Nov 15, 2008

Tree Planting Weekend

Il-bierah filghodu mort sa Ghajn Tuffieha nara lit-tfal joghxew ihawlu s-sigar bhala parti mit-Tree Planting Weekend. Din l-attivita' tifforma parti mill-inizjattiva 34U li issa sar tant popolari. Jien dejjem nghid li dan il-programm beda minn inizjattiva tal-Gvern hames snin ilu imma issa sar programm tal-poplu. Il-poplu wiegeb b'qawwa kbira u addotta eluf ta' sigar.

Bizzejjed nghid li fl-ahhar sentejn biss f'pajjizna thawlu 'l fuq minn 50,000 sigra. huwa veru li l-gvern ilesti l-infrastruttura bhal hitan tas-sejjiegh, riserva ta' ilma u sistema ta' tisqija imma mbaghad is-sigar li thawlu kollha nghataw minn persuni, minn familji jew minn kumpaniji.

Permezz ta' dan il-programm irnexxielna nkissru parti ukoll mill-percessjoni li f'dan il-pajjiz difficli jikbru s-sigar. F'dan il-programm qed inhawlu sigar indigeni ta' pajjizna bhal harrub, ballut, gharghar, zebbug u znuber.

Apparti t-tfal il-bierah hawlu mijiet ta' sigar raprezentanti u haddiema ta' bosta kumpaniji li taw donazzjoni ta' sigar fosthom Hotel Excelsior, Baxter, C.Degiorgio u Systec. Minn hawn nixtieq nirringrazzjhom kollha. It-Tree Planting Weekend ikompli llum u ghada gewwa Ghajn Tuffieha fiz-zona ezatt wara l-hotel Radisson Golden Sands. Ejja int ukoll sabiex filwaqt li tiddeverti taghti sehmek ukoll biex inkomplu nhaddru pajjizna.

No comments: