Jan 8, 2011

11% kontra 40% !

Ahbar li xxukkjatni u li ghadni kif qrajt tikkoncerna l-qghad fi Spanja u fl-Italja. Skont l-ahhar statistika sal-ahhar tas-sena 2010, jirrizulta li 4 minn kull 10 zghazagh Spanjola huma bla xoghol, filwaqt li wiehed minn kull tlett zghazagh Taljani ukoll jinsabu bla xoghol. Dawn zghazagh bejn l-eta’ ta’ 16 sa 25 sena li jistghu jahdmu izda ma ghandhomx post tax-xoghol f’dawn iz-zewg pajjizi. Fin-naha t’isfel ta’ dan il-pajjiz gar taghna, il-qghad fost iz-zghazagh jitla ukoll ghal kwazi 4 minn kull 10 zghazagh.

Din hi l-gravita tas-sitwazzjoni fuq l-ghatba ta’ pajjizna. Din hi wkoll il-gravita’ tas-sitwazzjoni li l-Partit Laburista f’Malta jipprova jnessina. Ahbar bhal din ma tismaghhiex fuq il-mezzi tax-xandir tal-Oppozizzjoni. Hemmhekk tisma u taqra messagg wara iehor biex jippruvaw ipingu lil pajjizna bhala li mhux f’dinja u li certu caqliq fil-prezzijiet ta’ affarijiet essenzjali qisu kienu b'decizjoni tal-Gvern Malti.

U l-qghad fost iz-zghazagh f’Malta ? F’pajjizna wiehed minn kull ghaxar zghazagh huwa bla xoghol, biex inkun preciz 11%. X’differenza ! Zewg pajjizi Ewropej biss ghandhom rata ahjar minn taghna: Awstrija, Olanda u Germanja. Din hi ahbar li thassbek mhux ftit.

F’pajjizna razzanna l-qghad u zammejnih f’livelli ta’ qabel faqqghet il-krizi ekonomika fid-dinja. F’Malta z-zghazagh taghna qed ikomplu jistudjaw u qed isibu x-xoghol. Ghax dan il-Gvern pogga l-holqien tal-impjiegi bhala l-qofol tal-politika tieghu u kien ghalhekk li kellhom jittiehdu certu decizjonijiet difficli, bhalma hu t-twaqqif ta’ certu sussidji, sabiex il-Gvern ikun f’qaghda tajba li jipprotegi l-impjiegi. M'ghandix dubju li dawk qeghda jipreferu li jkollhom impjieg aktar milli sussidji ! Meta tara dan kollu nifhmu l-qies tad-diffikultajiet taghna, izda nifhmu wkoll verament xi ksibna lkoll flimkien.

No comments: