Dec 16, 2009

S'issa ftit li xejn progress

Inkun onest s'issa ma tantx ghandi ottimizmu fuq il-Konferenza dwar il-Klima go Kopenhagen. Ftit tal-minuti ilu spicca jitkellem il-President Chavez tal-Venezuela u hlief paroli ta' demagogija ma smajtx. Jekk kien zdiedli l-ottimizmu nisma c-capcipa li nghata l-Ministru Svediz, l-ottimizmu niezel fl-art bid-diskors ta' Chavez u certi kelliema ohra. Chavez ghamel diskors ta' kwazi 30 minuta meta suppost dam biss 3 minuti ! Il-President hallih ghaddej. Ghal mument is-sala kien qisha cirku.

S'issa il-posizzjonijiet ghadhom wisq 'l boghod minn xulxin. Suppost li sa nhar il-Gimgha jintlahaq xi tip ta' ftehim li permezz tieghu it-temperatura ma tizdiedx aktar minn 2 degrees C billi l-emissjonijiet tas-CO2 jonqsu drastikament fuq livell mondjali.

L-UE lesta li tnaqqas l-emissjonijiet bi 30% tal-livell li kellha fl-1990 sakemm pajjizi ohra jikkontribwixxu ukoll. Mhux bizzejjed jikkontribwixxu l-pajjizi biss li s'issa accettaw il-Protokoll ta' Kyoto. Dawn jikkontribwixxu biss 30% tal-emissjonijiet. Pajjizi bhal USA, Cina, Brazil u pajjizi ohra li qed jizviluppaw jehtieg ukoll jaghtu l-kontribut taghhom inkella l-isforz tal-UE jkun ghalxejn. Dawn jikkontribwixxu ukoll u jehtieg inaqqsu huma wkoll.

L-udjenza barra c-centru tal-konferenza qed tistenna azzjoni konkreta. S'issa izda ftit jidher li se jkollna xi forma ta' ftehim li verament jkollu valur u jhalli rizultat li jinhass. Nittama li fis-sieghat li gejjin jkun hemm progress u jizdied is-sens ta' koperazzjoni fid-dawl tal-urgenza li qed tiffaccja d-dinja.

No comments: