Aug 31, 2010

L-Islam u t-tolleranza

Il-bierah gejt mistieden nattendi attivita' tal-komunita’ Islamika f’pajjizna. Hadt gost nattendi flimkien anke mal-Prim Ministru, ghax il-presenza taghna tirriafferma l-valur tal-pluralizmu li ghandna f’pajjizna u l-valur tal-konvivenza tal-insara maltin ma’ maltin u barranin ta’ fidi ohra. Nixtieq nwassal l-awguju tieghi ta’ ferh, barka u sliem lil Maltin u barranin Islamici u l-familji taghhom li jghixu fostna. Bhala nisrani ghandi rispett lejn kull komunita’ li tfittex li tghix a bazi ta’ valuri religjuzi f’dinja li sfortunatament qed issir dejjem aktar materjalista’ u mibnija fuq l-arroganza tal-isolazzjoni ndividwalistika.

Habat ukoll li bhalissa ghaddejja l-kontroversja dwar dak li qal l-mexxej Libjan, Muammar Ghaddafi waqt zjara li ghamel f’dawn il-granet fl-Italja. F’laqgha li kellu ma’ grupp ta’ madwar 500 zghazugha appella biex l-Ewropa tikkonverti lejn l-Islam. Din id-dikjarazzjoni qajmet furur fl-Italja. Din id-dikjarazzjoni ma tissorprendinix. Huwa dak li fermament jemmen il-mexxej Libjan bhala bniedem ta’ fidi Islamika. Minkejja li qal hekk tajjeb wkoll li wiehed jiftakar li fil-Libja, l-eluf kbar ta’ nsara li jghixu jew jahdmu hemm, mhux biss ghandhom il-liberta’ li jhaddnu t-twemmin nisrani, izda wkoll li jattendu ghal funzjonijet religuzi fil-Knisja taghhom – f’dik Kattolika, Ortodossa, Anglikana, Kopta jew Evangelika.

Izda minn naha l-ohra wiehed irid japrezza li l-livell ta’ tolleranza u pluralizmu li wiehed isib fl-Ewropa u fil-Libja ma ssibux daqstant fil-pajjizi gharab kollha. Kieku wiehed nisrani kellu jaghmel l-istess appell biex persuni ta’ fidi islamika jikkonvertu ghal fidi nisranija f’uhud mill-pajjizi gharab certament li ma kienx isib l-istess livell ta’ tolleranza. Wisq anqas kieku dik il-persuna tokkupa kariga gholja fi stat iehor.

Nemmen li d-dover principali ta’ kull politiku huwa li jassigura li fil-komunita’ tieghu jkun hemm liberta’ shiha tal-espressjoni, inkluz dik tal-fidi. Imbaghad sta ghal kull persuna taghzel il-fidi li koxjenzjozament temmen li tqarribha l-aktar lejn il-verita’ u tghinna tizviluppa b’mod shih f’komunita’ pluralista.

Aug 29, 2010

Mit-turiżmu jiekol kulħadd

"Mit-turiżmu jiekol kulħadd" tgħid kampanja ta’ għarfien tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar it-Turiżmu. Fl-aħħar jiem komplejna nisimgħu aħbarijiet pożittivi dwar ix-xejriet ta’ dan is-settur tant importanti fejn smajna dwar l-aħħar statistika li turi żidiet f’kull aspett. In-numri huma indikaturi pero huma biss parti minn stampa wiesa’ li rridu nżommu quddiem għajnejna meta nanalizzaw il-qagħda tas-settur tat-turiżmu. L-istatistika tal-NSO tikkonferma x-xejriet pożittivi li kellna matul din is-sena fejn l-aħħar ċifri juru qabżiet ta’ madwar 17% fin-numru ta’ nies li waslu Malta f’Ġunju li għadda meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra. L-istess qabżiet huma reġistrati fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna.

