Oct 1, 2009

Muzika ghas-sigar

Id-direttur ta’ fama internazzjonali Paul Max Edlin ghada se jkun qed jidderieġi kunċert li se jittella’ fit-Teatru Manoel, fl-okkażjoni tal-ħames sena mit-tnehdija tal-Kampanja 34U. Kampanja li waslet biex matul l-ahhar hames snin thawlu mas-70,000 sigra f'pajjizna.

Id-dhul kollu mill-biljetti tal-kuncert, li qed issir bil-Kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura se jmur direttament ghax-xiri ta' sigar. Dan kien possibli ghax l-ispejjez tal-kuncert se jkunu koperti bi sponsorships ta' Vodafone, De la Rue, ELC, Vassallo Builders u Tumas group.

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi l-kunċert Vincero’ from Verdi to Verismo bil-parteċipazzjoni tal-Amadeus Chamber Choir, it-Tenur Brian Cefai flimkien mas-Soprano Michelle Cachia Castalletti akkompanjati minn Albert Buttigieg, Louis Cassar, Josef Cassar u Stephanie Degiorgio Wismayer.

Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinkisbu mi-Teatru Manoel mill-10am-13.00 u bejn il-17.00-19.00. Il-prezzijiet għal dan il-kunċert ivarjaw minn €10 sa €45. Jekk interessat li tattendi jew tixtieq aktar informazzjoni tista ccempel ukoll fuq in-numru 22952333.

No comments: