Showing posts with label UHM. Tibdil fil-Klima. Strategija. Show all posts
Showing posts with label UHM. Tibdil fil-Klima. Strategija. Show all posts

Feb 19, 2009

UHM - partner importanti

Il-bierah indirizzajt il-Kunsill tal-UHM, wara li dawn talbuni niprezentalhom l-abbozz tal-Istrategija Nazzjonali dwar il-Bdil fil-Klima. Dan l-abbozz tak-Istrategija diga kien ġie pprezentat u diskuss waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Izvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) izda l-ufficjali tal-UHM xtaqu li l-membri tal-Kunsill taghhom ikunu esposti aktar ghal dan id-dokument li fih 87 rakkomandazzjoni.

Bla tlaqliq ikolli nghid li kienet sessjoni veru worthed. Kellna diskussjoni tajba hafna u kont verament impressjonat bil-livell tal-hsieb tal-udjenza u l-mistoqsijiet li sarulna. Is-sessjoni tal-bierah ghalmitni li hemm skop ghal hidma aktar wiesa ma' din il-Union fil-qasam tal-ambjent f'pajjizna.

Hadt l-okkazzjoni sabiex nenfasizza l-htiega li anke s-social partners jehtieg jifhmu li hemm deċiżjonijiet li pajjiżna irid jieħu biex jara kif jisfrutta r-riżorsi limitati ta’ pajjiżna għal-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. Spjegajt li l-Istrategija ghandha relevanza ekonomika u soċjali kbira. Filwaqt li hemm prezz gholi li pajjizna jkollu jhallas jekk sal-2020 ma nilhqux il-miri li ghandna, wiehed tajjeb jifhem li hemm ukoll opportunitajiet ta’ xogħol u investiment jekk ngharfu nimxu bil-ghaqal.

Qsamt maghhom ukoll il-hsibijiet ewlenin tal-Istrategija ukoll dwar l-Immanigjar tal-Iskart. Spjegajt li l-miri principali li tpoggi quddiemna dan id-dokument huwa dak li nkomplu nisfruttaw l-iskart bħala riżorsu u nieħdu minnu l-akbar ammont ta' enerġija nadifa.