Apparti n-numri wieħed irid jiżgura l-kwalita’ tat-turist li qed iżurna u hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix l-isforzi li qed isiru biex pajjiżna jkompli jitpoġġa fuq il-mappa ta’ fejn jiġu organizzati konferenzi speċjalizzati. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jara kif dawn l-isforzi qed jiġu ppremajti billi fi ftit jiem oħra pajjiżna jospita l-akbar konferenza li qatt ittellgħet, li mistennija tattira mal-5,000 delegat ta’ waħda mill-akbar kumpaniji fis-settur tal-farmaċewtika.

Wieħed jista’ jara kif qed issir mobilizzazzjoni biex dan l-avveniment ikun wieħed ta’ suċċess u dan nawgurawh minn qalbna peress li suċċess ikun ifisser ċans akbar li ’l quddiem anraw attivitajiet simili jerġgħu jseħħu fostna. Dawn ir-riżultati huma wkoll parti mill-istampa akbar ta’ ekonomija dinjija li qed tkompli ħierġa minn riċessjoni u pajjiżna, grazzi gaħl politika għaqlija, llum jinsab lest biex jisfrutta dawn l-opportunitajiet li qed ikollu.

Aug 25, 2010

Insett taht kontroll

Ħadt gost kbir dalgħodu nżur produttur tat-tadam u nisma’ dettalji tas-suċċess li ksibna kontra t-tixrid tal-insett maghruf bhala tuta absoluta f’pajjiżna. Dan l-insett li jattakka prodotti agrikoli, bħalma huma t-tadam, u li sas-sena l-oħra ħolqot ferment kbir fost il-komunita’ agrikola tagħna. Ir-rizultat ghal dan l-istagun kien wiehed pozittiv ferm bil-pjan ta' prevenzjoni u kontroll li hadna. Fejn is-sena l-ohra kellu jinharaq mal-20% tat-tadam, din is-sena se jkun inqered biss mal-1 sa 2% tat-tadam prodott f'pajjizna.

B’koperazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-produtturi, l-għaqdiet tal-bdiewa, għaqdiet tal-produtturi tat-tadam u anke l-proċessuri lokali nihdejna għajnuna u ħejjejna programm ambizzjuż li llum qed jagħti l-frott. Koperazzjoni li kienet ukoll imsaħħa minn allokazzjoni finanzjarja minn naħa tal-Gvern ta’ madwar €300,000, bazikament se nkunu hallasna ghal nofs l-ispiza li kellha ssir. Din hija r-realta’ tal-agrikoltura Maltija. Hija realta’ li hija ħafna differenti mill-istampa mċajpra li jippruvaw ipinġu wħud, fosthom kelliema tal-Opposizzjoni, b’kitbiet u kummenti tagħhom.

Hija realta’ ta’ settur li hu fiduċjuż, li ma jaqtax qalbu minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċja. Proprju f’dawn il-jiem ukoll ingħatajt silta minn gazzetta Torka dwar il-ħsara mbassra minn din il-marda fit-Turkija fix-xhur li ġejjin. Illum, meta tħares lura, ninnota b’sodisfazzjon, li flimkien qed ngħelbu problema li pajjiżi oħrajn, ħafna akbar minnha, għadhom jiffaċċjaw sa’ llum. Irrid inrod hajr lil dawk kollha li taw semhom, inkluz il-haddiema tal-Plant Health Department fi hdan il-Ministeru.

Aug 21, 2010

International Day for Homeless Animals

Illum huwa l-International Day for Homeless Animals u dehrli li jkun xieraq li propju f'dan il-jum inlaqqa lil persuni li matul l-ahhar xhur addottaw klieb jew qtates minn dawk li jkunu ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment ghall-Kura tal-Annimali. L-iskop tal-attivita' kien li filwaqt li nirringrazzja lilhom, nappella ukoll lil persuni u familji ohra biex jaghmlu l-istess. Wiehed jista jara l-annimali disponibbli ghall-addozzjoni anke fuq http://vafd.gov.mt/str

Id-Dipartiment li jirċievi madwar 200 telefonata fix-xahar, igifieri medja ta’ 7 telefonati kuljum, gabar madwar 800 kelb u qattus minn kemm ilha topera l-ambalunza mid-dipartiment. Meta l-annimali jiġu salvati dawn jittieħda direttament għand vet fejn l-annimal jingħataw l-kura meħtieġa. Wara, dawn jiġu rikoverati ġewwa l-Għammieri u meta jfiequ jingħataw għall-adozzjoni. Sa llum 35% (250 annimali) tal-klieb u qtates li ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment sabu familja x’tilqagħhom.

Mument sabih dalghodu kien dak meta Dr.Suzanne Portelli Demajo laqqatna mal-kelba Katerina. Din il-kelba ingabret ftit tax-xhur ilu minn hdejn il-kamra tan-nar ta' Santa Katerina fiz-Zurrieq (ghalhekk inghatalha l-isem ta' Katerina) u meta nstabet ma kienet madura hafna u ma kienet iccaqlaq l-ebda parti minn gisimha hlief rasha. Bil-pacenzja kollha u b'dedikazzjoni Suzanne tat lil Katerina sieghat twal ta' fizjoterapija u llum din il-kelba qed terga tghix hajja normali. Bhal Dr.Portelli Demajo jiddedikaw hafna attenzjoni l-haddiema kollha tad-Dipartiment li waqqafna f'dawn l-ahhar snin, kif ukoll l-istudenti tal-AgriBusiness Institute tal-MCAST li jghinu f'din il-hidma.

Ftit tal-gimghat ohra qed nipjanaw li nifthu l-After-Care Animal Centre gewwa Ta' Qali halli ntejbu s-servizzi li naghtu lill-annimali f'pajjizna. Hemmhekk hadna hsieb ukoll li noffru spazju ghat-training tal-guide dogs ghall-persuni neqsin mid-dawl. Dan li qed naghmlu ahna bhala stat jikkumplimenta l-hidma kbira li jaghmlu ta' kuljum bosta NGOs li jiddedikaw l-energiji u r-rizorsi anke taghhom personali ghall-kura tal-annimali.

Aug 17, 2010

Sinjali posittivi fl-ekonomija

Dan l-aħħar kellna diversi aħbarijiet li jikkonfermaw li l-ekonomija Maltija qed jirnexxilha tegħleb il-burraxka ekonomika u finanzjarja li ilha għaddejja madwar id-dinja f’dawn l-aħħar sentejn. Ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wrew li l-esportazzjoni fl-ewwel nofs ta’ din is-sena żdiedet b’35 fil-mija fuq l-istess żmien tas-sena ta’ qabel. Ħafna minn din l-esportazzjoni hi ta’ prodotti manifatturati fil-fabbriki tagħna.

Ċifri apparti wrew li t-turisti fl-ewwel nofs ta’ din is-sena żdiedu bi 11%. Żdiedu wkoll l-iljieli li jqattgħu hawn Malta t-turisti u l-flus li jonfqu. Dawn huma turisti li joqogħdu f’Malta jew Għawdex tul il-vaganza tagħhom u ma jinkludux dawn li jżuruna bil-cruise liners. It-turisti tal-cruise liners żdiedu tant li huma 50% aktar mill-istess żmien tas-sena l-oħra.

L-aqwa kejl, naturalment, hu dak tax-xogħol għax dan ikejjel mhux biss kemm qed toħloq ġid l-ekonomija imma wkoll kemm dan il-ġid qed jixtered. L-aħħar ċifri juru żieda ta’ 3,700 aktar jaħdmu fl-aħħar sena skont l-aħħar Labour Force Survey. Ċifri oħrajn separati juru li r-rata tal-qghad f'pajjizna issa hi fost l-anqas madwar l-Ewropa kollha.

Dan kollu ma jfissirx li ma rridux noqogħdu attenti għal dak li qed jiġri barra fejn pajjiżi għaddejjin minn qgħad għoli u riċessjoni bil-gvernijiet jittallbu lil istituzzjonijiet bħall-Fond Monetarju Internazzjonali. Irridu, anzi, inkomplu nużaw il-fondi tal-Gvern bil-għaqal ħalli, flok sussidji li ma jirrendux, il-flus ninvestuhom fejn l-aktar iħallu frott għall-futur f’ġid u xogħol.

Aug 13, 2010

Guido - uniku f'diversi sensi

Nistqarr li wara li kien irkupra tant tajjeb fil-jiem li ghaddew, l-ahbar tal-mewt tieghu kienet bhal docca kiesha u qisni ghadni ma rridx nemminha sa issa. Il-President Emeritus, il-Professur Guido de Marco, Guido kif kien maghruf ghal Maltin kollha, kien uniku f’diversi sensi - patrijott kbir li habb lil pajjizu, bniedem li kull fejn kien u f’kull ma ghamel prova jaghti kontribut, bniedem pozittiv li fil-mumenti l-aktar suwed kien jirnexxielu jara tnemnima ta’ dawl, bniedem determinat li ma kien jaqta’ qalbu minn xejn u li ghalih ghada dejjem jista’ jkun ahjar mill-llum.

Nghozz illum id-diskursati li gieli kellna. Ma ninsa qatt certu kliem – “never burn your bridges” darba qalli fuq is-sufan tad-dar tieghu f’mument politiku sensittiv. Niftakar b’ghozza wkoll meta bhala President kien mexxa d-delegazzjoni tal-politici Maltin fil-Vatikan fil-Gublew ghall-politici, u t-tifla tieghi Mattea ta’ 4 snin, u hu, l-President, donnhom affaxinaw ruhhom minn xulxin u baqghu jistaqsu dwar xulxin sa llum. Naturalment bhal Maltin kollha niftakar lil Guido fil-mumenti difficli tat-tmeninijiet, is-snin bhala Ministru b’responsabiltajiet mhux zghar, il-Presidenza li uhud fil-bidu stkerrhu izda li fiha rnexxielu jisraq il-qlub tal-Maltin kollha, lil hinn mill-kulur taghhom.

Guido kien ukoll il-persuna li kien jilqak mill-ewwel, jisimghek b’attenzjoni u dejjem lest li jaghtik parir mill-qalb. Ghandi memorji ta’ persuna li kien ihobb il-hajja fis-sens wiesgha taghha. Il-kultura u s-sens ta’ identita’ nazzjonali ghalih kienu zewg valuri mportanti u sinifikanti. Dak li kien gabar f’hajtu qassmu mill-ahjar li seta’ ma’ haddiehor. Ghalhekk gawda rispett kbir.

U forsi din hija l-unika konsolazzjoni ghat-telfa ta’ personagg li niseg, flimkien ma’ ohrajn, l-istorja tal-ahhar 50 sena taghna. Hajjet Guido kienet mimlija sax-xfar, f’kull ma ghamel, ta ruhu u gismu. Fil-klassi, fl-awla, fil-politika u b’mod ukoll mill-isbah lill-familja tieghu. Kellu d-don li jhobb in-nies u n-nies habbewh lura. L-unika konsolazzjoni li fl-ahhar ta’ hajtu kellu wirja kbira ta’ dan ir-rispett kbir li kien igawdi.

Aug 12, 2010

Times of Malta - parti mill-istorja taghna

It-Times of Malta ftit tal-granet ilu għalqet 75 sena mill-ewwel edizzjoni tagħha. It-Times bdiet ftit snin biss qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Hadt pjaċir nara s-suppliment li ħarġet għall-okkażjoni u li ta ħarsa ġenerali lejn l-edizzjonijiet ewlenin tat-Times li mmarkaw l-istorja ta’ pajjiżna, tal-Ewropa u tad-dinja, ħafna drabi magħġunin it-tlieta flimkien. It-Times illum hi istituzzjoni tal-ġurnaliżmu fil-pajjiż u saret istituzzjoni għax għaddiet minn ġrajjiet li sawru l-istorja ta’ pajjiżna - uħud sbieħ ferm, oħrajn koroh.

L-aktar ġrajja li għaddiet minnha t-Times li hi minquxa fil-memorja ta’ nies li għandhom bejn wieħed u ieħor l-eta’ tiegħi hi meta konna teenagers u niftakru t-Times tinħaraq mill-marmalja tal-Partit Laburista li hadd ma kien jikkontrolla. Minkejja dan, it-Times tibqa’ l-gazzetta li la l-gwerra u lanqas il-ħruq ma tellfuha edizzjoni mqar waħda għax f’Ottubru 1979 ġiet stampata xorta fl-Istamperija Indipendenza.

It-Times għelbet l-aggressur minn barra fil-passat u jien ċert li tegħleb ukoll l-aggressur li llum xorta hemm qed jhedded il-media kollha minn ġewwa, jiġifieri l-mod kif ħafna mezzi ġurnalistiċi - kemm f’Malta kif ukoll barra - qed isiru donnhom il-mezzi fil-kampanji personali ta’ ġurnalisti individwali aktar milli sors ta’ fatti u kummenti li t-tnejn ikunu separati sew u li jirrispettaw lill-qarrejja. Imbaghad hemm zewg theddidiet oħra: it-tentazzjoni tal-populiżmu u s-superfiċjalita’, kif ukoll it-tentazzjoni li jitpinġa kollox ikrah bl-idea tat-tabloids li bad news sells.

Kif għedt, m’għandix dubju li t-Times mhux biss tegħleb dawn it-theddidiet ta’ żmienna imma wkoll tkun ta' eżempju għal oħrajn. Nawgura ħafna lit-Times, lid-diriġenti, lill-ħaddiema, lill-ġurnalisti, lill-opinjonisti u lill-qarrejja kollha tagħha. J’alla jibqghu jkunu ta’ servizz ghal gid komuni ta’ pajjizna.

Aug 11, 2010

Wigi, Salvu u Michael

Din il-gimgha flimkien ma’ Chris Said u Philip Mifsud zort ghelieqi fejn stajna naraw b’ghajnejna nvestiment iehor fis-settur agrikolu b’għajnuna ta’ fondi ewropej. Iltqajna ma’ tlett generazzjonijiet fl-istess familja. Lil Wigi li ghandu 88 sena, lil ibnu Salvu u lil Michael li ghandu 22 sena. Dawn ghandhom 45 tomna ta’ raba u jiproducu l-aktar patata. Din il-familja ghadha kemm ghamlet nvestiment totali ta’ 207,000 euro biex xtraw tractor u sistema ta’ irrigazzjoni. Huma bbenefikaw minn ghajnuna mill-fondi tal-UE u fil-fatt hadu 50% tal-investiment.

Dan il-makkinarju kif stajt nara se jtaffilhom it-tbatija tar-raba’ filwaqt li jwassal għal aktar produzzjoni u titjib fil-kwalita’ tal-prodott. It-tractor ghandu sistema awtomatika biex tahrat l-art u tizra. Huwa komdu hafna. Ghandu anke sistema ta’ arja kundizzjonata li taghmilha possibli li wiehed ikompli jahdem ir-raba anke wara nofsinhar fil-granet iebsin tas-sajf. Michael ha anke tahrig fl-Olanda biex ikun jaf kif l-ahjar jimmassimizza l-potenzjal ta’ dan il-makkinarju. Salvu qalli "fhimna li jekk trid timxi jehtieg tinvesti".

Tajjeb wiehed ifakkar li Malta għas-snin 2007 – 2013 innegozjat Pjan għall-Iżvillupp Rurali b’pakkett ta’ ghajnuna ta’ €100 miljun ghall-bdiewa u rahhala. Il-fondi għas-snin 2007-2013 huma mifruxa fuq 18-il pakett ta’ għajnuna li jinċentivaw lil kull min hu nvolut fis-settur jinvesti biex itejjeb l-operat, jagħmel użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva, u jaħtaf opportunitajiet ta’ taħriġ u informazzjoni.

Il-pakkett ta' ghajnuna jinkludi l-Miżura 121 li tippromwovi l-immodernizzar ta’ azjendi agrikoli, bħal bini ta’ serer, ġibjuni u mmodernizzar ta’ makkinarju. Mat-300 bidwi u raħħal daħħlu investiment propost ta’ ‘l fuq minn 40 miljun ewro, għal skema li qed tagħti lura finanzjament ta’ madwar €19-il miljun. Huwa nkorraġġanti l-fatt li minn din is-sejħa għall-għajnuna għall-immodernizzar tal-azjendi agrikoli, 77 benefiċċjarju għandhom inqas minn 40 sena. Dan juri kif l-agrikoltura f’pajjiżna hi ħajja u għandha futur. Dan jawgura wkoll tajjeb sabiex dan is-settur, importanti mill-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-gżejjer Maltin, jsir aktar sostennibbli.

Aug 8, 2010

Restawr estensiv fuq Kastilja

Wicc il-Prim Ministru kien jixghel bhal l-faccata tal-Berga ta’ Kastilja restawrata li taghti fuq Triq il-Merkanti nhar il-Gimgha meta zar lil haddiema li qed jirrestawrha. Dan il-progett ta’ restawr fuq t-tlett faccati ta’ din il-Berga, wahda mill-isbah li ghandna, nbeda mir-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru tieghi f’Lulju tas-sena l-ohra u hu mistenni li jkun lest sal-ahhar tal-2012. L-ahhar xoghol ta’ restawr fuq din il-Berga, li nbniet fis-seklu sittax, jidher li kien sar wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-PM kien attent jisma kif il-haddiema qed inaddfu b’reqqa kbira il-faccata li kienet swiedet matul is-snin kemm bid-dhahen tat-traffiku kif ukoll bid-dhahen tal-powerstation tal-Marsa. Izda x-xoghol principali mhuwiex it-tindif imma r-restawr tal-gebel li spicca. U kif stajna naraw mill-vicin b’ghajnejna meta tlajna fuq l-armar, hsarat hemm hafna. Hafna mill-hsarat bilkemm taqbadhom mill-livell tat-triq izda meta tara l-faccata mill-vicin tara l-hsara kbira li hemm specjalment fil-lavur u skultura elaborata. Esperjenza unika li tara l-faccata ta’ Kastilja mill-gholi. Nibqa niftakarha. Il-Prim ghall-ewwel beda jibza f’dak l-gholi izda mbaghad malajr rabba l-kunfidenza hekk kif induna li l-armar jiflah anke l-piz tieghi !

Il-gebel li jkollu jinbidel jinhadem mill-gdid fuq il-post. Hafna drabi kif spjegawlna l-haddiema, lanqas moll ma jkunu jistghu juzaw ghax il-qies tal-gebla ma jkunx jaqbel. Fil-fatt il-gebla tigi zmarrata (tinghata l-forma bejn wiehed u iehor) fl-art izda mbaghad jigi skolpita fid-dettall b’sengha kbira fuq il-faccata stess. Il-haddiema spjegaw ukoll lil PM kif isir ix-xoghol ta’ restawr tal-gebel li jkun iddeterjora imma ma jkollux ghaliex jinbidel. B’pacenzja kbira jibnu l-bicciet neqsin saff fuq saff. Meta tara dan kollu tifhem ahjar kif ir-restawr m’ghadux semplici sengha imma sar sengha bi xjenza.

Ix-xoghol fuq Kastilja jikkumplimenta xoghol iehor ta’ restawr I ghamilna u qed naghmlu fuq il-Belt kapitali: il-Palazz tal-President, il-KonKatidral ta’ San Gwann, il-Biblioteka, Victoria Gate u s-swar. Bla dubju ta’ xejn qatt daqs illum il-Belt Valletta ma rat xoghol ta’ restawr daqshekk massicc biex naghtu valur gdid lil dan il-wirt kbir li hallewlna ta’ qabilna.
(Ritratt: juri il-before and after ta' bicca skultura fil-faccata)

Aug 7, 2010

Politika Nazzjonali fuq l-Ilma

Ghadni kemm nehdejt proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Politika dwar l-Ilma għal-pajjiżna. L-ilma huwa rizors importanti ħafna u li nridu nieħdu azzjoni fuqu llum, għax minkejja li Gvern jitla’ għal 5 snin irid jieħu ħsieb ukoll il-ġenerazzjonijiet futuri. Inridu niggarantixxu li l-ilma jibqa’ riżorsa sostenibbli. Dan id-dokument jibni fuq dak li diġa għamilna u jwitti t-triq għal quddiem biex ikun hemm protezzjoni għall-ilma tal-pjan, jipjana kif nuzaw l-ilma trattat li jigi mill-ipjanti tat-tisfija tad-drenagg, kif ikun hemm aktar hazna li tkun cost-effective u janalizza kif l-ahjar nilqghu ghall-ilma tal-gharghar.

Ghal dak li ghandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-ilma tal-pjan (groundwater) diġa ħadna 3 passi mportani fix-xhur li ghaddew. Fil-fatt ftahna mill-gdid proċess ta’ reġistrazzjoni tal-ispieri u boreholes, imponejna moratorium fuq aktar spieri, nbeda r-reġistrar ta’ bowsers kif ukoll sar obbligatorju li kull kull borehole jew spiera jigi nstallata maghha meter biex isir moniteraġġ ta’ kemm qed jitella’ ilma f’pajjiżna.

Waqt li nhedejt id-dokument tkellimt ukoll fuq l-investiment li sar mill-1989 ‘l hawn. Fil-fatt fakkart li l-volum tal-ilma tax-xorb naqas bi kwazi nofs mill-1987 ‘l hawn. Dan ġara għax investejna bil-ghaqal f’numru ta’ mpjanti Reverse Osmosis biex mhux biss ipprovdejna l-ilma mehtieg imma tejjibna l-kwalita’ tal-ilma. Bl-investiment li sar mill-Gvern f’dan il-qasam giet imtejjba ukoll l-infrastruttura, bħal tibdil ta’ pajpijiet, metres, u l-infurzar tal-leakage detection. Dan wassal sabiex it-telf tal-ilma mis-sistema naqas b’mod drastiku. minn 1,000 metru kubu kull siegha fl-2004 għal 400 metru kubu kull siegha fl-2009. Dan juri l-importanza li qed tingħata fl-effiċjenza tas-sistema’ filwaqt li fadal xi jsir sabiex tonqos il-ħela.

Dan id-dokument se jkun ghal konsultazzjoni ghas-6 ġimgħat li gejjin u l-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu fuq waterpolicy.mrra@gov.mt. Nittama li l-Opposizzjoni tasal biex taghti ukoll posizzjoni konsolidata tal-partit kollu. Qed nghid hekk ghax sfortunatament fuq l-issue tal-installazzjoni tal-meters mal-boreholes kellna posizzjonijiet kontra xulxin minn kelliema tal-istess partit ! U fl-interess ta’ kulhadd li pajjizna jkollna consensus nazzjonali fuq il-politika nazzjonali dwar rizorsa tant importanti bhal l-ilma.