Nov 12, 2008

Il-Green Flag - bandiera ta' impenn

Il-bierah jien u Dolores Cristina attendejna Seminar tal-Programm EkoSkola fis-Siġġiewi. Attivita' helwa fejn ghal darb'ohra spikka l-entuzjazmu li ghandhom it-tfal biex jitghallmu fuq l-ambjent. Dan il-programm issa sploda. Meta bdejnih 7 snin ilu kellna biss 6 skejjel, issa ghandna 94 skola tippartecipa fih. Spluzzjoni posittiva. Uhud mill-iskejjel inghataw il-Green Flag, turija li lahqu standard ta' livell gholi. It-tfal b'ucuh ferhana qishom rebhu l-akbar rigal li taf taghtihom id-dinja !

Meta tkellimt ma stajtx ma nirringrazzjax lil Dr.Paul Pace, ko-ordinatur tal-programm u lil Vince Attard, President tan-Nature Trust li maghha norganizzaw dan il-programm. Il-bierah habbart ukoll li f’Jannar li ġej, se norganizzaw Climate Change Kids Summit, fejn numru ta' tfal li jippartecipaw fil-programm EkoSkola se jkunu mistiedna sabiex jattendu għal din l-attivita’ mifruxa fuq weekend sabiex jiddiskutu il-bdil fil-klima.

Heġġiġt ukoll lill-iskejjel sabiex isiru huma wkoll Carbon Neutral, jiġifieri jroddu lill-ambjent siġar li jinnewtralizzaw il-volum ta’ diossidju tal-karbonju (CO2), li l-iskejjel ikunu kkontribwew permezz tal-konsum tad-dawl tagħhom. Spjegajt li bhala Gvern ahna determinati li s-sena d-dieħla jitfassal Carbon Neutral Programme għal pajjiżna.

No comments: