Oct 30, 2010

Tragedja pprezentata fi spettaklu

Ikolli nistqarr li aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nithasseb fuq kif ir-rappurtagg tal-media qed jizviluppa. Il-mod kif il-media fl-Italja rraportat il-qtil taz-zaghzugha Sarah Scazzi kien verament tal-aghar livell. Mewt tragika ta’ tfajla, fejn allegatament Sarah giet maqtula minn zijuha stess bil-komplicita anke ta’ kuginta, spiccat pprezentata fi spettakolu. Tiftah liema stazzjon televiziv Taljan tiftah, din l-istragi kienet mibdula kwazi f’reality show tal-aghar kwalita’. Rajna sahansitra l-avukati ta’ dawk li allegatament wettqu d-delitt, jaghtu ntervisti f’Talk Shows fuq diversi stazzjonijiet fuq dak li qalulhom il-klienti taghhom u fuq kollox jammettu li thallsu biex jippartecipaw fi programmi.

Kellha ragun l-Awtorita’ Taljana ghall-Komunikazzjoni tinnota li hemm bzonn riflessjoni serja fuq ir-rappurtagg ta’ fatti tragici, u fuq kif ix-xandir jista jinjora jew sahansitra jikkalpesta d-dinjita’ umana u d-drittijiet ta’ minorenni.

Il-mentalita tas-suq rikbet lis-sidien tal-media. L-istazzjonijiet tat-televizzjoni qed jispiccaw jintuzaw bhala cash milking cows, li jisfruttaw il-kilba tal-pubbliku ghal dak li huwa spettakolari. Aktar milli strumenti ta’ komunikazzjoni u informazzjoni qed jintuzaw biex jisqu l-ghatx tal-kurzita’. Hafna sidien tal-stazzjonijiet qed juzaw il-kriterju ta’ liema ahbar jew programm igibilhom l-akbar ammont ta’ flus. Il-gurnalizmu kif qal tajjeb dan l-ahhar Fr.Joe Borg fis-Sunday Times of Malta, qed isir dejjem aktar market driven journalism minflok dak li jissejjah normative journalism.

Oct 29, 2010

Tislima lil Borg Olivier

Bħal llum tletin sena ilu, Malta tilfet wiehed mill-aqwa statisti u mexxejja politici taghha: George Borg Olivier, missier Malta Indipendenti. Borg Olivier kien beda bhala kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1950, hekk kif miet Dr.Nerik Mizzi. Serva wkoll bħala Prim Ministru u anke Kap tal-Oppożizzjoni. Bħala Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż stinka bis-shih halli pajjizna jaghzel it-triq tal-indipendenza politika. Ma kienx facli tikkonvinci l-poplu li din kienet l-ahjar triq wara snin shah ta’ dipendenza fuq tmexxija barranija. Izda ma qatax qalbu, kompla jaqdef kontra l-kurrent u wara li nnegozja Kostituzzjoni gdida rebah ir-referendum ghall-Indipendenza.

Bil-fatti wera kif hu, u l-Partit Nazzjonalista, kellhom fiduċja li l-poplu tagħna seta’ jimxi triq gdida u jibni ekonomija li bil-mod il-mod tinfatam minn dipendenza ta’ stat bazi militari. Il-fiduċja hija element konsistenti fit-tmexxija ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti suċċessivi. L-indipendenza, it-tishih tad-demokrazija, is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, is-sħubija ta’ Malta fil-munita komuni Ewropea – kollha għandhom element komuni: il-fiduċja li l-PN għandu fil-kapacitajiet tal-poplu Malti.

Iż-żmien ta raġun lil Borg Olivier, l-istess kif ta lill-mexxejja ta’ warajh li wkoll għamlu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-fiduċja. Fiduċja li hija reċiprokata minn poplu grat li llum jagħraf l-għaqal ta’ dawk id-deċiżjonijiet. Borg Olivier ħejja l-pedament u l-mexxejja ta’ warajh għarfu jkomplu jibnu u jsawwru l-identita’ ta’ poplu u dak kollu li ghandna llum. Ta’ dan kollu nsellmulu.

Oct 25, 2010

Budget realistiku u responsabli

Ghadna kif temmejna nassistu ghad-diskors tal-Budget ipprezentat mill-Ministru tal-Finanzi ghas-sena d-diehla. Budget ta’ Gvern li qed jibni b’kawteka ghax jaghraf ir-realtajiet ekonomici internazzjonali. Filwaqt li pajjizi ohra qeghdin jiehdu mizuri ta’ awsterita’ u jqacctu l-beneficcji socjali, f’dan il-Budget il-Gvern se jkun qed jinvesti fl-oqsma li huma krucjali ghall-izvilupp ta’ pajjiz: edukazzjoni u tahrig, sahha, pensjonijiet u servizzi socjali u fuq kollox fl-ambjent u l-infrastruttura.

Dan kien budget li kompla joffri ncentivi u mizuri favur l-ambjent. Smajna dwar mizuri li jincentivaw ix-xiri ta’ solar water heaters biex tikkumplimenta l-iskema eżistenti, skemi favur xiri ta’ karozzi li jahdmu bl-elettriku kif ukoll skemi li jhajru persuna jiskrappja karozza antika.

Bħala appoġġ lill-bdiewa u lir-raħħala full-time, se titnaqqas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom għal 12%, biex b’hekk kull bidwi u raħħal se jħallas medja ta’ madwar €520 fis-sena anqas f’bolla. Tniehda wkoll fond ta’ €400,000 biex jittaffa l-impatt ta’ prezzijiet dejjem jizdiedu tac-cereali fuq ir-raħħala tagħna.

Dan minbarra aktar investiment fuq progetti li jkomplu jtejbu u jsebbhu pajjizna, fl-immaniggjar tal-iskart, kif ukoll aktar investiment fuq ir-restawr tal-patrimonju taghna. Dawn il-miljuni kollha f’investiment mhux biss se jgawdu minnhom il-maltin b’mod dirett imma se jkomplu jaghmlu lil pajjizna aktar kompetittiv fil-qasam tal-industrija tat-turizmu. Kien ghalhekk li biex isostni din in-nefqa rekord ghat-turizmu, il-Gvern zied b’mod marginali l-VAT fuq l-akkomodazzjoni, liema dhul se jkun ri-investit fl-istess qasam.

Fuq kollox, smajna Budget li jkompli jinvesti fuq il-holqien tax-xoghol. Budget li jsostni t-tkabbir ekonomiku billi jsahhah il-kompettivita’ ta’ pajjizna u l-intraprizi taghna.

Oct 21, 2010

Axe Wednesday

Axe Wednesday. Hekk gie deskritt il-jum tal-bierah mill-BBC. Minkejja li kienu ilhom mistennija, il-bierah ic-cittadini tar-Renju Unit saru jafu d-dimensjoni reali tal-miżuri drastiċi ta’ awsterita’ mħabbra mill-Gvern taghhom biex jindirizza d-deficit fil-budget. Miżuri li jlaħħqu għal madwar 81 biljun Lira Sterlina tnaqqis fin-nefqa tal-Gvern. Skond il-Gvern ta’ David Cameron, dawn huma neċessarji biex iwieżnu l-ekonomija taghhom u jgħinuha toħroġ minn kriżi “li qatt ma rat bħalha qabel”.

Miżuri li skont analisti ekonomiċi se jwasslu għal tnaqqis fil-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu tar-Renju Unit b’mod ġenerali. Mizuri li jinkludi biss biss madwar nofs miljun sensja mis-settur pubbliku, tnaqqis f’benefiċji soċjali fl-oqsma kollha tas-soċjeta’, tnaqqis fin-nefqa fuq difiża, twaqqif ta’ proġetti kapitali, twaqqif ta’ proġetti kulturali u edukattivi. Tnaqqis li se jħalli effett fit-tul u li se jkollu effett fuq oqsma oħra tas-soċjeta’ bħas-settur privat.

Miżuri ta’ awsterita’ li jkompli jżidu mal-lista dejjem titwal ta’ pajjiżi Ewropej li ħadu din id-deċiżjoni iebsa. Il-Greċja, l-Italja, Spanja, il-Portugall u Franza huma kollha pajjiżi ġara tagħna fir-reġjun tal-Mediterran u li lkoll wettqu dak li tħabbar illum mill-Gvern tar-Renju Unit.

Quddiem dan kollu, jien nistaqsi kif għad hawn min f’pajjiżna, bhal Kap tal-Opposizzjoni u shabu, jipprova jnessina dan kollu ? Kif għad hawn min jipprova jxejjen l-andament tal-ekonomija Maltija li sa’ llum kienet kapaċi tilqa’ għal dan l-għawġ kollu ? Il-fatti huma li l-Gvern irnexxielu jżomm l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol, żied l-esportazzjoni, baqa’ jġib lejn Malta investiment barrani u ma naqqas xejn la mill-pagi u lanqas mis-servizzi soċjali. Dan kollu filwaqt li ma żied ebda taxxa ġdida. X’differenza! L-istess differenza li teżisti bejn Gvern li għandu direzzjoni u policies ċari u effettivi u Oppożizzjoni rresponsabbli li trid tnessina dan kollu.

