Jun 30, 2008

The Audacity of Hope

Bhalissa qed naqra il-ktieb ta' Barack Obama "The Audacity of Hope: Thoughts on Reclaiming the American Dream". Dan huwa t-tieni ktieb li kiteb. Dan il-ktieb f'Ottubru li ghadda kien in-number three bestseller fuq il-lista tan-New York Times. Il-ktieb jirraprezenta l-manifest personali ta' Obama ghall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana ta' din is-sena.

It-titlu tal-ktieb "The Audacity of Hope" ittiehed minn diskors li hu kien ghamel Obama fl-2004 waqt il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku. Dak id-diskors ta' 20 minuta kien tah prominenza kbira u sa minn dakinhar bosta analisti jiprevedu li Obama setgha eventwalment ikun persuna prominenti fil-girja tal-kandidat presidenzjali tal-Partit Demokratiku.

S'issa minn dak li qrajt huwa ktieb tajjeb hafna. Jirnexxielu jispjega l-hsibijiet tieghu b'ezempji li nbnew mill-laqghat u l-esperjenzi li gabar matul l-ahhar xhur. Laqatni s-sens tal-analizi tieghu fuq il-problemi socjali li qed jiffacjaw il-haddiema Amerikani minhabba l-effetti tal-globalizazzjoni. Jirrakkonta mument minnhom l-esperjenza ta' haddiem li spicca bla xoghol wara l-gheluq ta' fabrika li ddecidiet li tmur il-Messiku. Dan il-povru haddiem ghandu tifel li ghandu bzonn operazzjoni fil-fwied imma issa ma jafx kif se jhallas ghaliha. Qallu li lest ibiegh kull ma ghandu, l-aqwa li jsalva lil ibnu. Dak il-hin ghidt bejni u bejn ruhi: Kemm ahna ffortunati bis-sistemi socjali taghna minkejja li ahna pajjiz b'rizorsi ferm anqas mill-Istati Uniti !

Insomma fil-granet li gejjin irrid inkomplih u nispiccah.

Jun 20, 2008

Ninvestu fil-passat ghall-futur !

Dalghodu kelli l-opportunita nindirizza Seminar dwar ix-xoghol ta' restawr li se jkun qed isir fis-seba' snin li gejjin fuq parti sostanzjali tal-fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Proġett li qed jitqies bħala l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu fl-istorja ta' pajjiżna. Se jsiru nterventi ta' restawr fuq parti mis-swar tal-Belt Valletta, il-Birgu, l-Mdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex.

Dawn il-proġetti, ta' restawr b'investiment t'aktar minn €36 miljun minn fondi Ewropej, jinvolvu madwar 135,000 metru kwadru ta' fotifikazzjonijiet u perimetru ta' aktar minn 6 kilometri hu mistennija li jsiru fuq perjodu ta' 7 snin.

Is-seminar kien mahsub biex ilaqqa flimkien l-istakeholders u l-kuntratturi privati li behsiebhom jippartecipaw fit-tenders pubblici li se jibdew johorgu ghax-xogħolijiet fuq il-fortifikazzjonijiet. Għal dawn l-aħħar sentejn saru l-preparamenti meħtieġa biex issa jkun jista' jibda x-xogħol fuq dawn is-swar u s-siti storiċi.

Laqtuni l-prezentazzjonijiet li taw il-periti tat-Taqsima tar-Restawr. Jidher bic-car id-dedikazzjoni u x-xoghol dettaljat li dahlu ghalih. Waqt il-prezentazzjonijiet ghidt lid-Direttur Generali li mportanti li dan it-taghrif jinghata ukoll lill-komunitajiet tal-erba' postijiet fejn se jsiru l-interventi kif ukoll lill-kumplament tal-komunita'. Meta tkellimt ghidt ukoll li nemmen li pajjizna ghandu bzonn ta' esebizzjoni permanenti tal-fortifikazzjonijiet Maltin sabiex il-generazzjonijiet iz-zghar kif ukoll it-turisti jkollhom opportunita' jifhmu l-wirt kbir li ghandna.

Jun 13, 2008

Tlett sieghat tal-genn mat-tfal !

Il-bierah ghaddejt tlett sieghat veru sbieh mat-tfal f'attivita' tal-Birdlife bl-isem Dear Minister bhala parti mill-programm Dinja Wahda. Tlett sieghat ta' Question Time ! Tfal minn diversi skejjel qrawli madwar 20 ittra. Ittri miktubin tajjeb hafna. Esprimew ruhhom bis-sens u minghajr tidwir mal-lewza !

Minn naha tieghi qghadt attent li nwiegeb il-kummenti u l-mistoqsijiet taghhom kemm jista jkun b'lingwagg semplici. Mhux facli hafna drabi tfiehem certi ideat u spjegi teknici b'mod li t-tfal jifhmu. Izda t-tfal kienu attenti u stajt ninduna li qed isegwu. Biex inzomm l-attenzjoni taghhom tfajtilhom xi zewg battuti u cajtiet.

Laqatni l-fatt li l-parti l-kbira minnhom stqarrew li apprezzaw il-hidma li ghamilna fl-ahhar snin fil-qasam ambjentali, imma ma ddejjqu xejn isaqsu ghall-impenn akbar. Xtaqt li kien hemm aktar mill-kollegi tieghi biex anke huma jifhmu x-xewqat li ghandha l-generazzjoni l-gdida.

Tkellmu fuq firxa wiesgha ta' temi li jmissu mal-ambjent. Mill-hitan tas-sejjiegh ghal htiega li ma nahlux l-ilma. Tkellmu fuq il-htiega ta' aktar harsien ghall-annimali, l-uzu ta' energija nadifa, l-impatt tal-barrieri tal-gebel, il-kacca u l-qbid tal-hut. Ma kienux tlett sieghat facli, imma l-veru hadt gost. Din il-generazzjoni l-gdida taf ezattament xi trid. Tghallimt minghandhom !

Jun 11, 2008

Irricikla t-Tlieta

Il-kampanja ta’ ġbir isseparat ta’ skart minn wara l-bibien tad-djar imsejħa ’Irriċikla t-Tlieta’ jidher li qed izzid fil-popolarita’ u qed tikseb rizultati inkoraġġanti. Il-bieraħ kelli l-okkazjoni li flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Said immur Ħ’Attard u hemmhekk nitkellem fuq din il-kampanja, u nħabbar ukoll xi inizjattivi biex din il-kampanja tkompli titjieb.

Ma morniex Ħ’Attard b’kumbinazzjoni imma għaliex Ħ’Attard huwa l-aktar raħal li ras għal ras qed jikkontribwixxi għal din l-iskema. Ħadt gost nara b’għajnejja d-djar kollha bil-borza l-griza ta’ l-iskart isseparat wara l-bieb. Ħabbart li ser jitniehda premju annwali għall-aktar tliet kunsilli lokali li jikkontribwixxu għal din l-iskema.

Ħadt gost inħabbar kif f’Mejju 2008 inġabar 613,460 kilos ta’ skart isseparat, kemm mid-djar kif ukoll mill-bring-in sites. F'Mejju tas-sena l-ohra konna gbarna xi 257,000 kilos. Fatt interessanti hu li minkejja li l-ammont ta’ skart isseparat qiegħed dejjem jizdied, dan mhux qed iwassal għal uzu anqas tal-bring-in sites. Anzi, l-uzu tal-bring-in sites effettivament kompla jizdied, minkejja li qed jizdied ukoll il-ġbir ta’ skart isseparat mid-djar. Fatt interessanti ieħor hu li z-zieda fil-materjal miġbur mill-bring-in sites mhuwiex biss dovut għaz-zieda fl-uzu ta’ plastik u dan huwa kkonfermat miċ-ċifri.

Dan kollu mhux isir b’kumbinazzjoni. Mhux biss huwa importanti li qed niġbru dan l-iskart imma li għandna wkoll fejn nieħduh biex nitrattawh. Ma nistax ma nsemmix l-ostakli li sibna biex għamilna l-impjant ta’ Sant’Antnin, pero llum permezz tiegħu nistħgu nserrħu rasna li għandna fejn nitrattaw l-iskart tagħna.

Ilkoll nafu x’inhu ghaddej f'Napli. Napli mhux bogħod minnha pero għall-grazzja t’Alla hemm baħar jaqsam bejn dak li qed jiġri hawn u l-problemi li qed jiffaċċjaw il-ġirien tagħna.

Jun 7, 2008

Mexxej gdid ghall-Labour - Awguri

Mela fl-ahhar il-Labour ghandhom mexxej gdid, Joe Muscat. Rebah il-bierah bil-lejl hekk kif fit-tieni round tal-elezzjoni ta' mexxej gdid ghall-MLP gab madwar zewg terzi tal-voti tad-delegati. Mexxej gdid ta' 34 sena. Il-bierah skond kif rappurtat f'The Times ta' llum Joe Muscat qal li behsiebu jaghmel "internal earthquake" ta' riformi fil-partit tieghu. Nawguralu mill-qalb u j'alla jirnexxielu. Il-Partit tal-Labour ghandu bzonn shake-up tajba sew.

