May 23, 2008

Xatt is-Sajjieda, San Giljan

Il-bierah fillgħodu żort ix-xogħol li għaddej fuq it-tisbiħ tal-promenade f’San Ġiljan, fl-inħawi magħrufa bħala Xatt is-Sajjieda. Dan ix-Xatt kellu bzonn jitranga wahda sew, ghax iz-zmien kien ghamel bih, u specjalment wara l-maltempata ta' Jannar li ghadda kellu bzonn jinqala mill-gdid. Hekk u hekk il-bahar kien diga qala hafna minnu !

Ix-xogħlijiet, li qed isiru mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, jinkludu l-pavimentar mill-ġdid tax-xatt u t-tqegħid ta’ madum b’mod li jkun hemm differenza bejn il-parti pedonali u l-post fejn is-sajjieda jistgħu jgħaddu bid-dgħajjes tagħhom. Qaghdna attenti li lis-sajjieda ntejbulhom il-facilitajiet li ghandhom, anke ghax irridu nzommu dan il-karattru li ghandu dan il-post mas-sajd. L-estensjoni tal-promenade fiha ftit inqas minn 2000 metru kwadru ta’ pavimentar u x-xogħol huwa mistenni li jitlesta fil-bidu ta’ Lulju. L-ispiża ta’ dan il-proġett hija ta’ madwar €170,000 (Lm79,981).

Waqt li ndirizzajt lil media il-bierah enfasizzajt li l-promenade minn San Giljan sal-Pieta' ghandu jitqies bħala wiehed u għalhekk għandu jkun hemm kontinwità fil-materjali u street furniture li jintuzaw. Habbart ukoll li fi ftit granet ohra jibda x-xoghol fuq bicca ohra mill-promenade tax-Xghajra u li f'Ottubru li gej jibda x-xoghol fuq il-promenade ta' Qui-si-Sana. Hemm pjan ta' xoghol ambizjuz hafna, imma mpenjati li ntejbu bis-shih iz-zoni ta' rikreazzjoni tal-pubbliku u tat-turisti.

1 comment:

Unknown said...

Onor, kif ikunu ghaddejjin ix-xogholijiet minn fuq in-Neptunes ara thallux post vojt, ghal xi pedistall fejn inkunu nistghu nesponu it-tazzi li nirbhu. Grazzi ta' L-interess :-)