Oct 20, 2010

The French connection

Ħadt gost dalgħodu waqt li żort il-kontragwardja ta’ San Mikiel fil-Belt Valletta flimkien ma mistieden speċjali, il-perit ta’ fama internazzjonali Jean Michel Wilmotte. Wilmotte flimkien mal-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, Daniel Rondeau, żaru dan il-post waqt workshop li sar flimkien mal-periti tar-Restoration Unit u l-Valletta Rehabilitation Unit f’dan il-post storiku u ta’ nteress kbir mill-aspett ta’ arkittetoniku militari.

Il-perit Wilmotte baqa’ impressjonat bil-valur ta’ dan il-post. L-għan tal-workshop ta’ dalgħodu kien sabiex tkun esplorata l-possibilita’ li l-passaggi nterni li jeżisti fis-swar jerġħu jinfetħu u jservu ta’ entratura oħra għal-Belt Kapitali belt aktar hajja. Ghaddejna minn passaggi fis-swar li ilhom snin twal inaccessbli. F’certu sens kif qalet wahda mill-periti, “konna qed niktbu l-istorja”. Dawk it-tunnels ghandhom potenzjal kbir li rridu naraw kif l-ahjar nisfruttawh. Dawn il-passaggi se jkollhom rwol gdid ghax iridu jiffacilitaw l-uzu ta’ spazji kbar li se nergghu rroddu lura lill-pubbliku galadarba nlestu l-programm kbir ta’ restawr fuq is-swar.

Il-valur storiku ta’ dawn is-swar huwa uniku madwar id-dinja. Il-mod kif inhuma mibnija juru mhux biss kapaċita u ħila fix-xogħol tal-ġebla iżda juru wkoll il-ħsieb li kien hemm wara dan ix-xogħol. Dan il-wirt mhuwiex biss taghna izda huwa wkoll wirt Ewropew. Tajjeb nghidu li l-link Franciza mas-swar ta’ pajjizna ilha hemm ghax uhud mill-linji ta’ difiza tal-Belt Kapitali, specjalment dawk fil-periferija, kienu anke ddisinjati minn esperti Francizi tal-arkitettura militari fil-bidu tas-seklu tmintax.

Oct 18, 2010

L-Ghazla li Mhijiex Ghazla

Id-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma, li tissejjah il-Water Framework Directive tispecifika l-mod kif il-pajjizi kollha tal-UE iridu jharsu ir-rizorsa tal-ilma. Din id-Direttiva tghid li sal-2015 il-kwalita’ tal-ilma inkluz dak tal-pjan ikun lahaq certu livell. Filwaqt li x-xewqa taghna hija li naslu sal-2015, fil-verita’ b’mod prattiku ma nistghux naslu sa dik id-data. U allura jkun inutli li certi kelliema, inkluz l-MPE Laburista, Edward Scicluna, jghidu li l-Gvern Malti m’ghandux jitlob li jaghmel dan sal-2027.

Meta nghid impossibli, mhux ghax jien qed nghid hekk, imma ghax hemm studji xjentifici nkluz dawk li saru dan fl-2009 mill-British Geological Survey, li jindikaw li l-ilma tal-pjan taghna ma jistax jirkupra b’mod naturali f’perjodu iqsar. Tajjeb wiehed jghid li l-ilma tal-pjan li qed jittella llum mhu xejn hlief l-ilma li beda jipperkola fil-blat ta’ pajjizna mal-40 jew 50 sena ilu. U allura anke jekk mill-llum nibdew niehdu l-mizuri kollha possibli biex niprotegu l-kwalita’ tal-ilma tal-pjan, anke billi nirregolaw l-uzu tal-fertilizzanti li jintuzaw b’mod specjali fil-biedja ta’ pajjizna, se jiehu zmien twil biex titjib il-kwalita’ ta’ dan l-ilma tal-pjan. Sa llum ma jezistux teknologiji li jwaslu biex l-ilma tal-pjan jitnaddaf f’perjodu anqas.

Tajjeb wiehed jghid li d-Direttiva stess tghid li kemm-il darba il-pajjizi membri isibu li difficli li jaslu sal-2015 minhabba spejjez sproporzjonati jew teknikament huwa mpossibli li sa dakinhar tintlahaq l-kwalita’ mitluba, allura il-pajjiz membru jista’ jitlob estensjoni that l-Artiklu 4 tal-istess Direttiva.

Biex pajjizna jilhaq livelli sostenibbli ta’ estrazzjoni tal-ilma ta’ taht l-art sal-2015 tezisti ghazla wahda biss : dik li nordnaw lil WSC biex tieqaf tigbed l-ilma minn taht l-art u tiproduci l-ilma biss mill-impjanti tar-reverse osmosis. Fil-fatt hija ghazla li mhijiex ghazla. Hu kkalkulat li biex naghmlu dan, pajjizna jkollu jonfoq mat-€ 8.5 Miljuni fis-sena aktar. Li jfisser li jkollna nghabbu fuq il-konsumatur malti dik l-ispiza. Din l-option definittivament tiprezenta spiza sproporzonata, u tkun socjalment inaccettabli. Barra hekk tmur kontra l-ispirtu stess tad-direttiva ghax mhijiex is-soluzzjoni li toffri sostenibilita’ ambjentali.

It-triq l-ohra hija numru ta’ mizuri ndikata fil-Water Policy li hrigna ghall-konsultazzjoni pubblika f’Awwissu ta’ din is-sena. Dan id-dokument jibni fuq dak li diġa għamilna u jwitti t-triq biex ikun hemm protezzjoni għall-ilma tal-pjan, jipjana kif nuzaw l-ilma trattat li jigi mill-impjanti tat-tisfija tad-drenagg, kif ikun hemm aktar hazna li tkun cost-effective u janalizza kif l-ahjar nilqghu ghall-ilma tal-gharghar. Bhas-soltu l-Partit Laburista ma tana l-ebda reazzjoni kostruttiva u kollettiva ghal din il-Policy.http://mrra.gov.mt/htdocs/docs/water%20policy%20proposal%20final.pdf

Oct 16, 2010

Rivoluzzjoni shiha !

Kemm jinbidlu iż-żminijiet! F’temp ta’ ftit aktar 20 sena dan il-pajjiż ra rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv. Bizzejjed wiehed ihares lejn l-Universita’ taghna. Din is-sena daħlu għall-ewwel darba l-Universita’ mat-3,355 student ġdid. Rekord ta’ studenti li applikaw biex jibdew wieħed mill-għażla vasta ta’ korsijiet li l-Universita’ ta’ Malta toffri. Dan se jwassal biex il-popolazzjoni tal-Universita’ issa tlaħħaq mal-11,610 student.

Ftit tal-gimghat ilu gejt mistieden niftah il-wirja tal-Inginerija fl-Universita’ Staqsejt kemm hemm studenti li jsegwu korsijiet fl-Inginerija u Informazzjoni Teknologika. Qaluli li b’kollox hemm madwar 800 student. Fl-1987 kien hemm 800 student fil-korsijiet kollha ! Dik differenza ! Ovvjament biex tmexxi Universita’ bi kwazi 12,000 student hemm bżonn ta’ investiment qawwi kemm fl-infrastruttura fisika kif ukoll fir-rizorsi umani. Hu l-investiment ghadu ghaddej. Bizzejjed wiehed jara l-binja li qed tinbena bhalissa biex tilqa fiha l-Fakulta tal-Informazzjoni Teknologika.

Meta llum nisimgħu b’Maltin li qed jiksbu suċċessi kbar f’oqsma differenti tas-soċjeta’ dawn ma huma xejn ħlief stejjer ta’ success ta’ sistema edukattiva li kabbarna b’ghaqal kbir matul l-ahhar 20 sena. Investejna permezz tal-istipendju f’kull student; investejna fil-libreriji; investejna fl-għalliema u aktar minn hekk qed noffru opportunitajiet akbar ta’ tagħlim permezz tal-boroz ta’ studju. Bizzejjed wiehed jghid li matul l-ahhar hames snin il-Gvern ta madwar 1,100 borza ta' studju ghal Masters u Dottorrati (PhDs).

L-opportunitajiet lill-istudenti tagħna żdiedu wkoll bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan l-istudenti jafuh għax jgħixu u jgawdu mill-vantaġġi ta’ din is-sħubija. Għalina l-edukazzjoni u l-avvanz akkademiku li jista’ jagħmel kull persuna huma ċ-ċavetta tal-futur tal-pajjiż kemm fl-aspett soċjali kif ukoll fil-kuntest ekonomiku ta’ pajjiżna.

Oct 8, 2010

Works in progress

F'dawn il-granet inghatajt l-opportunita’ mill-Partit Nazzjonalista li nagħti preżentazzjoni tax-xogħolijiet u t-tisbieħ ambjentali li għaddej mill-Ministeru tiegħi lill-membri tal-Kumitati li gejjin minn madwar Malta. Kienet laqgħa li tat lili u lil kull min għeni fit-tħejjija għalija, l-opportunita’ li nirrealizzaw il-ħemel ta’ xogħol, proġetti u inizjattivi li għaddejjin. Sfortunatament ħafna drabi l-anqas nsibu bizzejjed hin biex nesternaw dak li nkunu qed nagħmlu. L-udjenza li kelli kienet sodisfatta u iwriet l-apprezzament taghha ghax-xoghol li għaddej f’kull rokna ta’ pajjiżna.

Xogħol li qed isir grazzi għal investiment minn fondi nazzjonali u anke fondi tal-Unjoni Ewropea. Meta tqis li pajjizna ghaddej minn perjodu iebes, fil-verita' bi problemi ferm anqas minn ta' pajjizi akbar minna, aktar jolqtok il-fatt li pajjizna baqa’ jinvesti fit-titjib tal-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu tagħna. Komplejna ninvestu fit-titjib tal-ispazji pubblici taghna, kemm dawk urbani kif ukoll dawk fil-kampanja. Bla dubju ta' xejn il-Belt Kapitali ta' pajjizna qatt ma rat daqstant investiment f'perjodu qasir. Xoghol ta' restawr u ri-generazzjoni fl'inhawi kollha. Ikun hemm xi kultant min jghidlek "Qed tonfqu wisq fuq il-Beltin". Ir-risposta tieghi mill-ewwel tkun: Il-Belt mhijiex biss tal-Beltin. Kull Malti u Ghawdxi ghandu bicca mill-Belt kapitali taghna. Dik trid tkun l-vetrina ta' kulhadd".

Ikrejajna spazji pubblici f'postijiet li kienu mitluqa jew mhux utilizzati tajjeb. Hloqna attivitajiet interessanti f'dawn l-ispazji li jaghtu l-hajja. Kull meta nkun diehel il-Parlament u nara Piazza San Gorg bin-nies, nghid f'qalbi "Imma kif konna nghixu biha din il-piazza kif kienet qabel ? Mahnuqa bil-karozzi!". L-istess jista jinghad fuq Piazza Sant'Anna f'Tas-Sliema u Piazza Sant'Ubaldeska f'Rahal Gdid. Sebbahna ix-Xatt ta' M'Xlokk, San Giljan, Xaghjra u Tas-Sliema. Hloqnqa spazji godda ghall-familji bhal l-Adventure Park f'Ta' Qali. Bhalissa qed nahdmu fuq Gnien gdid fi Qui-si-Sana f'Tas-Sliema, fuq Park fil-Mellieha u Park iehor f'Xrobb l-Ghagin. Impenjati ukoll halli fil-gimghat li gejjin nibdew il-hidma fuq Park Nazzjonali iehor f'Delimara u Park ghall-Familja gewwa Wied il-Ghajn.

Tajjeb wiehed jghid ukoll li ammont qawwi minn dan ix-xoghol qed isir mill-haddiema tal-Gvern tat-Taqsima tax-Xoghlijiet. Hemm bosta haddiema dedikati u li jaghmlu xoghol bil-galbu u b'imhabba. Ma rriddx nghid li jien sodisfatt li kulhadd qed jaghti sehmu, imma b'mod generali kuntent. Għad baqa’ lok għal titjib ghal aktar efficjenza u ko-ordinazzjoni izda l-hidma tidher u n-nies jidher bic-car li qed japrezzawh. Ikun hemm xi kultant certi atti vandali, imma dan mhux se nhalluh jaqtalna qalbna.

Oct 3, 2010

Inawgurajna holma ohra

Illum lejliet il-festa ta’ San Frangisk, il-qaddis patrun tal-annimali u l-ambjent il-Prim Ministru u jien inawguraw holma ohra: l-Animal Welfare Centre gewwa Ta’ Qali. Dan iċ-ċentru, li jġib l-isem ta’ dan il-qaddis, minn għada stess se jservi biex ikun post fejn annimal imweġġa jiġi kkurat u wara jinżamm għal perijodu ta’ żmien ta’ konvalaxenza.

Dan iċ-ċentru li nbena b'investiment ta' 'l fuq minn €300,000 u hu mghammar b’apparat li jiswa kwazi l-istess somma, se jkun qiegħed jilqa’ fiħ primarjament klieb u qtates abbandunati li jkunu sfaw feruti. Meta jinstab annimal abbandunat u mwegga li jingabar mis-servizz tal-ambulanza tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Annimali, se jibda jingieb f’dan iċ-ċentru sabiex dak l-annimal jinghata l-kura mehtiega.

Minn ghada l-pubbliku wkoll se jkun jista juża s-servizz ta’ dan iċ-ċentru. Il-familji jistgħu jġibu l-pets tagħhom, li jistghu jinkludu anke zwiemel, f’dan iċ-ċentru fejn tingħata l-kura u s-servizz ta’ after care, liema servizz se jkun offrut bi ħlas ragonevoli. Minn issa ‘l quddiem wieħed jista’ jserraħ rasu li jekk il-pet tiegħu jiġrilu xi ħaġa, jkun x’ħin ikun, se jsib dan iċ-ċentru jopera 24 siegħa kuljum, ħdud u festi nklużi. Dan iċ-ċentru li jiflaħ iżomm fih mal-50 annimal f’daqqa, huwa sostnut minn staff veterinarju professjonali li se jiprovdi kull tip ta' servizz ta' kura.

Dan il-proġett li se jservi anke ta’ centru ta’ edukazzjoni u taghrif fuq l-annimali, hu wieħed innovattiv u environment-friendly. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru hu mghotti b’wiċċ tal-ħaxix. Dan sar hekk ghal tlett ragunijiet. L-ewwel nett sabiex il-binja tintegra ruha mal-ambjent tal-madwar; it-tieni sabiex is-saqaf iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx. It-tielet sabiex nimmassimissaw l-ispazju minflok ma niehdu aktar art, billi nistghu nuzaw anke l-ispazju li offrilna s-saqaf.

Oct 2, 2010

Suċċess għas-Suq tal-Bdiewa

Dalgħodu flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud żort l-ewwel suq tal-bdiewa organizzat mill-Ministeru. Jidher car li din l-inizjattiva ntlaqghet tajjeb hafna. Mijiet ta’ familji telgħu Ta’ Qali sabiex igawdu mill-offerti vantaġġjużi u minn prodotti agrikoli friski li l-bdiewa u r-raħħala preżenti offrewlhom. Minbarra frott u ħxejjex, il-pubbliku seta jixtri prodotti tal-ħalib, fniek, għasel, inbid u prodotti tal-majjal fost oħrajn.

Tant kienet tajba l-konkorrenza li kien hemm bejjiegħa li diġa' kwazi biegħu kollox fin-nofs ta' nhar filgħodu. Jien hu ndur kienu bosta l-bdiewa li qaluli li sahansitra x-xerrejja bilkemm tawhom cans jarmaw ! Kien hemm nies jistennew sahansitra mis-7.30am, siegha u nofs qabel kellu jiftah. Din il-konkorrenza tawgura tajjeb hafna. L-intenzjoni taghna hi li jkollna erba’ t’iswieq bhal dan, tlieta f'Malta u wieħed f'Għawdex.

L-iskop wara din l-inizjattiva hu li tingħata għażla oħra lill-bidwi minbarra dik li jbiegħ kollox fil-Pitkalija jew permezz tal-ghaqda tal-produtturi u b’hekk il-bidwi jgib prezz ahjar ghall-prodotti li jkun hadem biex kabbar b’tant sagrificcju u minn naha l-ohra anke l-konsumatur ikollu ghazla ohra minn fejn jixtri prodotti friski u bi prezzijiet gusti.

Hadna hsieb li s-suq ikun wiehed organizzat, bit-tined kollha bhal xulxin u f’ordni. Ovvjament dejjem hemm x’itejjeb, tant li nhar it-Tnejn stess se nlaqqghu lil dawk li ramaw halli flimkien naraw x’nistghu ntejjbu fl-interess ta’ kulhadd. Is-Suq tal-Bdiewa se jibda jarma' kull nhar ta' Sibt bejn id-9 ta' filgħodu u l-5 ta' waranofsinhar u nhar ta' Tlieta mill-4 ta' waranofsinhar sas-7 ta' filgħaxija.