May 27, 2008

Laqgha nformali gewwa l-Islovenia

Hija abitudni li kull Presidneza ta’ l-Unjoni Ewropea torganizza laqgħat informali għall-Ministri ta’ setturi differenti. Dawn huma laqgħat importanti ħafna għaliex ħafna drabi matulhom jiġu diksussi temi ta’ importanza f’ambjent informali li jippermetti li wieħed iressaq il-kaz u l-argumenti b’mod aktar spjegat. Iservu wkoll biex il-Ministri jifhmu aħjar ir-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom reġjuni u pajjizi differenti fl-Ewropa.

F’dawn il-jiem saret il-laqgħa organizzata mill-Presidenza tas-Slovenja ghall-Ministri tal-Agrikoltura. Din saret fil-belt kwieta ta’ Maribor u kienet ukoll okkazjoni tajba biex rajna aspetti differenti tal-biedja ta’ dan il-pajjiz li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Malta. Infatti, dan kien l-ewwel pajjiz minn dawk li ssieħbu fl-2004 li kellhom f’idejhom il-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fost il-postijiet li kellna opportunita’ nżuru kien hemm post fejn jiġi prodott l-inbid kif ukoll post mill-isbaħ li ġie żviluppat bħala agri-turiżmu. Kellna wkoll vjaġġ mill-isbaħ fuq waħda mix-xmajjar tal-pajjiz.

Il-laqgħa tal-Ministri li ġabet fi tmiemha din l-attivita’ ddiskutiet tema ttwali ħafna, r-riforma ta’ ċertu aspetti tal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Jien wassalt il-posizzjoni ta’ Malta li hi favur aktar mizuri li jassiguraw stabbilita’ fil-prezzijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel, izda fl-istess waqt aħna wkoll determinati li nibqgħu niddefendu d-drittijiet tal-bdiewa Maltin u Għawdxin u dan hu rifless fil-pozizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

May 23, 2008

Xatt is-Sajjieda, San Giljan

Il-bierah fillgħodu żort ix-xogħol li għaddej fuq it-tisbiħ tal-promenade f’San Ġiljan, fl-inħawi magħrufa bħala Xatt is-Sajjieda. Dan ix-Xatt kellu bzonn jitranga wahda sew, ghax iz-zmien kien ghamel bih, u specjalment wara l-maltempata ta' Jannar li ghadda kellu bzonn jinqala mill-gdid. Hekk u hekk il-bahar kien diga qala hafna minnu !

Ix-xogħlijiet, li qed isiru mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, jinkludu l-pavimentar mill-ġdid tax-xatt u t-tqegħid ta’ madum b’mod li jkun hemm differenza bejn il-parti pedonali u l-post fejn is-sajjieda jistgħu jgħaddu bid-dgħajjes tagħhom. Qaghdna attenti li lis-sajjieda ntejbulhom il-facilitajiet li ghandhom, anke ghax irridu nzommu dan il-karattru li ghandu dan il-post mas-sajd. L-estensjoni tal-promenade fiha ftit inqas minn 2000 metru kwadru ta’ pavimentar u x-xogħol huwa mistenni li jitlesta fil-bidu ta’ Lulju. L-ispiża ta’ dan il-proġett hija ta’ madwar €170,000 (Lm79,981).

Waqt li ndirizzajt lil media il-bierah enfasizzajt li l-promenade minn San Giljan sal-Pieta' ghandu jitqies bħala wiehed u għalhekk għandu jkun hemm kontinwità fil-materjali u street furniture li jintuzaw. Habbart ukoll li fi ftit granet ohra jibda x-xoghol fuq bicca ohra mill-promenade tax-Xghajra u li f'Ottubru li gej jibda x-xoghol fuq il-promenade ta' Qui-si-Sana. Hemm pjan ta' xoghol ambizjuz hafna, imma mpenjati li ntejbu bis-shih iz-zoni ta' rikreazzjoni tal-pubbliku u tat-turisti.

May 10, 2008

Grazzi mill-gdid.

