Mar 29, 2008

Break qasir fi f'Andalusia

Ili ftit ma nikteb. Wara l-hatra dhalt il-Ministeru u bdejt il-hidma imma mill-ewwel indunajt li l-batteriji baxxi. Allura ddecidejt li niehu break qasir fi Spanja mal-mara u t-tifla ghal xi granet. Kellna bzonn ! Ghallanqas kelli cans nara u nkellem lit-tifla wara 8 gimghat kwazi ma narha qatt. Morna l-Andalusia. Konna ilna minn meta zzewwigna dejjem nghidu li rridu mmorru u fl-ahhar morna.

Huwa regjun meraviljuz kemm ghas-sbuhija naturali kif ukoll ghal maestozita' ta' arkitettura li ghandhom specjalment fi Granada, Cordoba u Sevilja. Ghandhom arkitettura tal-perjodu medjovali tal-Moors (Musulmani tal-peninsula Iberika u tal-Afrika ta' Fuq) mill-isbah. Ghajnejna ghajjew jaraw is-sbuhija. L-aktar li laqtuna kienu l-Alcázar ta' Sevilja u l-Alhambra ta' Granada. Qisek qed tara l-bizzilla fil-gebel.

Kif konna hemm morna ukoll ghall-purcissjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa. Impressonawni. Mhux daqstant fil-kulur u s-sbuhija ghax fil-verita l-pagaentry tal-purcissjonijiet taghna ferm isbah, imma fl-ammont ta' nnies li jippartecipaw u fil-kobor tal-vari li jkollhom. Fil-purcissjonijiet taghhom, ghallnaqas dawk li rajna ahna, ikun hemm ferm anqas vari, xi erbgha, imma l-kobor impressonanti. Kull vara trid xi hamsin jew sittin persuna biex jerfughha. Mijiet ta' nies jippartecipaw bhala nazarenos fil-fratellanzi b'wicchom mghammad. Minn tfal zghar sa nisa u irgiel. F'purcissjoni wahda minnhom li rajna f'Sevilja ippartecipaw madwar 2,000 bhala nazarenos !

Insomma issa l-break ghadda u issa back to business. Il-hidma tibda !

Mar 13, 2008

Hatra ta' fiducja

Il-bierah filghaxija il-Prim Ministru Lawrence Gonzi talabni mmur Kastilja fis-6.00pm. Il-mument li dhalt hdejh kont veru kommoss. Fil-gimghat li ghaddew ghaddejt minn mumenti difficli u ma kontx cert li se jirnexxieli nikseb bizzejjed fiducja mill-elettorat biex nitla. Kont bezghan ukoll li l-kampanja ta' tfigh ta' tajn li ghamlet l-Opposizzjoni se jkollha impatt fuq ic-cansijiet tal-PN. Imma dejjem bqajt nemmen li - Is-Sewwa jirbah. Ghalhekk meta dhalt fl-ufficcju tal-PM kont kommoss u bilkemm kont naf x'se nghidlu.

Il-Prim Ministru offrili l-kariga ta' Ministru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Bazikament ghandi r-responsabilitajiet li kelli qabel inkluz dak tal-immanigjar tal-iskart, afforestazzjoni, agrikoltura u sajd imma tnaqqas il-Mepa. Ma' dawn issa zdiedu ukoll ix-xoghlijiet pubblici u restawr, kif ukoll responsabilitajiet li ghandhom x'jaqsmu mar-rizorsi inkluz energija alternattiva u t-tiftix ghaz-zejt. Responsabilita' ohra hija dik tal-politika tax-Xjenza u Teknologija, inkluz Ricerka u Innovazzjoni. Ministeru mdaqqas mhux hazin !

Hassejtni kommoss bil-fiducja li l-PM wera fija ghal darb'ohra. Accettajt b'sens ta' responsabilita' u lealta lejn il-persuna li dejjem emmint li ghandu kwalitajiet kbar.

Il-PM wera bic-car li ried izomm l-esperjenza imma ried jaghti injection qawwija ta' energija gdida. Jien minn naha tieghi se naghmel l-almu kollu tieghi biex nimplimenta bl-ahjar mod il-weghdiet li hemm fil-programm elettorali tal-PM ghal dawn l-oqsma fil-hames snin li gejjin.

Mar 10, 2008

Iva, Flimkien Kollox Ser ikun Possibbli!


Dal-għodu Malta qamet għar-riżultat uffiċċjali ta’ l-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt li reġa poġġa lil pajjiżna lura f’idejn it-tmexxija soda tal-Partit Nazzjonalista għall-ħames snin li ġejjin.

Għat-tielet darba in fila, il-poplu għażel il-viżjoni, il-fiduċja fil-ħiliet tagħna bħala poplu u s-serjetà li kien qed joffri il-Partit Nazzjonalista immexxi minn Lawrence Gonzi fuq it-tfiegħ ta’ tajn, qtiegħ ta’ qalb u l-baħħ li kien qed joffri l-Partit Laburista.

Insellem lil dawk kollha li ħadmu biex wasalna għal din ir-rebħa, iżda fuq kollox, nirringrazzja lil kull min emmen fil-politika tal-Partit Nazzjonalista u l-kisbiet tagħna fl-aħħar erba’ snin.

Grazzi mill-qalb!!!

Mar 9, 2008

Nistennew il-verdett tal-poplu

Il-bierah il-poplu ta l-verdett tieghu izda r-rizultat nkunu nafuh illum. Ghamilt gurnata ndur il-polling stations tad-9 u l-10 Distrett. Hrigt fis-6.45am mid-dar u dhalt xi nofsillejl.

Mumenti mhallta. Certi mumenti thossok emozzjonat meta tara xi persuna b'marda terminali li taghmel sforz qawwi biex tohrog tivvota, imma mbaghad nemozzjona ruhi meta niehu battikata ma' xi hadd li ma jridx johrog jivvota fuq xi haga li jien inhossha hmerija.

Irrid minn hawn nirringrazzja l-helpers kollha li tawni daqqa t'id f'din il-kampanja inkluz il-bierah. Zghazagh, adulti u anzjani. Hemm min ghamel granet shih fl-ufficcji tieghi. Grazzi tal-fiducja li wrejtu fija u fil-PN.

Minn hawn u ftit iehor nitla l-counting hall in-Naxxar. Nistennew ir-rizultat !

Mar 6, 2008

Why a vote for AD is a vote for Alfred Sant

Ircivejt din l-email u nemmen li fiha argumenti tajbin li wiehed ghandu jixtarr:

Why a vote for AD is a vote for Alfred Sant
1. If there are 3 parties in Parliament and no one has 50%+ of the No 1 votes, there is no corrective mechanism and the seat result counts.
BUT following changes in the district boundaries, this time round Labour has the districts in its favour. As a result it will certainly elect additional seats (to the 30 it elected last time) in the:
· 1st district which now has Marsa and a Labourite part of St Venera,
· 2nd district which now has Zabbar rather than Fgura (Zabbar is more Labour than Fgura which means 4 seats again for Labour in the 2nd division),
· 7th district which now has Rabat instead of Attard (Rabat has a small Labour majority to Attard's overwhelming PN majority now resulting in this district electing 3 Labour MPs), and
· 10th district which now has Gzira (half half) instead of Swieqi (overwhelmingly PN) thus resulting in a 3-2 rather than 2003's 4-1.

2. So, come what may, Labour will get the outright majority of seats, ie. 34 out of 65.

3. Here's the quirk in the system. If PN gets more votes than the MLP, and there's no one else in Parliament, the corrective mechanism works and the PN's seats will be increased so that it has more than Labour BUT if there is another party in Parliament (e.g. AD), the corrective mechanism DOES NOT COME INTO EFFECT and Labour, having an absolute majority of seats, will govern alone, even if the PN has more votes !

4. Typical scenario: PN 48% with 30 seats; MLP 47% with 34 seats; AD with 4% with 1 seat, AN 1% with no seat. The result?
Alfred Sant safe in Castile and the PN and AD together in coalition IN OPPOSITION.

Il-Pulizija tiċħad l-allegazzjonijiet ta' Jo Said fil-konfront tieghi

Wara li kien ippubblikat artiklu fit-Torċa ta' nhar il-Ħadd 24 ta' Frar fejn kienu riprodotti partijiet minn transcript li fih is-Sur Jo Said għamel xi allegazzjonijiet fil-konfront tieghi u wara li jien ktibt lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet infondati tas-Sur Said fil-konfront tiegħi sabiex ma nibqax vittma ta' din il-kampanja sistematika ta' tfigħ ta' tajn immirata biss biex tħammeġ ir-reputazzjoni tiegħi lejliet l-elezzjonijiet ġenerali, kif ukoll wara li kont anke ftaħt kawża ta' libell kontra Jo Said u l-editur tal-ġurnal it-Torċa minħabba l-artiklu in kwistjoni l-bierah sehh zvilupp importanti.

Il-bierah irċievejt korrispondenza tal-Pulizija fejn joħroġ li s-Sur Jo Said kien intervistat mit-Taqsima ta' kontra r-Reati Ekonomiċi rigward l-allegazzjonijiet li saru fl-artiklu ta' it-Torċa u li f'din l-intervista ma kien żvelat l-ebda każ ta' xi corrupt practice fil-konfront tieghi.

Din il-korrispondenza toħroġ biċ-ċar li s-Sur Jo Said ma għandu ebda kredibilita' fl-allegazzjonijiet u akkużi tiegħu fil-konfront tieghi. Hija hasra li f'dan il-pajjiz hawn min jaqa' daqshekk fil-baxx. Imma z-zejt beda jitla fil-wicc.

Mar 5, 2008

L-ewwel Adventure Park

Il-bierah jien u Tonio Fenech spjegajna lill-media l-progett il-gdid ta' l-ewwel Adventure Park f'pajjizna. Dan se jissostitwixxi parti konsiderevoli mir-runway li hemm gewwa Ta' Qali u fil-fatt se jkopri madwar 92,500 metru kwadru ta’ art. Din se tkun it-tielet estensjoni ghall-Park Nazzjonali f'Ta' Qali li issa sar aktar popolari mal-familji.

L-Adventure Park ser ikun fiħ facilitajiet għat-tfal zghar, zghazagh u anke adulti li jinkludu high rope courses, low rope courses, climbing tower, track tar-roti, jogging track u facilitajiet ohra. Il-Park ser ikun ta’ attrazzjoni għall-persuni kollha mill-kbar saż-żgħar, u se jkun hemm facilitajiet anke ghal persuni bi bzonnijiet specjali.

Dan huwa proġett ieħor li jixhed kemm il-ħolqien ta’ spazji ta’ rikrejazzjoni ġodda kienet parti integrali mill-viżjoni ambjentali ta’ din l-amministrazzjoni. Il-park hu mistenni li se jiswa madwar 700,000 Euro u se jikkontribwixxi ghalih il-Bank of Valletta, in-National Lotteries Good Causes Fund u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti. Galadarba jitlesta f'Ottubru ta' din is-sena, il-Park se jigi ffirmat management agreement mal-Kumitat Olimpiku Malti.

Mar 2, 2008

Park Nazzjonali Salini

Dalghodu il-Prim Ministru u jien inawgurajna l-Park Nazzjonali tas-Salini li huwa estensjoni ta' Kennedy Grove li issa kabbar din iż-żona b'ħames darbiet dak li kienet originarjament.

Fil-Park tas-Salini tħawlu 11-il elf siġra li ngħataw minn familji, kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra. Is-siġar ġew minn individwi, familji – minn okkażjonijiet speċjali bħal jum l-omm, jum il-missier, u mat-28 kumpannija jew organizzazzjoni li kkontribwew għal din il-kampanja.
Dan huwa li jagħmel minn dan il-park ġdid – park magħmul, mhux mill-Gvern iżda mill-poplu għall-poplu. Izda dan mhux bizzejjed.

Minnufih ser ikunu qed jibdew ix-xogħolijiet fuq it-tieni fażi tal-proġett li ser jinkludu: ir-restawr tal-mafkar ta’ JF Kennedy, l-installazzjoni ta' play area gdida ghat-tfal kif ukoll tigi rrestawrata l-marshland li darba kienet tezisti. It-tieni fazi sejra tiswa madwar €700,000 u mistennija tigi ffinanzjata mill-programme LIFE+ tal-UE.

Imbaghad skond il-Masterplan li thejja tibda t-tielet fazi tal-proġett li ser tkun tinvolvi ir-restawr tas-Salini biex dawn isiru attrazzjoni fihom infushom. Din il-fazi mistennija tiswa madwar 10 Miljun Euro li mistennija jkunu ffinanzjati mill-Fond tal-UE ghall-Izvilupp Rurali.

Insomma niehu gost li ftahna zona ohra f'pajjizna ta' rikreazzjoni ghall-familji Maltin. Fuq il-plakka kommemorattiva ktibna "....dan huwa post ta' mistrieh ghat-tfal, zghazagh, l-familja ta' llum u l-generazzjonijiet li jigu warajna..."

Mar 1, 2008

Grazzi Albert

Il-bierah filghodu xterdet mal-Gzira u mal-kumplament ta' Malta l-ahbar tal-mewt ta' Albert Rizzo. Ragel mahbub minn hafna. Kien ragel generuz li jaghti qalbu. Il-PN kien ihobbu u jistinka ghalih. Izda fuq kollox kien ihobb il-Gzira li fiha trabba u ghex.

Fil-gimghat li kien l-isptar kont qed immur narah. Imdawwar dejjem minn uliedu li kienu jghozzuh b'imhabba tal-genn. Minkejja l-problemi tas-sahha tieghu, u minkejja li kien jaf li ma kellux hajja twila, kien il-hin kollu hosbien kif se jaghmel il-parti tieghu biex il-Partit Nazzjonalista jirbah l-elezzjoni tat-8 ta' Marzu. Kien ghalhekk li accetta li jidher fuq il-lista tal-kandidati tal-10 Distrett.

Ftit tal-granet ilu rrakkontali kemm hassu nsulentat u nwegga mill-Kap tal-Opposizzjoni qabel l-ahhar elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gzira. Tal-Labour kienu ippruvaw ihamguh u jiddiskreditawh sempliciment biex jirbhu l-voti. Izda hu minkejja kollox baqa jaghti sehmu.

Il-gimgha l-ohra tajtu numru ta' ismijiet ta' persuni li mort ghandhom fil-gimghat li ghaddew li naf li tradizzjonalment ivvutaw Labour, imma kellhom rispett kbir lejh u li bi ftit push minn naha tieghu, kien jikkonvincihom jivvutaw lilna. Minkejja li kien f'qiegh ta' sodda, naf li t-telefonati ghamilhom u kien ferhan li ta l-parti tieghu !

Sfortunatament ma lahhaqx sal-elezzjoni. Dik kienet l-akbar xewqa li kellu. Dak kien Albert. Dejjem jahseb f'haddiehor u dejjem jhewden kif se jghin. Minn hawn irrid insellimlu u nroddlu hajr tal-ezempju li dejjem ta. Nhar it-Tnejn fis-2.30pm fil-Knisja Parrokjali tal-Gzira se naghmel id-dover tieghi u se mmur naghti l-ahhar tislima lil Albert. M'ghandix dubju li mieghi se jkun hemm ukoll hafna ohrajn.

Bert, grazzi.