Jun 1, 2008

Joe, Grazzi u Prosit !

Dalghodu kellna l-Kunsill Generali tal-PN. Kien il-Kunsill tat-transizzjoni. Nhar il-Gimgha li ghadda gew eletti 13-il membru iehor tal-Ezekuttiv biex issa fi ftit granet ohra jkunu eletti l-ufficjali l-godda. Fost l-ufficjali li diga ndikaw li mhux se jkomplu hemm Joe Saliba, li issa ilu Segretarju Generali ghall-ahhar 9 snin, minn meta Lawrence Gonzi kien lahaq Vici Kap tal-PN.

Joe qeghda dmiru b'responsabilita' u dedikazzjoni kbira. Joe kien ilu attiv fil-PN imma bhal iddecieda li jzarma mill-politika. Ili naf lil Joe minn zmien il-protesti tal-Grupp tan-Numri qabel l-1987. Kont ghamilt hilti flimkien ma' ohrajn biex nikkonvincih johrog ghal Segretarju Generali. Kont nemmen li kienet tkun hela jekk ma jigix lura u jaghti sehmu f'mument tant importanti ghal pajjizna. Meta tara x'wettaq fl-ahhar 9 snin fil-PN, malajr nikkonkludi li kien worthed l-isforz li ghamilt ma' haddiehor.

Ma nistax nghid li jien u Joe dejjem qbilna. Imma anke meta ma qbilniex, kont cert li qed inkellem persuna li qed jissielet ghal dak li jemmen li jkun l-ahjar ghall-pajjiz u l-partit u certament mhux ghalih personali. Ghalhekk kelli u jibqali rispett lejh. Joe grazzi u prosit !

No comments: