ikollu effett dizastruz fuq il-bdiewa lokali li jkabbru l-patata.

Il-patata lokali hija mfittxija fis-suq Ewropew mhux biss minhabba t-tjubija taghha izda minhabba z-zmien tal-produzzjoni taghha, f'perjodu fejn l-Ewropa tkun hierga mix-xitwa u allura ma jkunx ghad ghanda l-produzzjoni taghha. Il-kompetizzjoni hija wahda qalila mhux daqstant biex tinbiegh izda biex iggib prezz tajjeb. Nikkompetu ma' Cipru u pajjizi ohra ta' l-Afrika ta' Fuq.


Matul l-ahhar hames snin is-settur gharaf jiddiversifika s-suq tal-esportazzjoni tieghu. Il-bierah kont f'Berlin fejn vicin il-Brandenburg Gate assistejt ghall-presentazzjoni simbolika tal-ewwel xkejjer tal-patata lokali mill-importatur Jansen Dongen lil raprezentanti tal-akbar supermarket corporation fil-Germanja, Edeka Group. Din il-korporazzjoni llum ghandha share ta' 26% tal-bejgh tas-supermarkets. Kienet wahda mill-koperattivi lokali li ntroduciet lil Jansen Dongen ghas-suq Malti u issa wara hames snin dan qed jiehu madwar 30% tal-produzzjoni lokali tal-patata bikrija.