Mar 6, 2008

Il-Pulizija tiċħad l-allegazzjonijiet ta' Jo Said fil-konfront tieghi

Wara li kien ippubblikat artiklu fit-Torċa ta' nhar il-Ħadd 24 ta' Frar fejn kienu riprodotti partijiet minn transcript li fih is-Sur Jo Said għamel xi allegazzjonijiet fil-konfront tieghi u wara li jien ktibt lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet infondati tas-Sur Said fil-konfront tiegħi sabiex ma nibqax vittma ta' din il-kampanja sistematika ta' tfigħ ta' tajn immirata biss biex tħammeġ ir-reputazzjoni tiegħi lejliet l-elezzjonijiet ġenerali, kif ukoll wara li kont anke ftaħt kawża ta' libell kontra Jo Said u l-editur tal-ġurnal it-Torċa minħabba l-artiklu in kwistjoni l-bierah sehh zvilupp importanti.

Il-bierah irċievejt korrispondenza tal-Pulizija fejn joħroġ li s-Sur Jo Said kien intervistat mit-Taqsima ta' kontra r-Reati Ekonomiċi rigward l-allegazzjonijiet li saru fl-artiklu ta' it-Torċa u li f'din l-intervista ma kien żvelat l-ebda każ ta' xi corrupt practice fil-konfront tieghi.

Din il-korrispondenza toħroġ biċ-ċar li s-Sur Jo Said ma għandu ebda kredibilita' fl-allegazzjonijiet u akkużi tiegħu fil-konfront tieghi. Hija hasra li f'dan il-pajjiz hawn min jaqa' daqshekk fil-baxx. Imma z-zejt beda jitla fil-wicc.

No comments: