May 27, 2008

Laqgha nformali gewwa l-Islovenia

Hija abitudni li kull Presidneza ta’ l-Unjoni Ewropea torganizza laqgħat informali għall-Ministri ta’ setturi differenti. Dawn huma laqgħat importanti ħafna għaliex ħafna drabi matulhom jiġu diksussi temi ta’ importanza f’ambjent informali li jippermetti li wieħed iressaq il-kaz u l-argumenti b’mod aktar spjegat. Iservu wkoll biex il-Ministri jifhmu aħjar ir-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom reġjuni u pajjizi differenti fl-Ewropa.

F’dawn il-jiem saret il-laqgħa organizzata mill-Presidenza tas-Slovenja ghall-Ministri tal-Agrikoltura. Din saret fil-belt kwieta ta’ Maribor u kienet ukoll okkazjoni tajba biex rajna aspetti differenti tal-biedja ta’ dan il-pajjiz li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Malta. Infatti, dan kien l-ewwel pajjiz minn dawk li ssieħbu fl-2004 li kellhom f’idejhom il-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fost il-postijiet li kellna opportunita’ nżuru kien hemm post fejn jiġi prodott l-inbid kif ukoll post mill-isbaħ li ġie żviluppat bħala agri-turiżmu. Kellna wkoll vjaġġ mill-isbaħ fuq waħda mix-xmajjar tal-pajjiz.

Il-laqgħa tal-Ministri li ġabet fi tmiemha din l-attivita’ ddiskutiet tema ttwali ħafna, r-riforma ta’ ċertu aspetti tal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Jien wassalt il-posizzjoni ta’ Malta li hi favur aktar mizuri li jassiguraw stabbilita’ fil-prezzijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel, izda fl-istess waqt aħna wkoll determinati li nibqgħu niddefendu d-drittijiet tal-bdiewa Maltin u Għawdxin u dan hu rifless fil-pozizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

No comments: