Jul 29, 2010

Care Creates Change

Hassejtni verament kuntent il-bieraħ meta inawgurajt iċ-ċentru msejjaħ T.R.E.E (Training of Resources for Environmental Employment) Centre gewwa l-Marsa li qed jospita fih il-progett Care Creates Change. Dan il-proġett mmexxi mill-WasteServe huwa ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea bl- investiment fin-nies ta’ €1.2 miljun u ghandu bhala partners l-MCAST, Mid-Dlam ghad-Dawl, Jesuit Refugee Service, Maltese Mentoring Society, Commission on Domestic Violence, SATU Rehabilitation Centre, The Oasis Foundation, Malta Red Cross u n-Nature Trust.

Dan il-programm jaghti tahrig fuq l-immaniggar ta’ skart, l-computer, literacy skills fil-Malti u Ingliz, creative thinking, selling techniques & customer care, kif ukoll kif wiehed jiddisinja u jahdem prodotti maghmulin mill-materjal riciklabli lil firxa wiesa’ ta’ persuni. Minn haddiema li diġa jaħdmu f’dan is-settur, sa nisa tad-dar u zghazagh li telqu mill-iskola ta’ eta zghira, kif ukoll zghazagh li għaddew minn ċertu problemi fil-ħajja.

Bħalissa dan iċ-ċentru, mmexxi b’entuzjazmu kbir minn Jeannette Fiott qed jilqa’ fiħ mas-60 student u l-etajiet ivarjaw minn 16-il sena sa 50 sena.. L-għan ta’ dan iċ-ċentru hu li joħloq tahrig li jaf iwassal biex persuna ssib xogħol fil-qasam ambjentali. Il-bieraħ dawn l-istudenti tellghu fl-istess centru serata kulturali b’tema ambjentali. Esprimew it-talenti taghhom anke persuni li sfortunatament minhabba l-esperjenzi iebsin li kellhom fl-imghoddi kellhom diffikulta’ jikkomunikaw f’udjenza. Bit-tahrig li nghataw irnexxielhom jibdew jghelbu dawn id-diffikultajiet u kisbu kunfidenza fihom infushom.

Il-bierah stajt nara wkoll ix-xogħlijiet li dawn l-istudenti ghamlu minn materjali riciklati. Ghamlu basktijiet, ornamenti, inkwadri, kif ukoll kostumi li ħejjew huma stess fix-xhur li għaddew, maghmulin min materjali li kienu ser jintremew. Il-ħiliet u l-kwalitajiet li qed ikunu skoperti permezz ta’ dan il-programm se jservu biex jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tagħhom u jippreparhom biex jintegraw dejjem aktar fis-soċjeta partikolarment fid-dinja tax-xogħol.

Jul 28, 2010

Kompetittivita'

Il-haddiema tal-ST Microelectonics fis-sieghat li ghaddew ivvutaw b’mohhom, ivvutaw biex ma jitilfux l-impjieg taghhom anke jekk dan kien ifisser ammont ta’ sagrifficju minn naha taghhom. Il-gvern ghamel u baqa’ jaghmel il-parti tieghu anke b’ghajnuna finanzjarja lil ST biex tkun tista’ tinvesti b’linja ta’ produzzjoni gdida imma l-gvern ma jistax jobbliga l-privat biex jibqa’ jinvesti f’pajjizna. L-ghazla ahharija tibqa’ tal-kumpanija, pjuttost decizjoni li ssir barra minn xtutna, fl-ahjar interess tal-kumpanija u min jehodha qajla jinkwieta jekk humiex haddiema Maltin jew Spanjoli jew Cinizi li jispiccaw bla xoghol. Dan ipoggi fuq il-gvern il-piz li jwettaq politika li tkun thajjar u twiezen l-investiment barrani izda ma jezentax lill-haddiema li jaghmlu l-parti taghhom biex izommu l-kumpanija kompetittiva.

Gieni f’idejja artiklu f’gazzetta barranija dwar il-futur ta’ impjant tal-Fiat f’Pomigliano, belt qrib Napli. Mhux qed nqabbel imma tkompli ssahhah il-fehma tieghi li dak li qed nghaddu minnu ahna huwa hafna inqas drastiku minn dak li ghaddej f’hafna pajjizi ohra. Dan l-impjant f’Pomigliano ihaddem 5200 impjegat u l-Fiat tiggenera nofs l-attivita’ ekonomika tar-regjun. Ghal dan l-ahhar sentejn l-impjant kien qed jopera bi 32% tal-kapacita’ tieghu minhabba n-nuqqas ta’ domanda kawza tal-krizi ekonomika. Ghal Fiat ma kienx jaghmel wisq sens izommu l-impjant miftuh izda il-gvern ghamel pressjoni biex jipprova jissalvagwardja l-ghixien ta’ 15,000 familja.

Il-management talab lill-impjegati li jbiddlu l-etika tax-xoghol tagghom – u f’vot li ttiehed ix-xahar li ghadda 63% tal-impjegati vvutaw favur li jnaqqsu l-hin tal-break taghhom, li ma jistrajkjawx fi zmien meta jkun hemm domanda gholja u li jigu penalizzati jekk jinstab li jkunu qed jabbuzaw mis-sick leave. B’rizultat, il-Fiat iddecidiet li zzomm l-impjant miftuh u li tinvesti aktar fil-fabbrika li issa se tibqa’ miftuha 24 siegha kuljum. U wiehed irid jara dan ukoll fl-isfond tal-mizuri ta’ austerita’ mhabbra minn Berlusconi f’Mejju li jinkludu fost ohrajn li s-salarji tal-gvern ikunu marbuta mal-produttivita’ u li toghla l-eta’ tal-pensjoni.

Fl-Italja hafna jghidu li jekk il-Fiat tmur il-bahar, ifalli l-pajjiz. Il-kaz tal-ST fortunatament mhux hekk ghalina minkejja li l-ST llum hija l-akbar employer fil-pajjiz fil-qasam tal-manifattura b’1,500 impjegat u t-tluq tal-ST ihossu l-pajjiz kollu. It-triq li ghazlu l-haddiema tal-ST ghalhekk tqawwilna qalbna li l-gvern, is-settur privat, il-unions u fuq kollox il-haddiema qed jaraw li s-success fil-futur jiddependi minn kemm jirnexxielna nigbdu habel wiehed.

Jul 25, 2010

Progett iehor ghan-naha t'isfel ta' Malta

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinsabu għaddejjin fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk qeghdin fi stadju avvanzat hafna, fil-fatt hu kkalkulat li x-xoghol mistenni jitlesta gimghatejn qabel dak previst. Il-promenade mistenni jkun kompletament miftuħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin. Dawn ix-xoghlijiet jikkumplimenta dawk li tlestew is-sena l-oħra fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-promenade fejn tkabbret u sar pavimentar ġdid lill-bankina ta’ ma' n-naħa tal-bini.

Din it-tieni fażi tal-proġett tal-promenade nbdiet f’Mejju ta’ din is-sena meta nqalghet it-triq kollha, saret sistema gdida ta' drenagg u giet iffurmata t-triq mill-gdid. Ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq il-promenade, li fih man-nofs kilometru tul, nbeda fit-18 ta’ Ġunju. Il-pavimentar sar bil-porfido u kubetti tal-granit u bhalissa qed ikun nstallat dawl dekorattiv u bankijiet tul ix-xatt. Id-dawl dekorattiv jixbah hafna lill-lampa tradizzjonali li juzaw is-sajjieda. Hadna hsieb li filwaqt li naghtu access komdu lil dawk kollha li jmorru jimxu tul ix-xatt, minn naha l-ohra ma ntellfux lis-sajjieda fil-hidma taghhom f'dan ir-rahal tipiku tas-sajd.

Aktar tard din is-sena mbaghad nibdew imbaghad it-tielet fażi ta’ dan il-proġett li se tkun tinkludi pavimentar fl-inħawi tal-pjazza tal-Knisja kif ukoll iz-zona tax-xatt quddiem il-Knisja. F'din iz-zona qed se naghmlu ukoll skultura bhala tislima ghal hidma tas-sajjied malti kif ukoll niprovdi posti ghal bejgh tal-hut aktar igenici ghall-bejjiegha tal-hut.

Dan il-proġett li qed issir b’investiment ta’ €2 miljun, twettaq b’konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha ikkonċernati fosthom il-Kunsill Lokali, il-bejjiegħa tal-monti, il-GRTU li tirrappreżenta mas-sidien tal-ħwienet u mas-sajjieda. Ma kienx facli tiprova tikkontenta l-aspettattivi differenti ta' dawn il-gruppi li xi kultant huma kontra xulxin. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm hi qarrieqa l-kritika li nircievu li l-PN "in-naha t'isfel ta' Malta ma jezistiex". Il-Gvern qieghed b’mod konkret jinvesti fin-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna u b’hekk ukoll itejjeb il-potenzjal turistiku ta’ din iż-żona.

Jul 22, 2010

Igawdi l-ambjent u jgawdi l-but !

Il-bierah ħabbarna skema ta’ feed-in-tariff ta’ 25c, biex ninċentivaw dejjem aktar ix-xiri ta’ sistemi ta’ enerġija nadifa mix-xemx. Qatt daqs illum ma hi worth-it biex wieħed jagħmel pass favur l-ambjent u butu billi jinvesti f’panelli fotovoltajiċi. Fi ftit kliem feed-in-tariff huwa l-hlas li tithallas għal kull unit ta’ enerġija li titfa gewwa l-grid nazzjonali permezz tal-panelli fototovoltajiċi.

Ħafna kienu jaħsbu li l-investiment kapitali li wieħed jagħmel meta jixtri sistema bħal din, kienu se jdumu ħafna biex jirkuprawħ. Bir-rata ta’ feed-in-tariff li ntroducejna u bl-ghajnuna tal-iskema ghax-xiri tal-pannelli, issa tirkupra l-ispejjez ghal pannelli ghad-dar tieghek fi żmien ta’ 8 snin biss ! U dak kollu li tibqa tbiegh wara dak iz-zmien ikun kollu qliegh ! U jekk int Ghawdxi tirkupra n-nefqa f’ 7 snin ghax ghal Ghawdxin qed niddiskriminaw b’mod posittiv billi qed naghtu rata ta’ 28c fl-ispirtu tal-progett Eko-Gozo.

Ħsibna wkoll biex ħwienet, ristoranti, lukandi, ufficcji u industrija wkoll jigwadanjaw minn feed- in- tariff li tagħtihom 20c għal kull unit t’energija nadifa ġġenerat mix-xemx. Dawk li llum għandhom PV nstallata u qegħdin b’sistema ta’ net metering, igifieri jpartu mal-units li jikkunsmaw, se jkollom għażla li jaqilbu għas-sistema tal-feed-in tariff.

Din hija azzjoni konkreta ohra li turi r-rieda tagħna li verament pajjiżna jkompli jagħmel din il-qabża fil-kwalita’ tal-ħajja fejn b’inċentivi bħal dawn inkomlu niġġeneraw enerġija nadifa li tfisser livell ta’ saħħa aħjar u arja nadifa. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lil Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fuq in-numru 22955151 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

Jul 16, 2010

Anqas burokrazija jew anqas regolamentazzjoni ?

Is-Senat Amerikan il-bierah approva b’60 vot favur u 39 kontra l-ligi l-gdida li tirregola l-qasam finanzjarju. L-OK tas-Senat ghal progett Dodd-Frank (l-isem taz-zewg awturi tal-ligi) wasal wara li din kienet diga giet approvata mill-Kamra tad-Deputati. Tal-bierah kienet rebha importanti hafna ghal Obama, aktar u aktar ghax il-vot ghadda bi tlett voti ta’ Senaturi Repubblikani li ddecidew li jivvutaw mad-Democrats.

Il-ligi l-gdida li fiha aktar minn 2,300 pagna, tindirizza s-setturi kollha tas-swieq finanzjarji. Se tirregola aktar il-mod kif il-konsumatur jotjenu self u credit cards, tistabbilixxi l-process li bih il-gvern jista’ jiehu f’idejh istituti finanzjarji f’periklu ta’ falliment u toffri moniteragg aktar qawwi fuq l-ekonomija u r-riskju potenzjali li din tista tiffacjha.

In-nuqqas ta’ regolamentazzjoni jew l-illaxkar ta’ regolamentazzjoni fil-perjodu minn Reagan ‘l hawn, inkluz fil-perjodu li mexxa Clinton, wassal lill-Amerika f’xifer ta’ falliment. Liema krizi kellha effett fuq id-dinja kollha, kemm fil-qasam finanzjarju kif ukoll dak ekonomiku. Bosta osservaturi jsostnu li kien zball storiku li r-regolamentazzjoni giet kwazi fix-xejn minn esponenti ta’ politika liberali. Il-liberta’ tas-suq hija mportanti izda daqstant iehor hija mportanti li jkollok qafas regolatorju b’sahhtu li jhares daq li jkun qed jaghmel is-suq u mhux biss iwaqqaf l-eccessi izda jara li jkun hemm level playing field serju ghal kulhadd.

Kellu ragun il-Prim Ministru Gonzi din il-gimgha meta kien mistoqsi fuq jahsibx li pajjizna ghandu jnaqqas aktar il-burokrazija jwiegeb “It’s a very delicate balance. Let us not simplify because we will be making a very big mistake. If by removing bureaucracy we mean removing the regulatory part it would be a disaster. We will lose our environment and our attractiveness. But our regulation must be fast, transparent and objective.”

Jul 14, 2010

Electric cars - lejn anqas tniggiz

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar manifatturi importanti tal-karozzi qed ihabbru li se jpoggu fuq is-swieq internazzjonali electric cars. Kumpaniji kbar bhal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diga habbru li lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew matul is-sena d-diehla se jpoggu fuq is-swieq internazzjonali electric cars, kompetittivi mal-karozzi konvenzjonali. Kien ghalhekk li ftit tal-granet ilu waqqaft kumitat inter-ministerjali li gie mitlub jistudja x’tip ta’ infrastruttura u incentivi hemm bzonn li jkunu mplimentati f’pajjizna halli nhajjru aktar persuna jixtru karozzi minn dawn f’pajjizna.

Tajjeb infakkru li 16% tal-emissjonijiet kollha li nsibu f’pajjizna huma kkawzati mill-karozzi. Hu rikonoxxut li l-karozzi elettrici ma jiproducux exhaust u jikkontribwixxu biss terz tal-carbon dioxide ta’ karozzi konvenzjonali. Fil-laqgha li kelli mal-membri spjegajt li hu mportanti li l-kumitat jibni r-rakkomandazzjonijiet tieghu a bazi ta' ideat espressi diga lokalment anke permezz ta' konsultazzjoni mal-istakeholders kollha kif ukoll l-esperjenzi barranin relevanti ghalina.
Niskanta kif certi nies jispiccaw imaqdru anke certi inizjattivi posittivi. M’ahniex qed nivvintaw ir-rota ! Qed niprovaw nimxu fuq il-passi ta’ certi pajjizi, fosthom il-Portugal li sar leader fil-promozzjoni tal-karozzi elettrici. Infatti l-Prim Ministru Jose Socrates qed jiprova jaghmel mill-Portugal “a European trendsetter in green transport”. F’Gunju 2009, il-Gvern Portugiz nhieda programm sabiex jigi nstallat fil-pajjiz kollu network ta’ recharging stations li jaghtu c-cans lil karozzi elettrici jsuqu tul il-highways kollha tal-Portugal. L-ewwel electric car charging station pubbliku kien fil-fatt inawgurat fit-30 ta’ Gunju ta’ din i-sena. Il-Portugal qed jipjana li jkollu 320 charging stations sal-ahhar ta’ din is-sena u 1,200 sal-ahhar tal-2011.
Bhala rizultat tal-impenn tal-Gvern Portugiz, l-kumpanija Renault-Nissan ddecidiet li tuza minn tal-ewwel lil Portugal ghat-tnehdija tal-electric cars li behsieba tohrog fl-2011. Din l-ambizzjoni Portugiza ghall-qasam tal-electric vehicles tifforma parti mill-programm ta’ green energy b’investimenti kbar f’wind-farms, solar panel farms u inizjattivi ohra ghal energija nadifa.

Jul 11, 2010

Investiment ta' €2 miljun

Ix-xogħlijiet fuq il-promenade ta’ Qui-si-Sana issa kwazi huwa lest kollu. Il-promenade giet ffurmata fuq kollonnat li diga sar popolari man-nies li juzaw din iz-zona ghall-ghawm ghax tahtu jistghu jistkenna mill-qilla tax-xemx. Taħt il-promenade filwaqt li ħsibna sabiex nibnu ukoll faċilitajiet sanitarji, ċekkinna r-rampa li kienet tagħti mill-promenade l-antika għal fuq il-blat. Dan għamilnih biex filwaqt li r-rampa tibqa’ toffri aċċess għal kulħadd, ma tagħmiliex possibbli biex jinżlu l-karozzi fuq l-istess bajja. Kienet ħasra tara numru ta’ karozzi jokkupaw l-ispazju rikreativ li toffri l-bajja għan-nies. Fadal biss jitlesta t-trench ghas-servizzi li jigi taht il-promenade fil-genb tat-triq. Dan it-trench qed isir halli f’kaz li jkun hemm xi hsarat ma jkollhiex tinqala t-triq.

Mixi x-xoghol gmieli ukoll fuq l-ġnien il-gdid ta’ Qui Si Sana, li kif ħabbart ftit ilu behsiebna nsemmuh għall-ex Ministru George Bonello Dupuis. Hu xieraq li f’Ta’ Sliema jibqa’ mfakkar b’mod ħaj George. Lejn Ottubru li ġej għandna naraw lest il-ġnien li qed jinbena fuq area ferm akbar minn dak li kien hemm qabel. Dan hu ġnien b’disinn innovattiv fejn qed jinħadem fuq forma ta’ benniena sabiex kull min ikun qed ikun hemm ikun kemmxejn milqugħ mill-irjieħat qawwija li jaħkmu dan il-ftuħ.

Bħalissa qed jinbnew tliet ġibjuni taħt il-ġnien biex fihom jinħażen l-ilma li permezz tiegħu se jkun jista’ jissaqqa l-istess ġnien peress li se jkun magħmul kważi kollu kemm hu mit-turf. Dan il-ġnien se jkun qed joffri lill-familji tagħna varjazzjoni ta’ play-equipment għal etajiet differenti. Se nintroducu ukoll numru ta’ water features li jaghtu aspett frisk u haj kif urew il-bosta funtani li ghamilna fl-ahhar sentejn.

Hafna jużaw il-promenade ta’ Ta’ Sliema għal skopijiet ta’ eżerċizju fiżiku, għalhekk ħsibna biex fil-ġnien ninstallaw ukoll apparat ghal ezercizzji fizici. Bla dubju ta’ xejn dan il-ġnien se jkun qed joffi esperjenza differenti għal kull min iżuru ! Ghal dawn il-proġetti qed ninvestu maż-€2 miljun li ma huma xejn għajr investiment fil-familji, fil-pajjiż u fil-prodott turistiku li aħna noffru.

Jul 8, 2010

L-eċċess hu dejjem ħażin

It-terminu ‘skjavi tat-teknoloġija’ spiss nisimgħuh jintuża, pero żgur li każ li seħħ fl-Italja f’dawb l-ġranet jagħti dimensjoni ġdida lil dan il-fenomenu. Fil-fatt laqatni rapport li deher fil-media Taljana dwar żagħżugħ ta’ sittax-il sena li spiċċa rikoverat fis-Sala tal-Psikjatrija ta’ sptar vicin Genova minħabba dik li qed tissejjaħ dipendenza totali fuq il-kompjuter.

Jirriżulta li dan iż-żagħżugħ ilu diversi xhur juri sintomi kemmxejn inkwetanti li issa ġie stabbilit li huma konsegwenza tad-dipendenza tiegħu li jqatta’ siegħat sħaħ quddiem il-kompjuter mehdi fil-logħob elettroniku. Mingħajr ebda esaġerazzjoni, kellhom jidħlu nies mill-Armata biex fl-aħħar qalgħu lil dan iż-żagħżugħ minn quddiem il-kompjuter wara li kienu fallew bosta tentattivi oħra tal-familjari tiegħu, ta' psikjatra u tal-pulizija.

Dan hu episodju li għandu jġiegħlna naħsbu. Veru li hu każ anomalu, kif spjegaw it-tobba li qed isegwu l-każ ta’ dan iż-żagħżugħ, pero huwa veru wkoll li dan hu fatt li qed narawh iseħħ spiss. Aktar u aktar tfal u żgħażagħ qed jippreferu s-solitudni ta’ kamrithom, mehdijin f’siegħat sħaħ fuq il-kompjuters milli l-beraħ u l-kumpanija ta’ sħabhom.

Il-progress u l-iżvilupp fit-teknoloġija huma bżonnjużi u neċessarji u għandna nilqgħuhom b’idejna miftuħin. Pero, bħal dejjem, l-eċċess huwa hażin u għandu jsir kull sforz biex jibqa’ jinżamm bilanċ f’dak kollu li nagħmlu.

Jul 1, 2010

Kuntrast impressjonanti

Min isegwi l-ahbarijiet ta’ barra, qed jisma’ kif pajjiz wara l-iehor qed ihabbru mizuri ta’ tnaqqis fin-nefqa tal-gvernijiet u zidiet fit-taxxi biex jippruvaw igibu l-finanzi taghhom f’posthom. Ir-ricessjoni, l-aghar wahda fi tmenin sena – naqset id-dhul ta’ hafna gvernijiet u ziedet in-nefqiet taghhom fuq servizzi socjali ghall-haddiema qieghda. Hafna pajjizi Ewropej huma milquta sew. Il-Grecja, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Portugall u l-Germanja kollha kellhom ihabbru mizuri t’awsterita’.

F’Malta, ghandna kuntrast kbir ma’ dawn il-pajjizi. Il-Gvern kellu l-finanzi fis-sod bizzejjed biex seta’ jaghmel investiment sostanzjali halli jghin ditti Maltin u barranin biex ikabbru, jaghmlu l-hidma taghhom aktar efficjenti, jaghmluha ambjentalment aktar nadifa, u jimpjegaw aktar haddiema. L-ahhar ahbar li smajna kienet dik li mill-ST Microelectronics li ftit ilu kien hemm min ipprevedi li se jibda jberraq fuqha. Mhux talli l-ST mhix se tnaqqas il-hidma taghha f’Malta, talli b’ghajnuna mill-Gvern se zzid ix-xoghol taghha f’Malta u ggib hawn linji godda ta’ produzzjoni.

Din tal-ST hi l-ahhar ahbar f’sensiela twila ta’ ahbarijiet tajbin dwar ditti li qed jinvestu f’Malta: uhud godda li gejjin Malta ghall-ewwel darba u ohrajn li kienu hawn u qed ikabbru. Ma’ dawn jizdiedu l-ahbarijiet dwar progetti li l-Gvern qed jidhol ghalihom mal-privat bhal dak tal-White Rocks. Maghhom jizdiedu l-istocks li hargu hafna kumpaniji Maltin biex ikabbru f’Malta u anke barra – stocks li nhatfu mill-pubbliku Malti b’uhud ikollhom jaghlqu fi ftit minuti tant kemm ried jinvesti l-pubbliku Malti.

Il-kuntrast ma’ pajjizi ohrajn johrog qawwi hafna fil-qasam tal-impjiegi. L-ahhar cifri ppubblikati mill-NSO juru li dawk jirregistraw ghax-xoghol f’Mejju naqsu ghal taht il-5 %. Dan hu persentagg baxx meta tqis li hafna pajjizi ghandhom qghad fuq l-10 fil-mija, b’uhud anke 20 fil-mija. Triq tqis ukoll li fir-ricessjoni anqas kiefra tas-snin tmenin, Malta kellna qghad ta’ aktar minn 10 % ghal hafna snin. Cifri li ghadhom kemm hargu l-Erbgha mis-servey dwar is-suq tax-xoghol juru li n-nies jahdmu bejn Marzu tas-sena l-ohra u Marzu li ghadda zdiedu bi 3,700. Fil-maltemp li ghaddejja minnu d-dinja u fl-issikkar tac-cintorin li qed jaghmlu hafna pajjizi, dan hu kuntrast tassew.