Grazzi. Grazzi li bil-vot taghkom tat-8 ta' Marzu dalghodu stajt niehu l-gurament bhala membru parlamentari. Ghaddew xahrejn minn dakinhar tal-elezzjoni, izda xorta nhossni fid-dmir li nerga nghid grazzi. Stajt niehu l-gurament ta' fedelta' lejn il-kostituzzjoni u l-poplu Malti fic-cerimonja ta' dalghodu ghax intkom urejtu fiducja fija bil-vot taghkom. Ghal darb'ohra tajtuni l-opportunita' naghti l-kontribut tieghi fl-ghola istituzzjoni ta' pajjizna.

Ic-cerimonja kient kemmxejn twila, 4 sieghat b'kollox, imma kienet sinifikanti hafna. Bdejna bil-quddiesa fil-Kon Katidral ta' San Gwann. Laqtitni hafna l-omelija li ghamel l-Arcisqof. Filwaqt li stieden lill-membri parlamentari biex ma jinsew qatt li l-poter li ghandhom gej mill-poplu, fl-istess hin tenna kemm hu mportanti li s-socjeta' tippartecipa u taghti sostenn lil dawk l-inizjattivi posittivi li jkunu fformulaw il-politici.

Wara l-qudddiesa imxejna tul Triq ir-Repubblika lejn il-Parlament. Hemmhekk wara l-hatra ta' Louis Galea bhala Speaker, kull membru parlamentari ha l-gurament. Imbaghad il-President tar-Republika qara l-programm tal-Gvern ghall-hames snin li gejjin. Hekk kif spicca d-diskors ircivejt din l-sms "Tghejja taqrah, ahseb u ara timplimentah dan il-programm !"

Ma naqsux il-battuti helwa waqt ic-cerimonja ta' dalghodu. Ghaddiet battuta helwa lil Charles Mangion meta waqt id-diskors tal-President ntqal hemm bzonn jitwaqqaf laboratorju nazzjonali ghad-DNA. Xi hadd minn naha tal-Gvern lic-Charles Mangion qallu li hu l-aktar persuna adatta biex ikun Direttur ta' dan il-Laboratorju ! Charles hadha b'cajta u wara ahna u hergin spicca jiccajta hu stess fuq dan. Insomma minn issa 'l quddiem tibda l-hidma fil-Parlament, issa nergghu niltaqghu nhar it-Tnejn.

May 4, 2008

Gozo 1234 - Success kbir

Qattajna l-weekend gewwa Ghawdex. Gawdejniha sew l-Gozo 1234 li organizza l-Ministeru responsabli mit-Turizmu flimkien mal-Ministeru ghal Ghawdex u Where's Everybody. Kienet inizjattiva tajba hafna bi programm ta' attivitajiet mimli daqs bajda. Ghogobna l-fatt li l-attivitajiet ma kenux ikkoncentrati f'post wiehed izda kienu mferrxa ma' kwazi Ghawdex kollu.

Il-Hamis filghaxija morna M'Forn fejn kien hemm varjeta kulturali matul ix-Xatt kollu. Il-Gimgha filghaxija morna sal-Pjazza tan-Nadur fejn assistejna ghal kuncert ta' Mark Storace u l-grupp tieghu u wara rajna n-nar tal-art. Is-Sibt filghodu morna s'ghand Ta' Mena, attrazzjoni gdida agro-turistika, fit-triq li tiehdok mir-Rabat ghal M'Forn. Attrazzjoni helwa fejn mhux biss mxejna qalb id-dwieli u s-sigar taz-zebbug li tant jindokra Joe Spiteri izda doqna ukoll il-prodotti tipici, inkluz il-kunserva Ghawdxija. Filghaxija morna l-Ggantija Awakening, produzzjoni tal-Kunsill Lokali Xaghra biswiet il-Ggantija, u wara morna c-Cittadella. Hemmhekk segwejna fost ohrajn wirja ta' nar tal-ajru mill-isbah.

Dalghodu morna sax-Xewkija fejn rajna wirja helwa hafna ta' muturi antiki, mudelli ta' knejjes u wirja artistika minn zewg zghazagh li veru jipromettu. Wara ergajna morna s'ghand Ta' Mena fejn trejjaqna. Impressjonajt ruhi bl-entuzjazmu tal-Ghawdxin kollha li hadu sehem. In-nies ikkonkorrew sew. Haqqu prosit kull min ta sehmu biex dan il-weekend ikun is-success li kien.