Mar 5, 2008

L-ewwel Adventure Park

Il-bierah jien u Tonio Fenech spjegajna lill-media l-progett il-gdid ta' l-ewwel Adventure Park f'pajjizna. Dan se jissostitwixxi parti konsiderevoli mir-runway li hemm gewwa Ta' Qali u fil-fatt se jkopri madwar 92,500 metru kwadru ta’ art. Din se tkun it-tielet estensjoni ghall-Park Nazzjonali f'Ta' Qali li issa sar aktar popolari mal-familji.

L-Adventure Park ser ikun fiħ facilitajiet għat-tfal zghar, zghazagh u anke adulti li jinkludu high rope courses, low rope courses, climbing tower, track tar-roti, jogging track u facilitajiet ohra. Il-Park ser ikun ta’ attrazzjoni għall-persuni kollha mill-kbar saż-żgħar, u se jkun hemm facilitajiet anke ghal persuni bi bzonnijiet specjali.

Dan huwa proġett ieħor li jixhed kemm il-ħolqien ta’ spazji ta’ rikrejazzjoni ġodda kienet parti integrali mill-viżjoni ambjentali ta’ din l-amministrazzjoni. Il-park hu mistenni li se jiswa madwar 700,000 Euro u se jikkontribwixxi ghalih il-Bank of Valletta, in-National Lotteries Good Causes Fund u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti. Galadarba jitlesta f'Ottubru ta' din is-sena, il-Park se jigi ffirmat management agreement mal-Kumitat Olimpiku Malti.

2 comments:

TONY C CUTAJAR said...

THE FRIENDS OF AUSTRAIA ASSOCIATION ghadhom kemm ghalqu 30 sena mit-twaqqif taghhom u ahna nixtiequ nhawlu xi sigar biex jissebbah l-ambjent. Nixtieq inkun naf meta u fejn se ssir cerimonja ohra ta' l-okkazjoni halli nippartecipaw.

Tony C Cutajar
President FOAA

TONY C CUTAJAR said...

Inselli ghalik, George, u nawguralek.