Dec 31, 2008

Pantos - kuluri u divertiment !

Fl-ahhar granet mort nara z-zewg pantos principali li ghandna din is-sena The Remarkable Voyage Of Sinbad (The Tailor) tal-MADC u dik ta' Masquerade Jack And The Beanstalk. Hija evidenti l-pika li dahlet bejn dawn iz-zewg akkademji tad-drama, pika posittiva li ggieghel lil kull akkademja tohrog l-ahjar taghha.

Il-pantos saru sinonimi ma' kuluri, muzika, zfin, dahk, partecipazzjoni tal-pubbliku, tqassim ta' helu u skoss botti anke fuq il-politici. Jien ma hlistiex fiz-zewg pantos !

Il-protagonisti taz-zewg pantos ta' din is-sena kienu Alan Zeza Montanaro u Ray Tea Calleja. Bejn dawn iz-zewg dames difficli taghzel min hu l-ahjar. Ghandhom personalita' qawwija li kapaci tikmanda l-attenzjoni tal-udjenza tant li tnehhilek l-inebizzjonijiet kollha u tispicca tghajjat mal-kumplament tal-udjenza !
Imma fl-opinjoni tieghi l-protagonisti veri ta' dawn il-pantos huma n-nies tal-backstage. Li jaffaxinani f'dawn il-pantos huwa x-xoghol kbir fil-kostumi u s-sett tal-produzzjoni kif ukoll il-muzicisti. Insomma prosit u grazzi lil kulhadd !

Dec 28, 2008

Gaza : Il-vjolenza ggib aktar vjolenza

Dak li ghaddej bhalissa f"Gaza ma jistax jithalla ghaddej minghajr kumment. L-airstrikes Israeljani, s'issa skond sorsi tas-servizzi tas-sahha Palestinjani, hallew 'l fuq minn 280 mejta, fosthom 'l fuq minn 180 militant tal-grupp estremista Hamas. Dawn l-attakki definittivament ikomplu jikkomplikaw is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. L-attakki Israeljani huma risposta ghall-attakki bir-rockets li l-komunita Israeljana, li toqghod vicin il-periferija tal-istrippa ta' Gaza, garbet fl-ahhar gimghat mill-Hamas. Sfortunatament jidher car li l-attakki Israeljani hallew ukoll vittmi civili.

Wisq nibza li l-attakki tal-Hamas aktar milli huma mmirati lejn l-Israel huma mmirati l-aktar lejn l-isforzi ta' paci tal-President Palestinjan, Mahmoud Abbas u l-Gvern Israeljan ! Filwaqt li nifhem l-obbligu tal-Istat Israeljan li jezisti u jiddefendi lill-populazzjoni Israeljana, wisq nibza li l-attakki mhumiex proporzjonati mal-attakki li garbet il-komunita' Israeljana. Barra hekk difficli tolqot lil Hamas biss gewwa Gaza ghax fejn joperaw il-Hamas hemm ukoll nies civili li jahdmu u jghixu. Jidher li hemm sitwazzjoni ta' disperazzjoni fl-isptarijiet f'Gaza. Ma hemmx operating tables bizzejjed.

Ghandi biza li l-attakki Israeljani huma ukoll rizultat tas-sitwazzjoni nterna li hemm fl-Israel stess. Il-fatt li ftit aktar minn xahar iehor se jkun hemm l-elezzjonijiet fl-Israel seta' wassal lil Gvern Israeljan biex iwiegeb b'mod iebes halli jirkupra l-immagini tieghu. Il-pubbliku Israeljan ghandu opinjoni baxxa tal-mod kif il-gvern taghhom mexa fil-kaz ta' dak li jsejhu l-"Hamastan", igifieri Gaza kkontrollata mill-Hamas. Sakemm l-Gvern Israeljan beda jitkellem u jagixxi b'mod iebes fuq Gaza, il-leader tal-Opposizzjoni, Benyamin Netanyahu, kien qed jigri bil-Gvern fil-polls. Issa d-differenza tnaqqset. Nispera li l-mexxejja Israeljani jibqghu jahsbu f'soluzzjoni dejjiema aktar milli l-vantaggi temporanji. Ghax bhas-soltu l-vjolenza ggib aktar vjolenza u kulhadd jispicca tellief.

Dec 27, 2008

It-tifel bil-pigama rrigata

Wiehed mill-kotba li ghazilt waqt l-ahhar Fiera tal-Kotba kien il-ktieb tal-Klabb Kotba Maltin, IT-TIFEL BIL-PIĠAMA RRIGATA traduzzjoni ghall-Malti ta' Tony C. Cutajar tal-ktieb ta' John Boyne THE BOY IN THE STRIPED PYJAMAS. "Huwa ktieb li jistħoqqlu jinqara, jiġi diskuss, u jinżamm qrib il-qalb" Hekk kiteb Jacob Hope dwar dan il-ktieb li biegħ 'l fuq minn terz ta’ miljun kopja bl-Ingliż biss u li ġie maqlub f’aktar minn tletin lingwa.

Dan il-ktieb huwa l-istorja ta’ Bruno, tifel ta’ 8 snin, li qiegħed jiprova jifhem x’inhu jiġri madwaru f’(Out-With) Auschwitz waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Bruno huwa t-tifel ta’ Kmandant ta’ kamp ta’ konċentrament tan-Nażi. Huwa kien jgħix mal-familja tiegħu f’dar kbira mifruxa fuq ħames sulari ġewwa Berlin imma darba waħda missieru jġorr il-familja kollha f’post jismu Out-With. Bruno beda jiddispra hemmhekk għax barra li d-dar kienet ferm iżgħar minn dik fejn kien jgħix qabel, huwa kien spiċċa jgħaddi ħafna ħin f’kamartu mingħajr ħbieb.

Mit-tieqa tal-kamra tiegħu Bruno seta’ jara reċint għoli tal-barbedwire u warajh kien hemm ħafna nies libsin piġama rrigata. Dawn kienu Lhud u kienu f’kamp ta’ konċentrament. Xtaq ikun jaf għaliex dawk in-nies dejjem ikunu libsin piġama rrigata. Wieħed mill-passatempi tiegħu kien li jħobb jesplora u darba fost l-oħrajn jitlaq passiġġata twila u jiltaqa’ ma’ tifel Lhudi jismu Shmuel li kien jgħix wara dan iċ-ċint. Saru ħbieb u kienu spiss jitkellmu ma’ xulxin. Darba oħtu qaltlu li n-nies li kienu jgħixu fuq in-naħa l-oħra taċ-ċint kienu Lhud u kienu differenti ħafna minnhom. Fl-aħħar, Bruno jkun ħa jmur lura Berlin ma’ ommu u oħtu iżda bħala l-aħħar avventura, jilbes piġama rrigata u jidħol ħdejn Shmuel biex jgħinu jsib lil missieru.......

Illum iddecidejt li mmur nara l-film li nhadem fuq dan il-ktieb. Film eċċezzjonali b’direzzjoni ta’ Mark Herman u b’Asa Butterfield fil-parti ewlenija. Hemm xi differenzi bejn il-ktieb u l-film izda l-messagg huwa wiehed: kemm ahna boloh meta nipruvaw nibnu dinja mibnija fuq l-ghodju. Fejn nibnu biss zewg fronti : ahna t-tajbin u l-ohrajn il-hziena. Hija l-innocenza tat-tfal li hafna drabi ggibna f'sensina u tfehmna kemm ahna boloh.

Dec 19, 2008

Thank You Matt

Matt Bordonaro ir-ragel ta’ l-Ambaxxatrici Amerikana ghal-Malta l-ET Molly Bordonaro fuq inizjattiva personali tieghu gabar numru ta’ diplomati prezenti f'pajjizna li jirraprezentaw pajjizi differenti, f'attivita ta’ tindif u thawwil ta' sigar, bl-ghan li jaghmlu attivita ta’ gid ghal Malta.

L-attivita bdiet bi thawwil ta sigar mill-familji fil-Park Nazzjonali tas-Salina fejn imbaghad l-grupp maghmul minn 40 diplomati nqassmu f'hames gruppi u marru jnaddfu zoni differenti f'pajjizna fosthom il-bajjiet tal-Gnejna u ta' Ghajn Tuffieha u l-inhawi ta' Hagar Qim.

Din kienet tassew inizjattiva eccellenti u li ta' min wiehed jinkoragixxi li din l-attivita ssir ukoll minn numru ta' Maltin ohra li jaghrfu l-bzonn li pajjizna jinzamm nadif u flimkien inwasslu l-messagg posittiv kontra min kapaci jaghmel biss atti negattivi. Nirringrazzja mill-gdid lill Matt Bordonaro ghal din l-inizjattiva stupenda!

Din l-inizjattiva turi ukoll li l-barranin f'pajjizna qed japrezzaw kemm il-kampanja 34U, li permezz taghha hawwilna 'l fuq minn 58,000 sigra fl-ahhar 3 snin kif ukoll il-Clean-Ups li qed norganizzaw.

Dec 14, 2008

Christmas Village

F'dawn il-granet il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali ghat-tieni sena qed jorganizza l-Christmas Village gewwa l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. L-idea tal-Christmas Village kienet harget biha l-mara tieghi, Lourdes is-sena l-ohra. Izda ghamluha realta l-grupp ta' zghazagh li ghandi fis-segretarjat tieghi u l-haddiema tal-PARK Unit. Bdejna nhar il-Gimgha wara nofsinhar ghax sfortunatament il-Gimgha filghodu kien il-maltemp. Dakinhar kellhom jattendu mal-1,400 tifel u tifla tal-iskola !

Jien mort il-bierah wara nofsinhar kif wasalt lura Malta. Kien hemm bahar ta' nies ta' kull eta'. Il-Park Nazzjonali gie mghammar b'tizjien mill-isbah tal-Milied u l-attivita' ma taqta xejn. Din is-sena hemm id-doppju stalls tas-sena l-ohra. Ma jonqosx l-ikel bhal dak tradizzjonali tal-Milied bhal l-imbuljuta, mince pies u l-qaghaq tal-ghasel. Il-bierah stall li jbiegh il-German sausages spicca biegh kollox sas-7.00pm u qalilna li kien gab zalzett id-doppju tas-sena l-ohra ! Hemm ukoll stall b'artisti lokali fosthom wiehed li jaghmel il-pasturi u iehor li jaghmel il-gugarelli tal-injam fuq il-post.

Tiehu gost tara t-tfal jigru minn post ghall-iehor f'ambjent sabih u bla periklu. L-aktar popolari mat-tfal jidher li huwa l-presepju kbir bil-pasturi u l-annimali hajjin. It-tfal joghxew jaraw l-annimali hajjin. Nizlet tajba ukoll l-inizjattiva tal-MaltaPost li qed jaghmlu bolol personalizzati tal-Milied. L-attivitajiet jibqghu sejrin sa l-10.00pm ta' lejla. Isma minni ejja s'hemm. S'issa t-temp habbna !

Dec 13, 2008

Bidla zghira li tfisser hafna

Il-bierah filghaxija waqt li kont Poznan giet l-ahbar li l-Kapijiet ta' Stati tal-UE fi Brussels kienu lahqu ftehim u b'hekk ikkonfermaw l-miri maghrufa bhala it-20/20/20 targets. Jissejhu hekk ghax l-UE se timmira biex tnaqqas il-greenhouse gas emissions bi 20%, izzid l-energija nadifa b'20% u izzid l-energy efficiency bi 20%.

Malta mill-bidu nett kienet favur il-pakkett fuq il-klima u l-enerġija għalkemm, bħall-istati membri kollha l-oħra, konna għadejjin b’diskussjonijiet kemm mal-Kummissjoni Ewropeja kif ukoll mal-Presidenża Franciża biex nassiguraw illi il-pakkett jieħu kont tar-realtajiet illi huma unici għal Malta .

Fost il-punti li zammejna iebes fuqhom kien hemm l-ammont ta' emissjonijiet mill-avjazzjoni li jkunu nkluzi fil-final gross energy consumed. L-ammont ta' energija nadifa li jrid jiggenera l-pajjiz ikun ikkalkulat fuq dan il-final gross energy consumed. L-UE kienet qed tinsisti li kull pajjiz jitghabba b'1.5 multiplikat bl-average Ewropew mill-avjazzjoni li huwa 4.2%., igifieri b'kollox 6.2%. L-average tal-kontribut tal-avjazzjoni fil-konsum totali ta' energija ta' Malta huwa ta' madwar 17%.

Ahna ghamilna l-argument li dan mhux gust ghax ahna niddependu hafna fuq l-avjazzjoni bhala mezz ta' trasport mal-pajjizi l-ohra u ma nistghux nissostitwixxu dan il-mod ta' vjaggar b'metodi ohra u ghalhekk konna se nitghabbew b'piz li mhux gust. L-argument taghna l-Presidenza fehmitu specjalment fil-laqgha bilaterali li kelli xi granet ilu f'Parigi u fil-Kunsill tal-Ministri l-gimgha l-ohra. Il-Presidenza Franciza izda bdiet tibza li jekk tiftah tieqa ghalina u ghal Cipru pajjizi ohra jitolbu eccezzjonijiet ohra.

Niehu gost ninnota li l-Prim Ministru l-bierah irnexxielu jissigilla din l-eccezzjoni ghal Malta. Issa Malta se tiehu biss l-average Ewropew tal-avjazzjoni minflok tiehu darba u nofs l-average Ewropew . Mhijiex rebha zghira imma rebha sostanzjali bbazata fuq ir-raguni. Issa fadal l-ahhar pass, dak li dan il-ftehim jigi approvat ukoll mill-Parlament Ewropew sal-ahhar ta' din is-sena.

Dec 11, 2008

I will cherish this painting

Illum kelli l-opportunita' niltaqa mas-Segretarju Generali tal-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-moon waqt li qed nattendi l-laqgha dwar it-Tibdil fil-Klima gewwa Poznan, l-Polonja.

Fil-bidu tal-laqgha pprezentajtlu pittura tal-artist Malti, Luciano Micallef, li tikkommemora l-20 sena minn meta Malta introduciet quddiem l-Assemblea Generali tan-Nazjonijiet Uniti il-kuncett ta' “conservation of climate as part of the common concern of mankind”. Dik il-proposta eventwalment fl-1990 waslet sabiex titwaqqaf il-United Nations Framework Convention for Climate Change - UNFCCC, li sa llum tibqa l-pedament tal-istrategija biex jigi limitat t-tibdil fil-klima. Mieghi ghal-laqgha kien hemm ukoll l-Ambaxxatuer Malti ghat-Tibdil fil-Klima, Michael Zammit Cutajar li sa ftit tas-snin ilu kien ukoll is-Segretarju Ezekuttiv tal-UNFCCC.

Hekk kif ipprezentajtlu l-pittura kien pront qalli "I will cherish this painting". Meta poggejna mill-ewwel spjegali li hu jqis li l-vizjoni ta' Malta 20 sena ilu kienet verament fenominali, meta tqis kemm li idea daqstant importanti giet minn pajjiz zghir. Irringrazzjani ukoll ghal fatt li pajjizna ddecieda li jibda l-process biex Malta tissieheb f'Annex 1 tal-Konvenzjoni. Qalli li d-decizzjoni hija wahda kuragguza ghax ghalkemm mhux se jizdiedu l-obbligi fuq pajjizna, din hija dikjarazzjoni cara ta' commitment aktar b'sahhtu minn pajjizna favur il-glieda kontra t-Tibdil fil-Klima.

Waqt il-laqgha ghedtlu li laqatni l-kumment li kien ghamel aktar kmieni fejn kien accenna ghal fatt li hu jemmen li l-krizi finanzjarja tal-mument tista tigi meghluba billi fost affarijiet ohra l-Gvernijiet jinvestu f'teknologiji aktar nodfa u b'hekk idawru din il-krizi f'opportunita' ta' zvilupp sostenibbli.

Sal-2012 nuzaw bozoz tradizzjonali

Nhar it-Tnejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, qablu ma’ proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex fuq perjodu ta’ 4 snin, mill-2009 sa’ tmiem l-2012, jitneħħew mis-suq b’mod gradwali l- bozoz tradizzjonali. Dan il-ftehim intlaħaq matul laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija fejn kont prezenti.

Meta jispiccaw minn fuq is-suq dawn il-bozoz tradizzjonali, hu stmat li fil-pajjizi kollha tal-UE se jsir tnaqqis ta’ madwar 15-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena, filwaqt li mistenni tiġi ffrankata enerġija fl-UE daqs kemm tikkonsma enerġija b’kollox kull sena r-Rumanija ! Il-proposta tal-UE xorta se tħalli għall-konsumaturi varjeta’ ta’ mudelli differenti ta’ bozoz energy-saving kif ukoll ta’ bozoz u lampi halogen li għandhom livelli ta’ effiċjenza għolja.

Tajjeb wiehed ifakkar li l-Gvern Malti fil-budget li għadda ħabbar li mis-sena d-dieħla se jkun qed jimplimenta l-wegħda elettorali li permezz tagħha kull familja f’Malta u Għawdex jingħataw bozoz energy-saving b’xejn skond id-daqs tal-istess familja. Fl-aħħar budget il-Gvern introduċa wkoll eko-kontribuzzjoni ta’ 25 ċentezmu fuq kull bozza tradizzjonali fi sforz biex jiskoraġġixxi l-uzu ta’ dawn il-bozoz.

Il-proposta tal-UE li bozoz inkandexxenti tradizzjonali jkunu rtirati mis-suq sal-2012, nemmen li se tkun mizura effettiva għax se tkun addottata mill-pajjizi kollha li jiffurmaw dan is-suq wiehed. Ma tistax tabolixxi prodott minn pajjiz li jifforma parti minn suq wiehed. Dan jghodd ukoll ghall-uzu tal-boroz tal-plastik. Hasra li f'pajjizna hawn min, bhal Kap tal-Opposizzjoni, ghad ma fehemx dan.

Dec 10, 2008

Drittijiet tal-Bniedem - 60 sena wara

Bhal llum 60 sena ilu, fl-10 ta’ Diċembru tal-1948, fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ltaqgħet f’Pariġi, ntlaħaq qbil fuq Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Bosta jqisu din id-Dikjarazzjoni bhala l-akbar kisba tas-seklu għoxrin.

Jien naqbel ma’ min isostni li s-sigriet tas-suċċess tad-Dikjarazzjoni ta’ sittin sena ilu hija s-sempliċita’ tagħha. Dikjarazzjoni ċara li telenka d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u saħansitra titkellem ukoll dwar drittijiet f’oqsma bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni.

60 sena wara dik id-Dikjarazzjoni, it-tema tad-drittijiet tal-bniedem ghadha attwali ferm. F'bosta partijiet tad-dinja il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ghadu xi haga ta' kuljum. Bosta nies ghadhom imzebilha u umiljati f'pajjizi fejn id-dittatura jew kwazi dittatura ghadha tirrenjaw. Quddiemna ghadna naraw kazijiet fiz-Zimbabwe, ic-Cina, Cuba u bosta pajjizi tal-Amerika t'Isfel u ohrajn. Jiddispjacini ninnota ukoll li f'pajjizi li kienu xempju tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, bhal Istati Uniti, inghataw ezempji hziena bl-uzu ta' metodi addottati f'habs bhal dak ta' Guantanamo.

Nemmen li r-rispett uman għandu jkun fil-qofol tal-azzjonijiet kollha tagħna. Il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II kien ddeskriva din id-Dikjarazzjoni bħala "waħda mill-aqwa espressjonijiet tal-kuxjenza umana ta’ zminijietna". Forsi wasal iz-zmien li kif qalet dan l-ahhar Rita Levi-Montalcini, li rebhet il-premju Nobel fl-1986, nibdew nfasslu ukoll Dikjarazzjoni dwar id-Dmirijiet tal-Bniedem !

Dec 3, 2008

Progett ghall-annimali u ghan-nies.

Dalgħodu żort il-bini li qed jinbena ġewwa Ta’ Qali biex jilqa fih l-ewwel Animal After Care Centre f’pajjiżna. Dan ic-centru, li nittamaw li jibda jiffunzjona fl-2010, ghandu jilqa fih kemm 1) annimali mweġġa li jingabru mit-triq u li jigu kkurati, kif ukoll 2) pets li wara li jkunu operati fi vet clinics privati jinzammu f'dan ic-centru ghal perjodu ta’ konvalaxenza.

Bosta nies li ghandhom pet hafna drabi ma jkunux jafu kif idewwu l-annimal waqt il-perjodu ta' konvalexenza jew ma jkunx possibli joqghodu mieghu matul il-gurnata. Fil-każ ta’ annimali abbandunati li jkunu mwegga, dawn ikunu jistghu jinġiebu f’dan iċ-ċentru, jiġu medikati, neutered u wara jinstabilhom post f’xi santwarju.

Fil-laqghat li jkolli mal-NGOs giet indikata l-htiega ta' centru bhal dan u rnexxieli notjeni l-commitment tal-Gvern biex jiprovdi facilita' bhal din.
Dan il-proġett huwa wieħed innovattiv għax huwa ‘green building’. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru se jkun mghotti b’wicc tal-ħaxix, dan l-istess saqaf se jkun qed iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx u l-‘carbon footprint’ ikun ridott. Biex l-impatt viziv fuq iż-żona rurali ta’ Ta’ Qali jkun minimu, is-saqaf ta’ dan il-bini se jkun ftit aktar għoli mill-livell ta’ l-art tal-madwar izda xorta jibbenefika minn ammont kbir ta’ ventilazzjoni u dawl naturali.

Għal din l-attivita ta’ dalgħodu attendew numru ta' raprezentanti ta' NGOs li lkoll ferħu meta raw li din il-ħolma tagħhom ukoll, qegħda tissarraf f’realta’ bis-sahha tal-investiment tal-Gvern. Dalghodu ghal darb'ohra rringrazzjajt lill-NGO’s tax-xogħol siewi li qed jagħmlu u ergajt heggigthom jahdmu aktar flimkien halli jsibu sinergija bejniethom u jimmassimizzaw r-rizultati fl-interess tal-protezzjoni tal-annimali f'pajjizna.

Dec 1, 2008

AIDS - epidemija qalila li qed tinfirex

Illum huwa l-Jum Dinji tal-AIDS, sabiex jizdied l-għarfien dwar din il-marda. Ġew f’idejja ftit numri dwar din il-marda fid-dinja u nistqarr magħkom li xxukkjajt ruħi.

Fid-dinja hawn mat-33 miljun ruħ infettati bil-virus tal-HIV. Minn dawn ftit anqas minn 31 miljun ruħ huma adulti u mal 15-il miljun u nofs ruħ huma nisa. Maz-zewġ miljuni minnhom huma tfal taħt il 15-il sena. Fl-2007 ġew irreġistrati mat-2.7 miljun kaz ġdid ta’ nies infettati, li minnhom kwazi 400,000 huma tfal taħt il 15-il sena. Matul is-sena li għaddiet kien hemm maz-zewġ miljun imwiet kawza ta’ din il-marda!

Numri li ma jħallu ebda dubju li din hi marda qalila, u li qed tinfirex. Numri li juru li din qed issir epidemija u li m’għandniex alternattiva ħlief li nagħmlu l-almu tagħna biex inkattru l-għarfien ta’ din il-marda għaliex dik hi l-aqwa prevenzjoni li nistgħu nieħdu kontra li din il-marda tkompli tinfirex. Dan il-Jum Dinji huwa utli wkoll biex jikkumbatti kull forma ta’ preġudizzju li jista’ jkollna kontra nies infettati b’din il-marda.

Infatti, b’għaqal, persuna infettata tista’ tgħix ħajja kwazi normali. Kellna xi ezempji ta’dan, bħal per ezempju l-istilla tal-basketball Amerikan Magic Johnson li minn mindu ħabbar li għandu l-virus iddedika ħinu u l-enerġija tiegħu biex ikattar l-għarfien ta’ din il-marda u kif wieħed jsta’ jgħix biha. Johnson qed jghin finanzjarjament wkoll kampanja ta’ riċerka biex tinstab kura għal din il-marda. Forsi mhux kulħadd għandu l-mezzi u l-istatura ta’ Johnson, pero bil-ftit u bl-impenn ta’ kulħadd, ilkoll nistgħu nagħmlu differenza kbira biex nikkumbattu t-tixrid ta’ din l-epidemija.