Ma nafx x'irid ifisser ezattament Joe Muscat bit-terremot li jrid johloq. Nittama izda li jirnexxielu jaqta' lill-partit tieghu mill-politika negattiva tal-imghoddi, fejn dak kollu li jiproponi l-PN u l-Gvern kien jigi kkritikat u mzeblah sempliciment ghax kien ikun gej minna. Il-proposti ta' riformi taghna ma kienux jigu analizzati skond l-kontenut taghhom u wisq anqas kien isir sforz biex tinghata alternattiva. Jien ghandi tama li Joe Muscat dan jirnexxielu jaghmlu jekk jaghraf isawwar madwaru team tajjeb u jirnexxielu jpoggi fil-genb l-amministrazzjoni li hatfet lil Partit Laburista fl-ahhar snin.

Nemmen li Joe Muscat verament jixtieq jaghmel din il-bidla. Ghalhekk hassejtu barra minn loku l-kumment l-iehor li gie rappurtat f'The Times : "The Honeymoon is over Dr.Gonzi, we're back in business". Nahseb li Joe ghandu bzonn jikkoncentra l-ewwel fuq il-partit tieghu aktar milli fuq l-operat ta' Dr.Gonzi u l-Gvern tieghu.
Nawgura mill-qalb lil Joe Muscat li fis-snin li gejjin jirnexxielu jgholli l-livell tal-politika fil-partit tieghu biex b'hekk jgholli ukoll il-livell tal-politika f'pajjizna. Pajjizna jixraqlu livell politiku ferm ahjar, izda dan jiddependi mhux biss mill-PN u l-Gvern imma bil-qawwi ukoll mill-livell tal-politika tal-Opposizzjoni. Joe, Awguri u l-hidma t-tajba.

Jun 5, 2008

Jum l-Ambjent - Eko Parlament

Illum Jum l-Ambjent. Qattajt il-jum go l-Lussemburgu, fejn kien hemm il-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent. L-issue principali kien it-Tibdil fil-Klima u l-pakkett tal-energija. Fl-opinjoni kienet ghazla zbaljata dik li l-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent isir propju f'Jum l-Ambjent. F'Jum l-Ambjent nahseb li l-Ministri tal-Ambjent kellhom ikunu f'pajjizhom jattendu attivitajiet li jfakkru dan il-Jum. Insomma ma hemmx x'taghmel.

Biex inkun onest kont nipreferi nattendi xi attivita' mat-tfal sabiex nitkellmu fuq l-ambjent. Imn'alla kellna s-sessjoni tal-EkoParlament nhar it-Tlieta. Il-veru hadt gost nara uhud mit-tfal li jippartecipaw fil-programm Eko-Skola. Illum ghandna 76 skola tippartecipa f'dan il-programm, li bdejnih xi hames snin ilu flimkien man-Nature Trust.

Hadt gost nismaghhom jargumentaw. Uhud minnhom kienu veru tajbin fl-argumenti taghhom, u staqsew mistoqsijiet intelligenti. Hadt gost naghmel l-intervent tieghi. Kien hemm attenzjoni aktar minn meta titkellem fis-sala waqt sessjoni normali, fejn ghandek xorti jkun hemm tlett min-nies jisimghuk !

Jun 1, 2008

Joe, Grazzi u Prosit !

Dalghodu kellna l-Kunsill Generali tal-PN. Kien il-Kunsill tat-transizzjoni. Nhar il-Gimgha li ghadda gew eletti 13-il membru iehor tal-Ezekuttiv biex issa fi ftit granet ohra jkunu eletti l-ufficjali l-godda. Fost l-ufficjali li diga ndikaw li mhux se jkomplu hemm Joe Saliba, li issa ilu Segretarju Generali ghall-ahhar 9 snin, minn meta Lawrence Gonzi kien lahaq Vici Kap tal-PN.

Joe qeghda dmiru b'responsabilita' u dedikazzjoni kbira. Joe kien ilu attiv fil-PN imma bhal iddecieda li jzarma mill-politika. Ili naf lil Joe minn zmien il-protesti tal-Grupp tan-Numri qabel l-1987. Kont ghamilt hilti flimkien ma' ohrajn biex nikkonvincih johrog ghal Segretarju Generali. Kont nemmen li kienet tkun hela jekk ma jigix lura u jaghti sehmu f'mument tant importanti ghal pajjizna. Meta tara x'wettaq fl-ahhar 9 snin fil-PN, malajr nikkonkludi li kien worthed l-isforz li ghamilt ma' haddiehor.

Ma nistax nghid li jien u Joe dejjem qbilna. Imma anke meta ma qbilniex, kont cert li qed inkellem persuna li qed jissielet ghal dak li jemmen li jkun l-ahjar ghall-pajjiz u l-partit u certament mhux ghalih personali. Ghalhekk kelli u jibqali rispett lejh. Joe grazzi u prosit !