Sep 29, 2009

Fadlilna 7 gimghat u nofs

Fadlilna 7 gimghat u nofs sabiex nlestu Pjazza San Gorg fil-Belt Valletta. Dalghodu mort flimkien mal-media nara l-progress li ghaddej fuq ix-xoghol. Hassejtni nqawwi qalbi. Meta tiftakar li bdejna x-xoghlijiet fit-8 ta' Gunju u tara l-progress li sar f'dawn is-16 il-gimgha. Inqala kollox, tbaxxa l-materjal, kienu nstallati servizzi kollha godda, installata funtana gdida f'nofs il-piazza u beda jitpogga l-madum gdid.

Pjazza San Ġorg hija ġojjel f’nofs il-Belt Kapitali quddiem palazz majestuż. Hija l-aktar pjazza importanti ġewwa l-Belt Kapitali tagħna. Hija ħasra li din il-pjazza prinċipali ta' pajjizna sa Gunju kienet pjazza mahnuqa bil-karozzi. Morna biex naghtu dehra gdida lil din il-pjazza mhux biss b'pavimentar gdid, izda bl-installazzjoni ta' funtana kbira b'jets tal-ilma hergin mill-art. Morna ghal din l-idea biex inhallu l-flessibilita' li jkun hemm htiega li l-piazza tintuza ghal xi parata jew attivita' nazzjonali ma jkun hemm xejn li jtellef. Il-permess tal-MEPA għal dan il-proġett inħareġ f'Mejju u l-gimgha l-ohra hareg il-permess tal-street furniture mill-MEPA.

Din il-pjazza hija iċ-ċentru tal-Belt u kien għalhekk li ahna hassejna l-bżonn li din tingħata ħajja gdida u tintuża minn nies u mhux mill-karozzi. Dak li qed naghmlu naghmlu fil-pjazza jorbot mal-vizjoni taghna li nirrestawraw il-Palazz halli dan isir ic-centru kulturali ta' pajjizna u b'hekk Pjazza San Gorg u l-Palazz isiru l-qalb tal-attivita' fil-Belt kapitali. Irridu li din il-piazza sservi ta' entrata dinjituza ghal dan il-Palazz. Irridu entrata hajja matul il-gurnata kollha. Hajja anke ghax wiehed jista juza l-ispazju minghajr biza ta' traffiku u dhahen.

Sep 28, 2009

Jitkellmu l-Ġermaniżi

Ma jistax jonqos li l-elezzjonijiet ġenerali fl-akbar pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea bilfors li ghandhom jinteressawna mill-vicin. Dak li jigri fil-Germanja mhux biss ikollu effett fuq il-poplu Germaniz imma jkollu effett fuq il-kumplament tal-popli tal-UE. Halliha li dan mhux rifless fl-ahbarijiet kif jixxandru f'pajjizna !

Il-poplu Ġermaniż naqqas l-appogg liz-zewg partiti l-kbar, is-CDU u l-SPD, li kienu qed jiffurmaw l-Gvern u ppremjaw il-partiti z-zghar. Id-Demokristjani, CDU, naqsu l-voti taghhom b'1.4%. Tnaqqis zghir hafna meta tqabblu mat-tnaqqis ta' 11.2% li garbu s-Soċjal Demokratiċi, SPD, li garbu l-agħar riżultat tagħhom mit-Tieni Gwerra ‘l hawn. Il-Germanizi b'dan ir-rizultat zammew lil Kanċillier attwali Angela Merkel izda bidlulha l-partner, fil-fatt il-partner favorit tas-CDU, l-FDP, il-Partit Liberali. Gharfu li f'mument ta' krizi din l-ahjar koalizzjoni li tassigura stabilita' u ekonomija aktar attiva.

Riżultat li juri kif poplu sovran kapaċi jibgħat messaġġ ċar u inċiżiv dwar kif irid li jitmexxa pajjiżu. Rizultat izda li biddel ix-xena politika li l-Germanja mdorrija bih. Mhux aktar zewg partiti kbar u ohrajn zghar izda hames partiti mdaqqsa, bis-CDU l-aktar prominenti. Uhud qed jibzghu li dan jista johloq instabbilita' politika. Interessanti l-kumment tal-Corriere della Sera "Il-Germanja giet Italianizzata".

Fuq bażi personali rrid ngħid li se nitlef kollega li kien ġej mill-SPD, il-Ministru tal-Ambjent Germaniz, Sigmar Gabriel, li tul l-ahhar snin naħdmu flimkien fil-fora Ewropej fil-qasam tal-ambjent bnejna rapport ta’ ħidma u ħbiberija.

Sep 27, 2009

€ 27 Miljun ta' investiment

€ 27 Miljun ta' investiment fl-agrikoltura. Impressjonanti. Espressjoni ta’ fiduċja kbira fis-settur agrikolu. Ghadni kemm habbart ir-riżultati ta' wahda mill-Iskemi ta' ghajnuna lil bdiewa u rahhala f'pajjizna, li tissejjah Miżura 121. Permezz ta' din l-Iskema madwar 180 benefiċċjarju se jiehdu 50% ghajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea halli jaghmlu progetti ta' titjib f'dan is-settur. Dan se jissarraf f’kwalita’ aktar għolja tal-prodott lokali għal benefiċċju tal-konsumatur kif ukoll jaghmel lil bdiewa u r-rahhala aktar kompetittivi f’suq miftuħ. L-ghajnuna li hadu l-bdiewa u r-rahhala m’hijiex taxabbli.

Il-Miżura 121 kienet tiprovdi ghal 3 tipi ta' investiment: 1. immodernizzar u titjib ġenerali, bhal serer jew tined godda ghal bhejjem; 2. investiment ambjentali u 3. investiment sabiex ir-raħħala jiġu konformi mad-direttiva tan-Nitrati u ghalhekk jnaqqsu l-impatt tad-demel fuq l-ilma tal-pjan. Huwa nkorraġġanti l-fatt li mill-ewwel 180 benefiċċjarju li ser jibdew jissejħu sabiex jiffirmaw il-kuntratt għall-għajnuna hemm 77 benefiċċjarju li l-eta tagħhom hija ta’ inqas minn 40 sena.

Fil-ġranet li ġejjin se jifthu ukoll 5 Mizuri ohra taħt il-Programm ghal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013, liema Programm fih pakkett ta’ €100 Miljun. Dan ifisser li issa se jkunu nħarġu 14-il Miżura minn 18-il Miżura taħt il-pjan. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex jimplimenta il-Programm tal-Iżvilupp Rurali fl-iqsar żmien possibli halli jsahhah dan is-settur.

Habbart ir-rizultat ta' din il-Mizura il-bierah gewwa serra kbira gewwa l-Imgarr ta' zewgt ahwa li nvestew mal-€130,000 biex bnew din is-serra, ghamlu gibjun kbir tahta u se jinstallaw pannelli solari halli jaghmlu lis-serra self-sufficient fuq l-energija nadifa. Dawn iz-zewgt ahwa se jiehdu nofs l-investiment taghhom minn din il-Mizura. Il-bierah irringrazzjajt lilhom u lil bdiewa u rahhala l-ohra li kienu protagonisti fil-bidla kbira li ra dan is-settur fl-ahhar 5 snin u li anke issa qed juru fiducja ghax qed ikomplu jinvestu. Dan kollu juri kemm kellna ragun ahna u kemm kienu zbaljati dawk bhal Joseph Muscat li qalu li l-bdiewa u r-rahhala jmutu bil-guh jekk pajjizna jissieheb fl-Unjoni Ewropea.

Sep 23, 2009

The Age of Stupid

Il-bieraħ kont mistieden mill-Friends of the Earth ghal Global Premiere tal-film the ‘Age of Stupid’. Nahseb li dan hu wiehed mill-ftit films jew dokumentarji li jitratta t-tema tat-tibdil fil-klima b'oġġettivita. L-udjenża giet murija evidenża cara li t-tibdil fil-klima hija problema ta’ kulhadd. Il-premiere ħabat mas-summit tan-Nazzjonijiet Uniti fuq it-tibdil fil-klima li seħħ fi New York din il-gimgha. Avveniment li nittamaw iwassal ghal konvinzjoni politika akbar ghal ftehim gdid f'Copenhagen fuq it-tibdil fil-klima f'Dicembru li gej.

B’ kumbinazzjoni il-22 Settembru kienet ukoll il-gurnata meta jien f'isem il-Gvern ipprezentajt id-dokument finali tal- Istrategija Nazzjonali ghal Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra. Din l-istrategija fiha 96 rakkomandazzjoni u hija rizultat ta’ proccess twil ta’ studju u ta’ konsultazjoni wiesa ma' diversi setturi u mal-pubbliku in generali.

Waqt li l-implementażżjoni tal istrateġija ha taqa' taħt ir-responsabilta ta’ Divizjoni ġdida fi ħdan l-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, peress li biex nilhqu l-miri taghna hemm htiega tal-input ta' diversi Ministeri, gie deciz li jitwaqqaf ukoll Kumitat Inter-Ministerjali halli tigi kkordinata l-hidma. Gie deciz ukoll t-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv magħmul fost l-oħrajn mill-għaqdiet ambjentali, is-settur privat, partiti politiċi u rapprezentanti tal-kunsilli lokali biex niżguraw li jkun hemm parteċipażżjoni attiva mis-socjeta ċivili kollha. Dan huwa mportanti ghax kif ghidt il-bierah hemm bzonn li l-Istrategija ma tkunx wahda tal-Gvern imma tal-poplu kollu.

Biex in-nies jifhmu aktar se niehdu hsieb ukoll li nqassmu fid-djar fuljett li jispjega b'mod semplici l-linji principali tal-istrategija. Hija importanti li din l-istrateġija issir tal-poplu u li kulhadd jifhem illi hi battalja li għandna niġġieldu flimkien. Fil-bidu tal-gimgha d-diehla se niddiskutu fil-Parlament din l-Istrategija. Nittama li jkollna diskussjoni matura u li turi li ahna lesti naghmlu l-parti taghna halli l-umanita' ma tkunx stupida u ma titfax dizastru fuqha nnifisha.

Sep 21, 2009

Tajtni l-liberta' lura

"Grazzi talli tajtni l-liberta' lura". Dawn kienu l-kliem li qalli ragel li ltqajt mieghu f'dawn l-ahhar granet. Inkun onest ghall-ewwel ma fhimtx x'inhu jghidli. Imbaghad kompla, "Int hadt decizzjoni li ghenitni nbiddel hajti". Kompla jispjegali li d-decizzjoni li niffacilitaw d-dhul f'Malta ta' numru ta' guiding dogs, ghal persuni neqsin mid-dawl, minghajr il-htiega li dawn il-klieb joqghodu perjodu ta' kwarantina.

Ir-regolamenti ta' pajjizna jistabbilixxu li meta kelb jingieb Malta dan ikollu joqghod perjodu ta' 30 gurnata kwarantina, halli nkunu certi li dan m'ghandux xi mard infettiv. Ftit tax-xhur ilu kellna talba sabiex neskludu l-guiding dogs. Sarilna l-argument li peress li dawn il-klieb ikunu gew imharrga ghal 6 xhur shah, xahar kwarantina itellef hafna mill-alertness ta' dawn il-klieb. Iddiskutejna t-talba ma' Dr.Gruppetta, c-Chief Veterinarian, u dan fehem li dawn ghandhom raguni valida bizzejjed biex jaghmel eccezzjoni u minflok joqghodu kwarantina fic-centru ta' Hal-Luqa accetta li jaghmlu l-perjodu ta' kwarantina go d-djar ta' dawk li kienu se jsiru sidien godda taghhom. Dik id-decizzjoni waslet biex ingibu f'Malta minn Sqallija 4 t'iklieb li litteralment bidlu l-hajja tal-persuni neqsin mid-dawl li llum saru l-akbar hbieb taghhom.

Dan ir-ragel spjegali kif il-kelb labrador tieghu issa ffacilitalu hajtu u tah indipendenza minn persuni ohra. Qalli li lil kelb bizzejjed jghidlu "church" u dlonk jiehdu l-knisja tar-rahal. Bizzejjed jghidlu "bus" u jiehdu fuq l-stage tal-karozza tal-linja. Spjegali li llum il-kelb jakkumpanjah sal-post tax-xoghol u joqghod mieghu l-hin kollu. Hadt gost nisma kif semplici decizzjoni amministrattiva tista tbiddel hajjet persuni bi bzonnijiet specjali.

Sep 19, 2009

Ilqugh mill-gharar f'Pembroke

Din il-gimgha mort nara l-aħħar fażi tal-proġett tal-ilqugħ mill-għarar f’Pembroke. Il-pożizzjoni ġeografika ta’ din il-lokalita’ hija suxxettibbli għall-għarar minħabba l-fatt li tilqa’ fiha l-ilmijiet li jinżlu minn tal-Ibraġġ u l-Madliena.

Ir-residenti tal-inhawi kien ilhom jitolbu li jsiru interventi halli l-garaxijiet taghhom ma jibqghux jeghrqu kull meta taghmel maltempata. Ghalhekk kont tajt struzzjoni sabiex tigi ddisinjata soluzzjoni u tigi mplimentata fl-iqsar zmien. Ovvjament ix-xoghol ried isir fil-perjodu tas-sajf u qabel ma tinfetah l-iskola Primarja gdida ta' Pembroke li inbniet f'din iz-zona. Irid jinghad ukoll li x-xoghol sar b'ko-ordinazzjoni mal-FTS li minn naha taghha hadet hsieb li jinbena gibjun taht din l-iskola l-gdida.

Ix-xoghol li qed jaghmel il-Ministeru jikkonsisti f'xoghol ta' culverts biex jilqgħu l-ilmijiet f’Pembroke. Gie nstallat culvert mill-coastroad fin-naha tac-cimiterju tas-suldati halli kemm jista jkun nigbru l-ilma li jkun gej minn High Ridge u l-Madliena u jintefa f'gibjun kbir ta' zmien l-Inglizi li hemm taht il-binja maghrufa bhala Sandhurst. Mill-bqija qed jigu nstallati numru ohra ta' culverts fit-toroq li minnhom kien jghaddi kwantita' ta' ilma. Din is-sistema ta’ culverts hija maħsuba biex eventwalment l-ilmijiet li jinġabru fl-inħawi msemmija, jgħaddu minn kanal taħt Triq il-Mediterran.

Waqt li ghaddejjin bix-xoghol instab li l-komunikazzjoni tad-drenaġġ ta’ numru żgħir ta’ djar instabet f’livelli aktar fil-fond minn dak mistenni, u ghalhekk kellhom isiru xi emendi fil-livelli tal-kanal sabiex il-katusi tad-drenagg ma jtelfux il-mogħdija tal-ilma. Sabiex inwettqu dan il-proġett investejna ‘l fuq minn €100,000. Dan huwa progett zghir hdejn il-progett nazzjonali tal-ilqugh mill-gharar li se jqum €56 Miljun fondi Ewropej sabiex isolvi bosta problemi f'lokalitajiet ohra f'pajjizna bhal B'Kara, Imsida, Gzira, Wied il-Ghajn u ohrajn. Dan il-progett bhalissa qed jigi pprocessat mill-MEPA.

Sep 13, 2009

Grazzi Michael

Hadt gost nisma t-“testment politiku”, hekk iddeskrivih Michael Refalo waqt ic-cerimonja qasira li saret il-bierah fl-ufficcju tal-PN gewwa Tas-Sliema meta inghata Gieh ghal hidma politika tieghu. Hidma politika li fiha biss biss ghamel 32 sena fil-parlament bhala deputat. Ili naf lil Michael minn mindu twelidt, infatti lil Lawrence Gonzi wara d-diskorsi qallu “lil George nafu jitwieled”. Michael dejjem laqatni bhala persuna habrieka u bhala politiku b’pinna eccellenti. Mhux ta’ b’xejn li ghamel hafna snin ukoll Editur tal-gurnal ta’ nhar ta’ Hadd tal-PN “Il-Mument”.

Illum li rtira mill-hajja politika ma jidhirx li tielef l-entuzjazmu ghal politika. Ghamel diskors tajjeb hafna. Diskors li jispirak. Enfasizza kemm hu mportanti li jkun hemm ghaqda bejn id-deputati u li l-ambizzjoni tkun wahda biss u ambizzjoni komuni: dik li jaghmlu dejjem aktar lil PN “strument ta’ bidla”. Huwa stqarr li l-PN jibqa biss strument ta’ bidla biss jekk jibqa leali lejn il-principji tieghu ta’ liberta’ u solidarjeta’ u jibqa jikkomunika mal-poplu.

Il-midalja li tah il-PN iddedikha lil martu u l-familja tieghu li mieghu qasmu it-tlugh u l-inzul tal-hajja politika. Iddedikha ukoll lil dawk kollha li ghenuh fil-hajja politika tieghu, minn dawk li hadmu mieghu meta kien Ministru ghal dawk li appoggjaw lilu u l-PN ghax jemmnu fl-ambizzjonijiet li jrid jikseb il-partit. Nies li minkejja t-theddid u l-vendikazzjonijiet li ghaddew minnhom fis-16 il-sena ta’ tmexxija Laburista, xorta baqghu sodi fil-principji taghhom.

Laqatni l-kumment li ghamel “Irridu nibqghu sodi dejjem anke meta nircievu l-kritika. Niftakar li meta tlajna fl-1987 kien hemm minn stenna li npattuha. Izda ahna bqqajna sodi ghax fl-Opposizzjoni tghallimna li m’ghandekx taghmel dak li tistenna li haddiehor ma’ jaghmilx mieghek” Kliem sod minn politiku li ghadda hafna minn hajtu fis-servizz tal-ohrajn.

Sep 11, 2009

Ftuħ ta’ ġawhra

Hafna se jkollhom l-opportunita' jaraw u jgawdu f'dawn il-granet Villa Francia issa li din il-ġawhra se tinfetah, wara li sarilha xogħol kbir ta’ restawr, manutenzjoni u giet mghammra bl-ghamara necessarja. Din il-villa tifforma parti mill-kullana kbira ta’ patrimonju nazzjonali li pajjizna jista’ jiftaħar bih. Aħna pajjiż żgħir bi storja u wirt liema bħalu.

Din hi villa li tinsab Ħal Lija u hu maħsub li nbniet għall-ħabta tal-1757 fi stil barokk. Studjużi jaffermaw li din il-villa ma nbnietx f’daqqa imma ħadet perjodu ta’ snin biex saret il-villa li nafu llum. Il-villa tikkonsisti f’binja ta’ żewġ sulari b’ġonna quddiem u wara. Fil-ġnien ta’ wara wieħed jista’ jsib ukoll sienja u gibjun kbir.

Il-Villa hija llum ufficjalment residenza tal-Prim Ministru, li minn naħa tiegħu mill-ewwel wera x-xewqa li bix-xogħol li jsir fiha, dan il-wirt storiku jsir post ħaj u flessibli biżżejjed biex ikun jista’ jghaqdi diversi ħtiġijiet tal-Istat. Kien għalhekk li anke l-għamara li ntgħażlet, filwaqt li tirrispetta l-istorja tal-post, hija wkoll komda u adattata għall-bżonnijiet li hemm maħsuba għal dan il-post.

Il-ftuħ ta’ Villa Francia huwa wkoll mafkar ħaj tal-ħila u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema li kienu nvoluti f’din il-biċċa xogħol tant delikata. Dawn huma ħaddiema li jaħdmu mad-Diviżjoni tar-Restawr u Diviżjonijiet oħrajn tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Għal bosta minnhom dan ix-xogħol serva wkoll biex ikomplu jitħarrġu fuq is-snajja tagħhom. Kwalunkwe xogħol li żdied mal-villa matul is-snin u li ma jirrispettax l-istorja tagħha issa tneħħa għal kollox. Irrid nghid grazzi lil predicessur tieghi Ninu Zammit tal-interess personali li ha biex dan il-post ha s-sura li ghandu llum mill-istat dizastruz li kien fih qabel ma nbeda x-xoghol.

Sep 10, 2009

Favur is-sostenibbilta’

L-industrija tat-tonn hija waħda importanti għall-ekonomija Maltija u l-Gvern hu favur li jsib il-bilanċ meħtieġ biex jiżgura futur sostenibbli għal din l-ispeċi. Izda huwa obbligu taghna ukoll naraw li din l-attivita’ ekonomika tibqa wahda viabbli u b’sahhitha. Ta’ min jghid li pajjizna appoggja l-Pjan għall-Irkupru tat-Tonn deciz mill-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) s-sena l-ohra. Dan il-Pjan, fost affarijiet ohra, impona aktar restrizzjonijiet u infurzar akbar halli jkunu eliminati kemm jista jkun l-abbuzi.

Jien infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn ġie deċiż li b’mod proviżorju taqbel li tappoġġja t-talba tal-Prinċipat ta’ Monako favur l-inklużjoni tal-ispeċi tat-tonn fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tas-CITES (Convention on International Trade in Endangered Species). Tajjeb nghid li kieku dan kellu jsehh dan ikun ifisser li jieqaf il-kummerc internazzjonali tat-tonn u s-sajjieda jkunu jistghu jaqbdu biss tonn li jinbiegh fis-suq nazzjonali taghhom. B’hekk tieqaf definittivament l-esportazzjoni u l-attivita' ta' tuna farming ghall-esportazzjoni. Pajjizna mhux konvint li hemm htiega ta’ mizura drastika bhal din galadarba ma hemmx informazzjoni xjentifika certa li ssostni dan.

Tajjeb wiehed jghid li din hija biss decizjoni provizorja, tant li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li d-deċiżjoni finali tagħha tkun imħabbra qabel il-laqgħa tas-CITES li se ssir f’Marzu 2010 wara li tkun evalwat id-data xjentifika. Il-Kummissjoni Ewropea sejra tikkonsulta l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq il-proposta ta’ Monako nhar il-21 ta’ Settembru 2009. Sadanittant se nkomplu bil-laqghat taghna mas-setturi Maltin li jistgħu jiġu affettwati jekk il-proposta ta’ Monako tiġi aċċettata mis-CITES.

Sep 9, 2009

Addio Allegria !

Addio Allegria ! Allegria dik il-kelma li tant kien ilissen bil-qalb Mike Bongiorno li halliena l-bierah fl-eta' ta' 85 sena. Miet b'attakk tal-qalb waqt li kien ghal vakanza gewwa Montecarlo. Bongiorno kien dak il-personagg li tant konna drajna fi djarna imexxi programmi quiz li minnhom konna nitghallmu.

Bongiorno beda l-ewwel quiz tieghu fl-1956. L-aktar tnejn li ghallanqas niftakar jien kien "Lascia o raddoppia" u "Rischiatutto". Kien presentatur serju izda simpatiku. Il-programmi ta' quizzes tieghu kienu divertenti u joffru taghlim lil kulhadd. Il-quiz programmes tieghu kienu differenti mill-quizzes li naraw ilum fuq TV, fejn hafna drabi il-kompetitur irid jaghzel risposta tajba minn tlett risposti suggeriti. Lili ghallanqas ituni l-impressjoni ta' lotterija aktar milli ta' quiz serju.

Forsi ftit nies jafu li waqt it-Tieni Gwerra Dinjija Bongiorno kien mitfuh fil-habs ta' Milan wara li kien inghaqad mal-partigjani Taljani fil-muntanji. Kien arrestat f'April tal-1944 u mieghu fic-cella kien hemm ukoll il-famuz gurnalist Indro Montanelli. Minn Ottubru ta' dik is-sena sakemm inheles spicca f'diversi kampi ta' koncentrament. Kien inheles fi Frar tal-1945 wara bdil ta' prigunieri bejn l-Istati Uniti u l-Germanja Nazzista. Bongiorno jirrakkonta li dawk kienu l-aktar mumenti difficli f'hajtu izda kienu l-aktar mumenti li hassu vicin ta' Alla u l-Madonna. Kull meta kien ikellem liz-zghazagh dejjem kien jghidilhom "Tinsewx li jezisti Alla". Il-bierah Mike mar jinghaqad ma' dak li tant kien jemmen fih.

Sep 3, 2009

Inbejjed ta' Kwalita' - Investiment fl-ambjent

Il-bierah u dalghodu attendejt zewg attivitajiet li laqqghuni mill-vicin mal-produzzjoni tal-inbejjed ta' kwalita' f'pajjizna. Zort l-ghelieqi tal-kumpanija Marsovin gewwa l-Marnisi limiti ta' M'Xlokk. Il-kumpanija Marsovin, li din is-sena qed ticcelebra d-90 sena taghha, minn din is-sena se tkun qed tipprovdi l-għeneb kollu li teħtieg għall-imbejjed ta' kwalita' taghha mill-ghelieqi ta' pajjizna. Dalghodu akkumpanjajt lil Prim Ministru fil-ftuh ta' impjant gdid modern mill-kumpanija Delicata gewwa l-Marsa.

Irrid nirringrazzja lil dawn iz-zewg produtturi lokali li flimkien mal-produtturi lokali l-ohra bhal Camilleri, Meridiana u MonteKristo emmnu fil-qabza ta' kwalita' li l-inbejjed Maltin setghu jaghmlu. L-għajnuna f'sussidji li dawn il-produtturi kif ukoll il-bdiewa rċevew mingħand il-Gvern u l-UE kienet fattur ewlieni li wassal għat-trasformazzjoni totali tas-settur tal-inbid f'pajjizna fuq medda zghira ta' snin.

Huwa mportanti li l-produtturi lokali jersqu aktar 'l quddiem halli jippromwovu b'mod kollettiv l-inbejjed lokali ta' kwalita'. L-inbejjed Maltin illum huma ċċertifikati ghal kwalita' għolja taghhom mill-aqwa enoteka Taljana. Il-Gvern minn naha tieghu diġà qed jaħdem biex isaħħaħ il-promozzjoni tal-prodott lokali izda hemm bzonn ta' sforz kollettiv akbar mill-produtturi. Bhala Gvern diga bdejn l-ewwel passi halli nifthu f'pajjizna l-ewwel enoteka f'Malta li sservi ta' vetrina ghal aktar minn 100 kwalità ta' nbejjed lokali DOK u IGT filwaqt li qed jahdem biex tibda ssir Festa tal-Inbid Malti kull sena flimkien mal-produtturi lokali kollha. B'hekk jizdied l-apprezzament fost il-pubbliku.

Il-pubbliku ghandu japrezza li llum ghandna art dedikata ghad-dwieli daqs sitt darbiet l-Belt Valletta. Meta wiehed jixrob inbid lokali ikun qed jghin ukoll biex il-hdura li jaghtu d-dwieli lil-kampanja taghna specjalment fix-xhur xotti tas-sajf tkun sostnuta. Min jixrob inbid ta' kwalita Malti mhux biex ikun qed jixrob prodott ta' kwalita' imma jkun qieghed ukoll jghin l-ambjent ta' pajjizna.

Sep 2, 2009

Gwerra qatt aktar

Il-bierah gewwa Gdansk fil-Polonja gie mfakkar il-bidu tal-konflitt tat-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-gwerra li nbiet mir-regim Nazista Germaniz halliet 60 Miljun vittma. Kien propju fl-1 ta' Settembru tal-1939 li nbeda l-ewwel attakk Nazist mill-bastiment Germaniz Schleswig-Holstein ghall-invazzjoni tal-Polonja.

Il-Kancellier Germaniz, Angela Merkel waqt ic-cerimonja ta' tifkira qalet "it-trasformazzjoni pacifika tal-Ewropa wara t-terrur u l-vjolenza tat-Tieni Gwerra huwa miraklu". Ghanda ragun. Il-paci li ghandna madwarna llum ma rridu qatt niehduha for granted. Ftit jinteressana nifhmu minn xhiex ghaddiet l-Ewropa u d-dinja halli nitghallmu mill-izbalji tal-passat. Ghandna habta xi kultant nassumu li l-paci waqghet mis-sema u se tibqa maghna ghal dejjem. Irridu nahdmu ghal paci kuljum.

Laqatni ukoll id-diskors ta' Putin meta wissa li filwaqt li mportanti li naghrfu l-izbalji tal-passat huwa dmir taghna li ma nirrepetux l-istess zbalji. "Irridu niggieldu kuljum l-mibgheda razzjali u nibnu politika fuq principji komuni" Putin fakkar ukoll li ftit aktar minn nofs tal-vittmi tat-Tieni Gwerra kienu cittadini ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika.

L-aktar messaggqasir u sinifikanti kien dak ta' Ignacy Skowron fuq wheelchair, wiehed mill-unici erbgha suldati Pollakki li ghadhom hajjin, meta qal "Gwerra qatt aktar".