Oct 8, 2009

Aktar incentivi

Kien sena ilu biss li bdejna skema ġdida fejn bdejna niġbru skart isseparat minn quddiem id-djar. Minn meta bdejna din l-iskema sa’ llum ġbarna diġa 'l fuq minn 8000 tunnellata ta’ skart isseparat grazzi għall-koperazzjoni ta’ kulħadd. Ma' dawn l-ammonti wieħed irid iżid dak miġbur mill-Bring-in Sites li, minkejja li bdejna l-iskema Irriċikla t-Tlieta u ħloqna ħames Ċentri għall-Iskart Goff (Civic Amenity Sites), xorta baqgħu popolari fl-użu tagħhom.

Jehtieg insahhu t-tibdil fl-attitudni halli aktar skart jigi separat u riciklat halli b'hekk jintrema anqas skart fl-engineerd landfill. B'hekk niksbu valur u mhux narmu din ir-rizorsa. Hemm bzonn naraw ukoll kif niġġeneraw aktar enerġija mill-iskart. Sabiex ikun hemm inċentiv akbar biddilna l-hlas li jsir biex wiehed idahhal skart imhallat fil-landfill. Bil-miżati l-ġodda żdied l-inċentiv li wieħed jissepara u jibgħat l-iskart f’impjant ta’ riċiklaġġ u mhux iħalli l-iskart imħallat u jibghatu fil-landfill. Il-hlas ghall-Kunsilli Lokali mill-1 t'Ottubru ghall-iskart imhallast issa sar €20 filwaqt li ghal dak separat niezel ghal €0.5

B’din il-miżura l-Kunsilli Lokali li jziedu l-iskart separat jibqalhom aktar flus li jistgħu jintużaw fi proġetti oħrajn għall-ġid tar-residenti. Sabiex insaħħu dan l-inċentiv, il-Gvern għandu wkoll il-ħsieb li jgħaddi lill-Kunsilli Lokali r-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-Bring-in Sites. Dan il-pass se jgħin biex il-Kunsilli Lokali jsaħħu aktar dan is-servizz, jinċentivaw aktar lir-residenti jagħmlu użu tajjeb u aktar frekwenti ta’ dawn il-kontenituri u b’hekk dan iwassal biex il-Kunsilli jiffrankaw l-infieq tal-flus fuq l-iskart u jkollhom aktar flus ghal xoghlijiet ohra.

No comments: