Dec 18, 2009

Hope-n-hagen

Bil-mod il-mod jidher li bdejna mexjin f'din il-Konferenza tat-Tibdil fil-Klima f'Kopenhagen. Il-bierah bhal speci n-nies bdew jintebhu li l-hin ghaddej gmielu u hemm bzonn isir xi haga biex forsi jkun salvat xi haga. Il-President Franciz Sarkozy, li tkellem ftit wara l-PM Gonzi, ghamel diskors tajjeb hafna u pprova jqajjem lid-delegati mir-"raqda". Jidher li l-bierah l-Istati Uniti u c-Cina bdew jitharku mill-posizzjonijiet rigidi taghhom. L-Istati Uniti offrew li sa 2020 jaghtu $100 biljun fis-sena ta' ghajnuna lil pajjizi li qed jizviluppaw u c-Cina bdiet tikkoncedi li jkun hemm monitoragg trasparenti fuq l-emissjonijiet taghha ta' carbon dioxide.
Jidher car izda li c-Cina u l-pajjizi kbar li qed jizviluppaw bhal Brazil u Indja ghadhom l-akbar xkiel ghal meaningful agreement f'din il-Konferenza. Anke jekk jintlahaq xi forma ta' ftehim jidher car li l-emissjonijiet tad-dinja se jibqghu gholjin wisq sal-2020 u allura hu previst li t-temperatura tizdied aktar mit-2 degrees C. Bosta xjenzati jsostnu li jekk it-temperatura tizdied aktar minn 2 degrees C allura se jkollna problemi kbar hafna bit-tibdil fil-klima.

Ghadna kemm spiccajna laqgha ohra ta' ko-ordinazzjoni tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent u ma tantx hawn arja ta' ottimizmu minkejja dak li qed tirraporta certu media. Is-sitwazzjoni hija konfuza ghall-ahhar. Jien u diehel ghal laqgha ta' dalghodu rrealizzajt li f'dan ic-centru tal-konferenzi hawn ukoll "meditation and prayer room". Dort fuq Chris Ciantar u ghidtlu, "Nahseb ahjar hafna jigu hawn dalghodu !" Ghadni nittama li din l-opportunita' tittiehed u is-sens komun jirbah fuq l-intransigenza.

Sadanittant diga bdejt nahseb fuq il-fatt li ghada nifthu l-Adventure Area fil-Park Nazzjonali, progett iehor ta' fejda. U l-gimgha d-diehla nittama li nqatta ftit hin mal-familja fil-granet tal-Milied li gejjin.

1 comment:

Etienne said...

Jista jkun hemm xaqq ta' dawl. Kif qad sewwa fil blog wara diskorsi mil kapijiet li damu sa gimgha filghodu, kien hemm punti krucali biex il pajjizi ghamlu xi haga - ghax hemm bzonn. Hi diplomacija kumplicata imma wara ghoxrin sena nahseb hemm bzonn decizjoni koncrete l-iktar fuq il punt crucali ta sigurta fuq l-ikel u l-ilma.

Proset fuq Annex1 (FCCC-CP-2009-L.2)

Milied it-tajjeb lielek u il-familja tieghek.

Sahha

Etienne