Feb 27, 2011

Catch The Drop

Nhar il-Gimgha ġewwa l-iskola fir-Rabat, nhiedejt il-kampanja edukattiva CATCH THE DROP fuq il-konservazzjoni tal-ilma li għandha twassal sat-22 ta’ Marzu, il-Jum Dinji tal-ilma. Kienet attivita’ helwa fejn fiha hareg car l-entuzjazmu tal-kap tal-iskola, l-ghalliema u t-tfal, biex jaghtu l-ahjar li jafu. Tajt lit-tfal ta’ din l-iskola skultura f’forma ta’ qatra tal-ilma magħmlula min plastik riċiklat sabiex fiha t-tfal jitfgħu l-messaġġi tagħhom, bit-tema tkun x’jistgħu u x’għandhom jagħmlu t-tfal biex ma jinħeliex l-ilma.

Din il-qatra tal-ilma magħmula mill-artist Joe Barbara, se tkun qed iddur l-iskejjel li jmissu mal-Akwadott li kien inbena fi żmien il-Gran Mastru Wignacourt, biex jitwassal l-ilma sal-Belt Kapitali. Il-qofol ta’ din il-kampanja ser jintlaħaq fit-22 ta’ Marzu f’attività li ser tittella’ f’Pjazza San Ġorġ.

Nemmen li t-tfal jistgħu jkunu l-aqwa ambaxxaturi tal-ħarsien tar-rizorsi taghhom kif wieħed jista’ jara fl-inizjattiva tant suċċess tal-Eko Skola. Permezz ta’ din il-kampanja rridu nersqu lejn il-komunita’ u nfehmu li ghalkemm illum insibuha komda li niftħu l-vit u nsibu l-ilma, hemm bzonn li ma nahlux din ir-rizorsa tant importanti. Il-Water Services Corporation naqset l-estrazzjoni mill-ilma ta’ taħt l-art għall-ilma tax-xorb kemm għax l-WSC naqqset il-ħela, kif ukoll żiedet il-produzzjoni tal-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis sabiex ikollna dejjem aktar ilma ta’ kwalita’ ahjar.

Tlaqna b’din il-kampanja mir-Rabat anke ghax dan huwa rahal marbut mal-agrikoltura ta’ pajjizna. Ninnota li permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE mal-75 bidwi bbenifikaw minn madwar €3 miljun biex jibnu ġibjuni li l-volum tagħhom ilkoll flimkien ilaħħaq mal-47,000 mtr. kb. ta’ ilma. Fix-xhur li gejjin il-Gvern se jkun qed jiehu numru ta’ mizuri biex pajjizna jahzen aktar ilma. Mizuri li jkunu izda cost effective. Ghax ma jaghmilx sens li nibnu nfrastruttura kbira li tiswa miljuni kbar meta nistghu niproducu l-istess volum ta’ ilma mit-tifsija tad-drenagg. Inkella se nimxu biex nibnu soak away reservoirs biex l-ilma li jingabar go fihom jippenetra fl-aquifer. Hekk se naghmlu bhala ezempju bejn il-Gżira u l-Kappara. Dan il-ġibjun ser jiswa madwar €600,000 u ser ikun ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Feb 25, 2011

Garanzija ta' kwalita'

L-UE fl-2004 kienet stabbilit li l-qisien tal-gageg tat-tigieg tal-bajd tal-farms tal-pajjizi li kienu ghadhom kemm issiehbu kellhom sal-ahhar tal-2011 biex jigu konformi mal-standards ewropej. L-UE kienet hadet dik id-decizzjoni mhux biss ghal ragunijiet ta’ animal welfare imma anke minhabba l-kwalita’ tal-laham. Huwa fatt li t-tigieg kienu jkunu ffullati wisq fil-gazez u dan kien iwassal ukoll ghal aktar mard fost it-tigieg, u allura kien ikun hemm kwalita’ inferjuri fil-kwalita’ tal-bajd li jikkonsma l-konsumatur.

Issa waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Biedja, li attendejt din il-ġimgħa, kellna Kunsill kellu talba mill-Gvern Pollakk biex din id-data tigi estiza. Pajjiżna diġa ħa l-passi neċessarji biex is-settur jiġi konformi ma’ din id-Direttiva u dan sar bi sforz kollettiv li kien jirrikjedi investiment u tibdil fil-prattiċi wżati mill-produtturi. Ghaldaqstant konna kontra din l-estensjoni, ghal tlett ragunijiet. Qabel xejn biex niprotegu l-interessi tal-konsumatur, it-tieni biex ma npoggux lill-produttur lokali fi zvantagg fil-konfront tal-produtturi tat-tigieg barranin, u t-tielet ghal ragunijiet ta’ animal welfare.

Irrid li din il-bidla ma kenitx wahda faċli iżda bl-impenn ta’ kulħadd illum wasalna biex għandna settur aktar organizzat u regolat. Dan ma kienx l-uniku żvilupp fit-titjib tal-kwalita’ f’dan is-settur. Illum il-konsumatur għandu garanzija ta’ traċċabilita’ fuq kull bajda li jixtri, tant li produttur huwa obbligat li jittimbra kull bajda li tinħareġ għall-konsum tas-suq lokali. Dak it-timbru huwa l-karta tal-identita’ ta’ dik il-bajda u huwa wkoll il-garanzija tal-kwalita’ tal-konsumatur. Dan minbarra investiment massiċċ fl-irziezet inkluż f’faċilitajiet ta’ mmaniġġjar tad-demel kif ukoll fi strutturi oħrajn anċillari bħalma huma l-biċċeriji li fihom jinqatlu t-tiġieġ.

Għaddej ukoll programm sħiħ biex jiġu ittestjati t-tiġieġ u l-bajd, u l-ġwież tal-annimali għas-salmonella fejn saru 412 testijiet li jkopru rziezet tat-tiġieġ tal-laham u 670 testijiet li jkopru rziezet tat-tiġieġ tal-bajd. Il-kwalita’ tal-ikel hija marbuta intrinsikament mal-animal welfare. Dan narawh iseħħ fis-setturi kollha tal-animali bħal fil-każ ta’ baqar u majjali. Annimali b’saħħithom jiproducu aktar u jagħtu prodott itjeb.

Feb 24, 2011

Progett iehor b'fondi ewropej

F'dawn il-granet kellnal-applikazzjoni sabiex nirrestawraw is-salini approvat mill-MEPA . Sit li fl-opinjoni tieghi joffri potenzjal immens bhala attrazzjoni turistika fl-ghatba taz-zona turistika ta’ Bugibba/San Pawl. Bdejna bix-xoghol sentejn ilu billi naddafna l-kanal tas-Salini magħruf bħala s-sukkursu mill-hama li ngabret fih wara snin twal ta’ telqa kompleta. Ergajna ħlolqna iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini. Mill-kanal kien inġabar xejn inqas minn 10,000 tunnelata ta’ materjal minn madwar 900 metru ta' kanal. Permezz tat-tindif tal-kanal irnexxielna fuq kollox neqirdu r-riħa xejn pjaċevoli li kienet tinxtamm f’dawn l-inħawi minhabba l-hama li kien hemm.

Issa se nibdew ix-xoghol biex nirrestawraw is-salini nfushom li forsi ftit jafu li effettivament qeghdin fuq gzira li nbniet mill-Kavallieri, b’area ta’ madwar 18,000 mtr. kwadru. Ix-xoghol ser jikkonsisti fir-restawr u r-rijabilitazzjoni tas-salini kif ukoll ir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u mahzun il-melħ. Dawn il-huts li kienu nbnew fi zmien l-Inglizi, matul is-snin tmermru u gew “imsewwija” b’materjali li xejn ma jaqblu mad-disinn u materjali originali. Permezz ta’ dan il-progett issa l-huts se jergghu jinbnew skond id-disinn originali sabiex wahda minnhom isservi ta’ visitors centre. F’dan il-visitors centre wiehed se jkun jista jifhem ahjar il-process ta’ kif isir il-melh permezz ta’ esebiti u video presentation. Jigi ukoll spejgat kif isir il-fleur de sel li huwa tip ta' melh ta' l-ghola kwalita'. Fil-visitors centre se jkollna wkoll cafeteria zghira.

Permezz ta’ fondi ewropej ta’ madwar 7 Miljun Euro, se nirrestawraw ukoll ix-Ximenes Redoubt li kienet inbniet mill-Gran Mastru Ximenes fl-1715. Fil-fatt tajjeb wiehed jghid li qabel kien hemm Redoubt ohra fuq in-naha l-ohra tal-bajja, izda din kienet giet imhotta. Ir-Redoubt li se jigi restawrat se jservi bhala Interpretation Centre taz-zona kollha. B’hekk wiehed se jkun jista japrezza l-valur storiku u ekologika taz-zona kollha. Tajjeb nghidu li se tigi rrestawrata anke l-marshland li hija santwarju mportanti ghall-ghasafar f’pajjizna.

Nemmen li b’dan il-progett se nkomplu naghmlu minn din iz-zona dejjem aktar park ta' mistrieh ghal Maltin, kif diga jaghtu xhieda l-mijjiet li johonqu s-Salini Park li llum jokkupa spazju sitt darbiet akbar minn dak li kien Kennedy Grove. Fuq kollox permezz tal-progett se nkomplu ntejjbu l-prodott turistiku ta' pajjizna.

Feb 17, 2011

Secrets & Lies

Il-bierah ħadt sehem f’dibattitu parlamentari dwar mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni dwar il-prezz tal-gass. Huwa dritt tal-Oppożizzjoni li titlob għal dibattiti bħal dawn. Pero huwa inaċċettabli li l-Oppożizzjoni tressaq mozzjoni bħal din daqs li kieku Malta mhijiex parti mill-kuntest internazzjonali. Ir-realta’ ta’ llum hi li pajjiżna hawn suq liberalizzat tal-gass LPG u l-prezz tac-cilindru tal-gass jirrifletti l-prezz tas-suq internazzjonali. Bizzejjed nghid li l-prezz tal-gass zdied minn €241 ghal €708 kull tunellata metrika. Igifieri f’sentejn il-prezz kwazi ttripla ! Ovvjament jghidulna li jmissna nissussidjawh. U minn fejn jigu l-flus ghas-sussidju ? Mhux mit-taxxi tal-poplu ?

Ir-realta’ llum tfisser ukoll li l-prezzijiet tal-enerġija fuq livell internazzjonali żdiedu sostanzjalment u allura wieħed ma jistax ma jikkunsidrax l-impatt li dan qed iħalli fuq pajjiżna wkoll. Il-prezz tal-gass ġeneralment isegwi ċ-ċaqliq li jkun qed isir fil-prezz taz-zejt. Malta hi pajjiż mingħajr riżorsi naturali u għalhekk l-ekonomija Maltija hi vulnerabbli għal dak li jkun qed iseħħ f’pajjiżi oħra.

Fid-dibattiut kellna l-okkażjoni nuru kif il-prezz tal-gass f’pajjiżi oħra huwa fl-istess livell ta’ dak li hawn f’pajjiżna. Fid-diskussjoni laqtuni tlett affarijiet principalment. L-ewwel: Il-qerq u t-tahwid tal-kelliem tal-Opposizzjoni, Joe Mizzi. Dan gab mozzjoni li fiha jghid li fil-formula li bih jigi stabbilit il-prezz tal-gass mill-MRA, ir-Return on Capital Employed (ROCE), “huwa aktar minn ta’ pajjizi ohra”. Issa kieku biss indenja ruhu jidhol fuq il-website tal-MRA fejn hemm il-mekkanizmu spjegat, kien jinduna li mhux talli mhux aktar gholi minn ta’ pajjizi ohra izda lanqas biss hu inkluz fil-formula ! Ara x’Opposizzjoni ghandna ! Lanqas jiddejqu jqarrqu !

It-tieni haga li laqtitni: Il-Kap tal-Opposizzjoni jiftahar li favur it-trasparenza imma jiprova jahbi stedina li ghanlitlu l-MRA kwazi aktar minn xahar ilu biex issirlu presentazzjoni fuq kif jahdem il-mekkanizmu. Ha ghalih li jien u Tonio Fenech semmejnilu dan il-fatt. Qalilna “la l-MRA indipendenti intkom mhux suppost tafu” ! Ir-risposta taghna kienet wahda: Konna nistennew li tghidilna int u mhux tiprova tostorha ! Ara xi trasparenza jemmen biha ! Jaghmel mozzjoni, l-MRA tistiednu biex taghmillu presentazzjoni u ma jmurx.

It-tielet fatt li laqatni: Il-Kap tal-Opposizzjoni fid-diskors tieghu jsaqsi kemm se ndumu biex ninstallaw il-windfarms f’Malta. Nesa Dr.Muscat li hekk kif habbarna li se nistudjaw is-sit tal-Bahrija ghal windfarm, mar jigri jbezza lill-bdiewa u jghidilhom li jekk jigu nstallati t-turbini dawn jaghmlu hsara lill-ilma tal-pjan tal-inhawi ! L-ewwel ifixkel u jivvinta u mbaghad jigi jsaqsi fhix wasalna. Ghad ma ghaddewx aktar minn gimghatejn fejn habbart fhix wasalna, izda l-Kap tal-Opposizzjoni taparsi ma jafx jew verament ma jafx ! Ma nohodhiex bi kbira li Joseph Muscat u Joe Mizzi jahdmu l-verzjoni l-gdida tal-film Secrets & Lies !

Feb 11, 2011

L-investiment igib aktar gharfien.

L-investiment iġib aktar għarfien. Dan hu prinċipju li jreġi f’diversi oqsma, u huwa prinċipju li qed narah iseħħ kuljum fejn jidħol interess tal-pubbliku fuq il-wirt storiku ta’ pajjiżna, b’mod speċjali l-fortifikazzjonijiet. Il-Gvern imbarka fuq proġett l-akbar progett ta’ restawr tas-swar li qatt ra pajjizna b’finanzjament ta’ €36 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea.


L-għatx tan-nies għall-informazzjoni jidher u jinħass. Kull attivita’ ta’ informazzjoni li qed norganizzaw qed jintlaqgħu tajjeb min-nies u qed ikunu ppakkjati tant li qed ikollna nħallu xi nies diżappuntati. L-aħħar eżempju kienet l-Open Day li għamilna fi tmiem il-ġimgħa l-oħra fl-Imdina fejn il-pubbliku seta’ jara mill-qrib ix-xogħol delikat li għaddej fejn fost affarijiet ohra jew installati mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda biex is-sur li kien qed icedi jissahhah.



Bħala Gvern qed nindirizzaw dan l-għatx għall-informazzjoni mill-pubbliku u għalhekk ħadt gost li dalgħodu kelli okkażjoni biex flimkien mal-Prim Ministru nara l-progress li għaddej fuq iċ-Ċentru Interattiv dwar il-Fortifikazzjonijiet li qed jitlesta fi Biagio Steps, il-Belt Valletta. Hemmhekk ser tittella wirja b’mudelli kbar tas-swar kif ukoll 3D computer generated images tas-swar biex wiehed ikun jista jifhem ahjar mhux biss l-aspett arkitettoniku izda anke l-hidma amministrattiva li kien hemm biex inbnew is-60km ta’ fortifikazzjonijiet li ghandna f’pajjiżna.



Ix-xoghol li ghaddej huwa evidenti kull fejn thares fl-Imdina, fil-Belt Valletta, fil-Birgu u fic-Cittadella t’Ghawdex. Kont ghalhekk verament sorpriz kif din l-ġimgħa kelli mistoqsija parlamentari mid-deputat tal-Oppożizzjoni Silvio Parnis jistaqsi “Jista l-Ministru jghid jekk bediex ir-restawr tas-swar fil-Kottonera u l-Belt ?” F’liema dinja qed jghix biex ma ndunax li x-xoghol inbeda !?

Feb 8, 2011

Dan se jghallimna !?

Ħadt gost insegwi Bondiplus tal-bierah fejn ittratta l-mistieden tal-unur tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li ltaqgħet b’tant pompa l-ġimgħa li għaddiet. Sergei Stanishev, ex-Prim Ministru Bulgaru, kien ippreżentat bħala Mexxej ta’ Partit Soċjalista ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li ta’ eta’ żgħira kien ukoll Prim Ministru ta’ pajjiżu. Ma qalux izda li dan kien favur li l-Bulgarija tidhol fl-UE, mhux bhal Joe Muscat ! X'ma qalux aktar izda ? Stanishev għandu fuqu dellijiet kbar ta’ rregolaritajiet fiż-żmien li dam imexxi bħala Prim Ministru.

L-akkużi jvarjaw minn sistema korrotta li wasslet biex il-fondi tal-Unjoni Ewropea spiċċaw għand il-Mafja Bulgara, akkużi ta’ nipotiżmu fejn ħu Stanishev kien il-moħħ wara żvilupp propost f’żona ta’ importanza ekoloġika Ewropea vicin il-bajja ta’ Karadere. Skond il-gurnal Ingliz The Guardian dan l-izvilupp massicc “will destroy the Black Sea coast's last remaining virgin stretches of beach and will have a devastating effect on the rich biodiversity of an area which has environmental protection status under the EU's Natura 2000 programme”. Stanishev ghandu track record iswed ukoll ghar-rigward tal-mod kif jitratta l-media. Fi zmienu numru qawwi ta’ ġurnalisti spiċċaw bit-telefons ittappjati ! Dan wassal biex kellu jirriżenja l-Ministru tal-Intern tal-Gvern ta’ Stanishev.


Imbaghad jigi dan Stanishev jigi jiprova jaghtina lezzjoni fit-trasparenza ! Qalilna: More socialist prime ministers and governments were needed in Europe so that it would become more transparent and closer to the people ! Trasparenti ! Da zgur bil-gvern jissemmalek x’inti tghid !!!


U mbaghad min jakkumpanjah fil-Konferenza Generali ? Hadd hlief Alex Sceberras Trigona, dak li meta kien Ministru welled il-Foreign Interference Act li kienet tiprojbixxi politici barranin jigu jitkellmu f’pajjizna ! Jinbidlu z-zminijiet ! Il-Labour biss li ma jinbidilx !!!

Feb 7, 2011

Grazzi Ron

Ilu xi sentejn li sirt naf lil Ron Colombo, l-fundatur tal-Malta Guide Dogs Foundation. Ragel li minkejja li kien nieqes mid-dawl ipprova mill-ahjar li jista jaghti d-“dawl” permezz ta’ guide dogs lill-persuni neqsin mid-dawl. Sfortunatament illum attendejt is-servizz li sar ghalih fic-Cimiterju tal-Addolorata. Sfortunatament tilef hajtu nhar is-Sibt wara li l-gimgha l-ohra waqa’ u sofra emoregija fil-mohh. Is-servizz ta’ llum kien differenti mis-soltu. Rari tara klieb ic-cimiterju. Illum kien hemm bosta guide dogs fosthom Balto, il-kelb Labrador sieheb ta’ Ron u klien ohra ta’ persuni neqsin mid-dawl.

Ron kien ragel kolt u ta’ integrita’. Kont niehu gost niltaqa mieghu ghax dejjem bit-tbissima u bi spirtu posittiv Kien grat hafna li l-Ministeru tieghi ghen lill-ghaqda tieghu billi ffacilitajna t-trasferiment ta’ guide dogs minn training schools barranin minghajr il-htiega li dawn il-klieb joqghodu perjodu ta' kwarantina.. Dan l-ahhar Ron kien apprezza hafna wkoll il-fatt li tajna lil Foundation l-opportunita’ li juzaw l-art madwar ic-Centru San Frangisk f’Ta’ Qali halli jkunu jistghu ihargu lill-klieb.

Dawn il-klieb litteralment jghinu biex ibiddlu l-hajja tal-persuni neqsin mid-dawl ghax joffrulhom habib li jghinhom jaccedu l-postijiet li sal-bierah ma setghux jilhqu minhabba d-dizabilita’ fizika. li llum saru l-akbar hbieb taghhom. Ma ninsa qatt dak li darba qalli persuna nieqes mid-dawl, “il-kelb tieghi rega tani l-indipendenza.” Fil-verita' sehem kbir f'dik il-liberta' kellu wkoll Ron, li stinka biex jingibu dawn il-klieb. Ma hasibx biss ghal rasu imma stinka anke ghall-ohrajn biex anke huma jkollhom sieheb. Ron m’ghadux maghna imma l-azzjoni u l-inizjattiva tieghu se tibqa tghix maghna. Grazzi. Ron.

Feb 6, 2011

Hemm rih sufficjenti

Ghadna kif ħabbrana r-riżultati tal-ewwel sena ta’ studju fuq ir-riħ bħala parti mill-proċess għall-istallazzjoni ta’ windfarm fuq is-Sikka l-Bajda. F’Novembru tal-2009 tellajna fl-Aħrax tal-Mellieħa, arblu biex ikollna studji aktar dettaljati u reali tar-riħ li jgħaddi miż-żona tas-Sikka l-Bajda, post li għażilna biex nistudjaw aktar fil-fond il-possibilita li jsiru windfarms fil-baħar.

Irrid infakkar li pajjiżna hu obligat li sas-sena 2020, 10% tal-enerġija li jikkonsma trid tkun ġejja minn sorsi nodfa. Mill-istudji li saru mifruxa fuq is-sena 2010 jirrizulta biċ-ċar li r-riħ li hemm fiż-żona tas-Sikka l-Bajda huwa tajjeb bizzejjed biex il-windfarm teknikament huwa viabbli. Dan il-proċess tal-istudji tar-riħ huwa biss parti minn proċess twil li jinkludi analizi tal-impatt ambjentali kif ukoll il-viabilita’ ekonomika.

Bir-riħ li ġie kkalkultat matul is-sena ta’ studju, il-windfarm tas-Sikka l-Bajda kien jiġġenera madwar 200GWh ta’ eletriku li hu ekwivalenti għal 10.2% tat-total ta’ eletriku li ssupplixxiet l-Enemalta fl-istess perijodu. Dan l-eletriku ġġenerat huwa daqs kemm jikkunsmaw madwar 40,000 familja fis-sena.

Din hija l-uniku sikka kbira bizzejjed fl-inhra taghna li toffrilna l-opportunita’ ninstallaw windfarm b’madwar 18-il turbina f’shallow waters. Shallow waters ifisser sa fond ta’ madwar 30 metru. Sa llum ghad ma hawnx sistemi stabbiliti ghal deep offshore, igifieri f’fond ta’ aktar minn 30 metru. Ghaddejja ricerka fuqhom u meta dawn ikunu zviluppati definittivament li joffrulna opportunitajiet ferm akbar.

Biex pajjiżna jilħaq il-miri stabbiliti, għandu bżonn jagħmel użu minn sorsi differenti ta’ enerġija alternattiva, billi jkunu sfruttati r-riżorsi kollha possibbli bħar-riħ, ix-xemx u l-iskart. B’dan ir-riżultat mill-istudji tar-riħ miksub, il-windfarm tas-Sikka l-Bajda kienet tlaħħaq mat-terz tal-mira ta’ 10%.

Feb 2, 2011

Imxejt skond il-ligi

Ma ssorprendejt ruħi xejn li d-deputat Laburista Leo Brincat il-bierah għażel li juża ż-żewġ artikli tiegħu, bil-Malti u bl-Ingliż, biex fihom jirrepeti l-argumenti qarrieqa tal-Oppożizzjoni wara s-sentenza li tat il-Qorti dan l-aħħar fuq il-process tal-appell fuq il-permess ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.

Il-Qorti irreferiet ghall-Ligi dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp b’mod partikolari l-artikolu 15 li jitratta l-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet dan ma jiprovdiex “appearance of independence”. Il-fatti huma li din id-decizjoni, la direttament, u wisq anqas indirettament, ma sabitni ħati ta’ ksur ta’ xi dritt fundamentali kif Leo Brincat ghogbu jikteb. Tant hu hekk li fl-istess deċiżjoni tal-Qorti lanqas ma hemm indikat li jien, bħala Ministru responsabbli, b’xi mod involvejt ruħi fil-proċess quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Il-każ kien deċiż fuq "appearance of independence" u mhux li ġara xi ħaġa li permezz tagħha ġie miksur xi dritt fundamentali.

Jien imxejt skond il-ligi. Il-Qorti sabet li l-ligi jehtieg tinbidel, kif fil-fatt diga nbidlet minn dak inhar li saret il-kawza. Imma l-fatti ma jgħoddux għal widnejn l-Onor Brincat. L-Onor Brincat, bħall-Partit li jahdem fih, jinteressahom biss li jħammġu u jitfgħu t-tajn. L-Onor Brincat żgur li mhux l-aktar politiku adatt li jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem meta huwa wieħed mill-fdalijiet ta’ reġim soċjalista li, fost oxxenitajiet kbar oħra, iggverna għal ħames snin kontra r-rieda tal-poplu u ghamel attakk wara l-iehor fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dak iż-żmien Brincat ma kellu ebda diffikulta’ li jifforma parti minn dak il-Gvern, u jiggustifika dawk l-azzjonijiet. Leo Brincat jiprova jnessina xi kultant li hu ghal sentejn serva bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni tal-Gvern u mill-Housing f'regim li ma kellux il-fiducja tal-poplu.